Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi konkreti se jieħu l-Gvern fil-ħames snin li ġejjin biex inressqu lil pajjiżna lejn low carbon economy fid-dawl li l-greenhouse emissions f'pajjiżna jiżdiedu qegħdin minflok jonqsu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma l-Onorevoli Membru li għadu kif twaqqaf kumitat ta’ esperti li xogħolhom se jkun li jfasslu strateġija nazzjonali għat-tnaqqis fl-emissjonijet skond l-obbligi li għandu pajjiżna. Dan il-kumitat beda jiltaqa’ nhar is-26 ta’ Ġunju u l-pjan hu li wara għoxrin ġimgħa jkun preżentat abbozz għall-kunsiderazzjoni tal-Gvern.
Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma dawk l-NGOs li f'dawn l-aħħar ħames snin ibbenifikaw minn fondi mill-Community Chest Fund? Dawn l-NGOs li bbenifikaw minn fondi huma obbligati li jagħtu rendikont ta' kif jintefqu l-flus u jibagħtu Audited Income u Expenditure Account? Jekk iva, l-NGOs li ħadu fondi mill-Community Chest Fund taw dan ir-rendikont? Kien hemm NGOs li ħadu fondi, imma ma tawx rendikont?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-Malta Community Chest Fund mhix entità governattiva m’iniex f’pożizzjoni li nagħti risposta għal din il-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jinħatar Direttur Ġenerali għan-National Statistics Office?
Response (FENECH, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-gimgħa ser toħroġ l-applikazzjoni sabiex jintela’ l-post tad-Direttur Ġenerali għan-National Statistics Office.
Jista' l-Ministru jgħid x'tagħrif għandu l-gvern dwar diżugwaljanza li għadha teżisti fuq il-post tax-xogħol għan-nisa f'dak li għandu x'jaqsam ma' livell ta' dħul u kundizzjonijiet oħra ta' xogħol? X'differenza hemm fis-salarji bejn irġiel u nisa għall-istess xogħol u fl-istess grad?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Fi studju li kien ippublikat fl-2005 kien intqal li kiem hemm tliet fabbriki tan-nar li kienu qed jiksru l-kodiċi tas-saħħa u sigurta skond regolamenti ta' l-1937. Fid-dawl tat-traġedja li seħħet fin-Naxxar, jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern hux se jieħu passi biex dawn il-fabbriki jew jingħalqu jew jirrimedjaw is-sitwazzjoni tagħhom?
Meta se jiġu mplimentati r-rakkmandazzjonijiet tal-Pyrotechnics Commission li ħareġ f'Diċembru li għadda?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li s-suġġett li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant hu regolat mill-Ordinanza dwar l-Isplussivi u għalhekk nitolbu jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' kanċer tas-sider ġodda fil-gzejjer Maltin sena b'sena matul dawn l-aħħar għaxar snin? X'kienu l-etajiet medji ta' dawn il-pazjenti? Kemm kien hemm, jekk kien hemm, irġiel minnhom? Kemm minnhom ġew operati, kemm minnhom ġew mogħtija radiotherapy u jew chemotherapy biss? X'kienet il-pronjosi għal kull sena? Kemm hi twila l-lista ta' stennija biex isir (1) mammogram (2) ultrasound tas-sider, fir-repart tar-Radjoloġija?
X'inhi l-inċidenza tal-kanċer tas-sider f'pajjiżna? Kif tipparaguna din mal-medja ta' pajjiżi oħrajn Ewropej? Il-Gvern għandu ħsieb li jvara programm ta' prevenzjoni ħolistika dwar dan is-suġġett?
Response (DALLI, JOHN)
L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Informat ukoll li xi informazzjoni għada qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex ir-regolamenti preżenti tal-kostruzzjoni għadhom jippermettu li xogħol storbjuż jibda fis-7.00 a.m. f'inħawi residenzjali u anke qrib lukandi, bħalma qed jiġri bħalissa fil-każ tal-lukanda Qawra Palace, b'inkonvenjent kbir għat-turisti li qed jilmentaw ħafna u jieħdu impressjoni ħażina ta' pajjiżna? Meta se jinbidlu u jiġu nfurzati r-regolamenti biex nevitaw problemi bħal dawn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond ir-regolamenti viġenti il-ħin permessibbli sabiex isir xogħol ta' kostruzzjoni li joħloq ħsejjes u li jinstemgħu minn barra is-sit ta' fejn qed isir ix-xogħol, huwa ristrett li jsir biss bejn is-sebgħa ta' filgħodu u t-tmienja ta' filgħaxija minn barra l-ħdud u l-festi meta m'ghandu jsir xejn. Dan jgħodd għal dawk l-inħawi kollha li huma definiti fl-Iskeda VII Regolament 3 ta' l-Avviż Legali LN 295/07 u li fost oħrajn jinkudu l-lokalità ta' San Pawl il-Baħar.
