Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1091 u jgħid kemm mill-budget allokat għat-toroq ġodda u għal irranġar ta' toroq għas-sena 2008 ġew komessi? Kemm tħallsu u x'baqa' x'jitħallas? Kemm hemm penalitajiet għal xogħol li sar ħażin jew tard?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1093 u jgħid kemm kien l-ammont totali ta' flus li s'issa rċeviet Malta mill-Unjoni Ewropea? Kemm minn dawn il-flus kienu għal proġetti tal-Gvern u kemm għal individwi jew organizazzjonijiet?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1249 u ċioe: Stante li minflok il-Mistra Village Complex se jitla' torri ġdid, u dan l-iżvilupp ta' bilfors se jkollu jerġa' jitfa' fuq l-agenda l-iżvilupp tat-triq minn ġo l-Imbordin ta' l-hekk imsejjaħ TEN-T Network, u stante li s-soluzzjoni għall-problema tax-Xemxija li jieħu wisq traffiku ġej u sejjer mill-Mellieħa u Għawdex, ma tistax tkun triq li i) tiġġenera iżjed tniġġis fil-Pwales,is-Simar u l-Imbordin ii) kontra l-liġi ta' l-EU għax tipperikola l-aquifer tal-Miżieb u iii) triq ġdida bħal din mhux se ttaffi l-vera problema tagħna cioe' dipendenza kbira fuq il-karozzi u trasport privat, jista' l-Ministru jgħid xi pjani għandu l-gvern fuq it-triq ta' l-Imbordin? Veru li l-gvern qed jikkonsidra li jitnaqqas l-użu tal-port taċ-Ċirkewwa b'ferry li jasal sal-port tal-Marsa (fejn is-Sea Malta)?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 1233,1038, 793 u 572 u jieħu l-figuri ta' bejn l-1 ta' Marzu 2007 u l-1 ta' Marzu 2008 u jindika kemm hi l-medja ta' ħlas totali fis-sena li kull household tħallas lill- a) Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma b)Enemalta għall-konsum tal- i)ilma u ii)dawl inkluż konsum , kirjiet ta' arloġġi u soprataxxa? Kemm minn din iċ-ċifra, bħala medja, tmur bħala ħlas għas-surcharge?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-medja ta' ħlasijiet għall-kull abitazzjoni għall-perjodu indikat mill-Onor. Interpellant hu kif ġej:
Konsum Medju ta' l-ilma għal kull abitazzjoni għal perjodu ta’ sena
€ 44.76
Konsum Medju ta' l-elettriku għal kull abitazzjoni għal perjodu ta’ sena
€ 209.16
Fuel Surcharge fuq Konsum Medju għal kull abitazzjoni fuq perjodu ta’ sena
€ 126.96
Kera ta' dawl u ilma fuq perjodu ta’ sena
€ 55.90
Peress li r-residenti ta' Triq l-Ewropa, Rabat Għawdex qed jilmentaw minn riħa qawwija ta' drenaġġ, jista' l-Ministru jara li din il-problema tiġi solvuta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ser isiru l-investigazzjonijiet neċessarji fuq dan l-ilment.
Jista' l-Ministru jindika meta se jsir l-embellishment meħtieġ fi Triq is-Skiet Marsaskala?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-triq imsemmija hija nkluża fil-lista ta’toroq li jridu jsiru mill-ADT. Ix-xogħol fuq dan il-programm ta’ bini ta’ toroq residenzjali għadu għaddej u l-bini tat-triq imsemmija għandu jsir fix-xhur li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid fid-dipartiment tad-Dentistrija f'Mater Dei kemm hemm nies jistennew intervent taħt General Anaesthesia? Kemm isiru interventi f'kull sessjoni tal-GA? Kemm trid iddum tistenna bħala average biex isirlek intervent ta' din ix-xorta?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-waiting list u ż-żmien ta’ stennija għal pazjenti li qegħdin jistennew intervent taħt General Anesthesia fid-dipartiment tad-Dentistrija fl-iSptar Mater Dei hu hekk :
- Oral Surgery (General Anaesthesia)
Kategorija
Numru
Żmien ta’ stenn
ija
Adulti
150
Bejn 6 u 10 xhur
Tfal
40
3 xhur
F’Kull sessjoni tal-GA isiru bejn 6 u 7 interventi.
- Oral Surgery/conservation special cases (General anesthesia)
Hemm 27 persuna fuq il-
waiting list
. Il-perjodu ta’ stennija huwa ta’ sena u nofs.
F’każ ta’ xi emerġenza (bħal ksur ta’ xedaq) ġieli jkollhom jitħassru xi appuntamenti mil-lista jew sessjoni sħiħa biex jiġi ttrattat dan il-każ ta’ emerġenza.
