Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ta' Qali — Crafts village

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 878 u jispjega fhiex wasal il-proġett tal-crafts village ta' Ta' Qali? F'liema stadju wasal u meta qed jippjana li jibda u jispiċċax ix-xogħol fuq il-proġett?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Prezz taż-żejt u ċ-ċereali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 992 u jgħid jekk sarx xi studji dwar l-impatt fuq il-familji Maltin u Għawdxin minħabba l-għoli fil-prezz taż-żejt u ċ-ċereali, speċjalment dawk il-familji li għandhom dħul ta' inqas minn €12,000 fis-sena?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 992.

Impatt tal-prezz għoli taż-żejt

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 990 u jgħid jekk sarx xi studju dwar l-impatt fuq l-industrija lokali minħabba l-għoli fil-prezz taż-żejt?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 990.

Impatt tal-prezz għoli taċ-ċereali

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 988 u jgħid jekk sarx xi studju dwar l-impatt tal-prezz għoli taċ-ċereali fuq l-industrija tal-laħam f'Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 988.

Xiri ta' art mill-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 991 u jgħid meta l-Gvern se jixtri l-art li bħalissa tinstab għand ċittadini Maltin b'ċens, li ħadu plots mingħand il-Gvern u li għadha fuq konvenju? Fejn waslu dawn it-taħdidiet dwar il-ftehim? Huwa konxju l-Ministru li dawn ir-residenti ma jistgħux jissellfu flus mill-banek u jagħmlu tajjeb għalihom dawn id-djar?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 991.

Faċilita' Korrettiva ta' Kordin — Studju

Question

Tista' l-Ministru tgħid kif id-Direttorat ta' l-Edukazzjoni qed jgħin biex dawk mizmuma fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin u jkunu jridu jistudjaw, ikunu jistgħu jagħmlu dan?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li d-Direttorat għal Servizzi Edukattivi qed jgħin fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin billi jalloka għalliem sabiex: (a) jibni pjan ta’ edukazzjoni għall-priġunieri li huma interessati li jiżviluppaw l-edukazzjoni tagħhom. Dan ikun jinvolvi studju tal-ħtiġijiet edukattivi, pariri u superviżjoni tal-progress tal-priġunieri waqt l-istudji tagħhom; (b) li jikkordina ma’ l-għalliema l-oħra full-time jew part-time l-implimentazzjoni ta’ dan il-pjan; (c) li jgħallem lill-priġunieri fil-Faċilita’ Korretttiva ta’ Kordin, partikolarment il-ħila li jiktbu u jaqraw; (d) li jżomm record dettaljat tal-proġetti u l-progress edukattiv tal-priġunieri; (e) li jippreżenta rapporti dettaljati lill-Bord dwar Programm Edukattiv, u li jipparteċipa fl-evalwazzjoni ta’ l-eżerċizzji; (f) li jiżviluppa u jżomm Ċentru Edukattiv fil-faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin; (g) li jiżviluppa materjal ta’ tagħlim speċjalment għall-adulti; (h) li jżomm rabta mill-viċin ma’ l-istituzzjonijiet edukattivi (Direttorat għal Servizzi Edukattivi, Universita’ ta’ Malta eċċ) u oħrajn li huma interessati li jaħdmu mal-priġunieri fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin.

Faċililta' Korrettiva ta' Kordin — Studju akkademiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jinżammu fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin u qed jagħmlu xi forma ta' studju akkademiku? Jista' jgħid ukoll f'liema suġġetti u f'liema livelli? Jekk ikollhom bżonn jagħmlu riċerka għall-istudju tagħhom, din kif issir?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li preżentament hemm 39 priġunier raġel u 9 priġunieri nisa li qed isegwu xi forma ta' studju akkademiku fil-ħabs. Is-suġġetti mgħallma huma dawn li ġejjin :- Electrical Licence A, Philosophy (O Level), Letteratura Maltija, Taljan, Ingliż, IT u Thinking Skills. Isir ukoll tagħlim ta' snajja, inkluż xogħol ta' fuħħar, xogħol fil-ġebel u Welding. Il-librerija tal-ħabs tipprovdi materjal għal riċerka f'numru ta' oqsma.