Għaldaqstant, jekk fil-każ inkwistjoni ix-xogħol qed jibda' fis-7AM, skond kif infurmat l-Onorevoli Interpellant, dan ikun fil-parametri tar-regolamenti preżenti u allura ma jkun qed isir l-ebda ksur tal-liġi.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1202 u 947 u jispjega:
(a) Min hu s-sid ta' l-art privata li fuqha nbniet il-Lukanda Jerma Palace?
(b) Jekk l-awtur tas-sid ta' l-art privata li fuqha nbniet il-Lukanda Jerma Palace kien il-gvern ta' Malta u b'liema titolu dan is-sid akkwta l-art de quo?
(c) Jekk kienx hemm kondizzjonijiet fil-kuntratt tat-trasferiment li bih is-sid ta' l-art privata li fuqha eventwalment inbniet il-Lukanda Jerma Palace akkwista l-art de quo, u jekk iva, x'kienu?
(d) Dwar l-art esproprijata li fuqha nbniet parti mil-lukanda u li għadha tal-Gvern, xi proċeduri se jintużaw biex isir l-eventwali trasferiment?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 947.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 310 u jgħid kemm hija ċ-ċifra ta' flus globali pendenti li d-Dipartiment tal-Finanzi għandu jħallas fuq kuntratti tax-xogħlijiet approvati mill-Istat sal-lum? Jista' jgħarrafni bil-breakdown ta' din iċ-ċifra bħal per eżempju, xogħlijiet fuq toroq, affarijiet mediċi, apparat, eċċ?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1135 u 962 u jgħid kemm kien il-bejgħ ta' karozzi/vetturi second hand reġistrati f'pajjiżna matul Jannar, Frar, Marzu, April u Mejju ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar 5 snin sena b'sena fl-istess perjodu?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1136 u 961 u jgħid kemm kien il-bejgħ ta' karozzi/vetturi ġodda reġistrati f'pajjiżna matul Jannar, Frar, Marzu, April u Mejju ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar 5 snin sena b'sena fl-istess perjodu?
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 1143 u 431 u jgħid fil-mument liema huma d-dekasteri, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu li għandhom xi forma ta' Assigurazzjoni Privata (Private Insurance) għall-vetturi, bini, apparat, pitturi, eċċ? Kemm huwa l-ħlas globali f'ċifra ta' flus li qed titħallas għal dawn l-assigurazzjonijiet?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1133 u 964 u jgħid kemm kien id-dħul mill-VAT minn fuq il-karozzi/vetturi mportati second hand matul l-ewwel 5 xhur ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għall-aħħar 5 snin, sena b'sena?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 964.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1134 u 963 u jgħid kemm kien id-dħul mill-VAT minn fuq il-karozzi/vetturi mportati ġodda matul l-ewwel 5 xhur ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għall-aħħar 5 snin, sena b'sena?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 963.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1206 u jgħid kif u fuqhiex intefqu €116,000 maħruġin mill-Fond għall-Kawżi Ġusti fuq attivitajiet għat-turiżmu f'Għawdex? Liema organiżżazzjonijiet ingħataw dan il-fond?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet paralmentari 1162 u 904 u jgħid liema huma l-kumpaniji parastatali? Kemm kienu jimpjegaw nies f'Jannar ta' 2008 u kemm f'April ta' l-2008?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1160 u 902 u jgħid kemm-il każ ta' multi mponuti mit-tax compliance unit ġew maħfura/ridotti fix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu għas-snin 2007 u 2008?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1159 u 933 u jgħid kemm kien l-ammont ta' flus f'bolol li ħallset il-kumpanija MIDI mal-iffirmar tal-kuntratt mal-Lands Department?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1163 u 905 u jgħid kemm hemm awtoritajiet? Liema huma? Kemm nies kienu jimpjegaw fl-1 ta' Jannar 2008 u kemm fl-1 ta' April, 2008?