Jista' l-Ministru jindika fejn se jiġu mibnija l-impjanti ta' riċiklaġġ f'pajjiżna oltre dak f'Marsaskala? Kemm se jkun in-numru ta' dawn l-impjanti? Kemm hu propostat li dawn ikunu kapaċi jitrattaw skart f'termini ta' tunellati ta' skart?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor. Membru li l-informazzjoni ser tkun inkluża fl-istrateġija li ser tkun ippublikata dalwaqt.
Jista' l-Ministru jgħid meta se toħroġ is-sejħa għall-offerti għar-riabilitazzjoni tal-mini taħt l-art ta' Triq Sant'Anna l-Furjana mit-traffic Management ta' l-ADT?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li dan ix-xogħol hu ppjanat li jsir fis-sena 2009.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura biex persuna mill-Eġittu tiġi taħdem Malta u x'inhi l-proċedura sabiex persuna mill-Eġittu japplika għall-visa sabiex ikun jista' jiddaħħal Malta?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li persuna mill-Eġittu jista japplika għall-visa mill-Ambaxxata ta' Malta fil-Kajr. Din l-applikazzjoni għandha ssir fi normi tal-visa policy li Malta tħaddan taħt is-Schengen acquis, cioe li flimkien ma' l-applikazzjoni għandhom jiġu pprezentati dokumenti skond l-Istruzzjonijiet Konsolari Komuni li jagħtu appoġġ lill-iskop u l-kondizzjonijiet taż-żjara ppjanata, kif ukoll tagħti garanziji dwar ir-ritorn u l-mezzi ta' għejxien.
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindirizza l-ewwel parti tal-mistoqsija dwar il-proċeduri biex persuna mill-Eġittu tiġi taħdem Malta lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jinvestiga permezz tal-Malta Enterprise jekk hux possibli li fil-Mosta Technopark ikun hemm il-faċilitajiet ta' canteen għall-ħaddiema ta' dan l-industrial park?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-livell ta' nitrati fl-ilma tax-xorb li jasal fid-djar skond is-sors, jiġifieri jekk jasalx unikament mill-aquifers jew jekk jitħallatx mill-ilma tar-reverse osmosis plants, skond ir-reġjun ta' distribuzzjoni ta' ilma?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor. Membru biex jagħmel id-Domanda lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta se jiġi konkluż il-każ ta' dixxiplina ta' persuna, li ismu qed jintbagħat separatament, li jaħdem il-Malta Maritime Authority u li minħabba x-xogħol onest tiegħu spiċċa Bord tad-Dixxiplina u ilu sospiż sa mit-23 ta' Frar, 2008?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-każ tal-persuna msemmija kien diġa nstema` imma minħabba problemi legali ser ikollu jerga` jinstema. L-imsemmi mpjegat ġie formalment infurmat b’dan.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhu jżomm milli student, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jiġi provdut b'facilitator fil-klassi peress li dan huwa każ ċar ta' slow learning? Hemm rapporti sħaħ fuq dan l-istudent u saħansitra f'dan il-perjodu ta' l-eżamijiet ingħata facilitator.
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li t-tifel kien statemented fi Frar 2006 meta kien fil-Year 3. Jekk il-ġenituri ma qablux mad-deċiżjoni tal-bord, kellhom jappellaw il-każ quddiem l-iStatementing Appeals Board. Madankollu, it-tifel dejjem kellu support mill-Learning Support Assistant preżenti fil-klassi, anke matul il-Year 4, tant hu hekk, li anke waqt l-eżamijiet ingħata support. Reviżjoni tal-każ ser isir matul is-sajf.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1126 u jgħid kemm hemm ħaddiema/persuni in ġenerali li jħallsu kontribuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali bħalissa? Kemm minnhom huma self-employed?
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' tfal li għamlu l-aħħar eżami (May 2008) tal-Junior Lyceum maqsumin lokal b'lokal? Tista' tgħid kemm għaddew lokal b'lokal u skond is-suġġetti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni fuq in-numru ta’ tfal li għamlu l-aħħar eżami (May 2008) tal-Junior Lyceum maqsumin lokal b’lokal .
Tagħrif dwar in-numru ta’ kemm għaddew lokal b’lokal u skond is-suġġetti jingħata f’seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' studenti li hemm, lokal b'lokal fl-iskejjel tal-Kottonera u Zabbar, sena b'sena (klassi)? Kemm hu n-numru ta' għalliema f'kull skola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ġnien (li fil-passat kien ċimiterju) magħluq, li jinstab fi Triq il-Ġublew tal-Fidda, Bormla hux mikri lil xi ħadd? X'użu qed isir minnu?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-possibilita' li r-rokna tal-ground ta' l-iSkola Primarja ta' Bormla li hemm imkissra, tkun tista' timtela'? X'kienet ir-raġuni għaliex din kienet tkissret?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li r-rokna tal-ground li għaliha hemm referenza fil-mistoqsija ma tiffurmax parti mill-iskola Primarja ta’ Bormla. Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi permezz tal-Kulleġġ Santa Margerita m’għandhom mibdi l-ebda proġett f’din il-parti li qed issir referenza għaliha.