MATSEC — Livell ordinarju

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm subien u bniet separatament li bħalissa qed joqogħdu għall-eżamijiet fil-livell ordinarju tal-MATSEC ? Tista’ tgħid ukoll kemm jattendu l-iskejjel tal-gvern, tal-Knisja u dawk indipendenti? Liema huma s-suġġetti li qed joqogħodu għalihom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li n-numru ta' studenti li applikaw biex joqgħodu għall-eżamijiet tas-SEC f'Mejju 2008 huwa 7,879, li minnhom 3,633 huma subien u 4,246 huma bniet. Infurmata ukoll hekk: Tip ta' Skola Numru ta' Studenti Statali 2,739 Tal-Knisja 1,501 Indipendenti 411 Post-sekondarji 905 Studenti privati 2,323 Is-Suġġetti li qagħdu għalihom: Accounting, Għarbi, Arti, Bioloġija, Business Studies, Kimika, Kummerċ, Studji tal-Kompjuter, Ekonomija, Ingliż, Letteratura Ingliża, Studji Ambjentali, Studji Ewropej, Franċiż, Ġografija, Ġermaniż, Graphical Communication, Storja, Home Economics, Taljan, Latin, Malti, Matematika, Edukazzjoni Fiżika, Fiżika, Reliġjon, Russu, Studju Soċjali, Spanjol, Disinn u Teknoloġija, Textiles & Design.
Leg 11 PQ #1279 Sitting 26 2008-06-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bini ta' skejjel

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjoniet għall-bini u/jew għall-alterazzjonijiet fil-bini ta’skejjel? Liema huma l-iskejjel, min għamel kull applikazzjoni u meta saret kull waħda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, skond is-sistema ta’ l-informatika ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-Awtorità għandha quddiemha erba' u tletin (34) applikazzjoni għall-bini u/jew alterazzjonijiet ta’ skejjel kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Din l-informazzjoni nġabret fuq applikazzjonijiet pendenti li għandhom fil-proposta xi waħda mill-kliem "school", "skola", "skejjel" jew "class room".

Skejjel li jgħallmu l-Ingliż

Question

Tista’ l-Ministru tgħid hemmx applikazzjonijiet pendenti għall-ftuħ ta’skejjel li jgħallmu l-Ingliz lill-barranin? Jekk iva, min għamel l-applikazzjoni, meta saret kull waħda u f’liema lokalitajiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li ma hemm l-ebda applikazzjoni pendenti għall-ftuħ ta’ skejjel li jgħallmu l-Ingliż lill-barranin.

Żgħażagħ taħt l-eta'

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm fl-ewwel ħames xhur tas-sena kemm inqabdu żgħażagħ taħt l-eta’: a) f'post ta’divertiment; b) jixorbu l-alkoħol anke fit-triqat? X’passi ttiehdu f’kull każ?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena, il-Pulizija sabet 47 persuna taħt is-sittax il-sena f’postijiet ta’ divertiment, li erbgħa minnhom kienu ukoll servuti b’xorb alkoħoliku. B’riżultat ta’ dan, il-Pulizija qed tieħu passi quddiem il-Qorti kontra 30 persuna responsabbli mill-postijiet ta’ divertiment fejn instabu dawn iż-żgħażagħ. Inqabdu ukoll sitt persuni taħt l-eta' jixorbu l-alkoħol fi triqat fejn ġew mogħtija titwijba skond l-Att III ta’ l-2007.
Leg 11 PQ #1312 Sitting 26 2008-06-30 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Mater Dei — 900 Bieb

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-inkjesta dwar id-900 bieb mixtrija extra għall-iSptar Mater Dei ? Jekk din ġiet konkluża, x'kien l-eżitu tagħha?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 11 PQ #1314 Sitting 26 2008-06-30 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Mater Dei — Helicopter

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-landing helicopter pad tħalliet barra mill-istruttura ta' l-Isptar Mater Dei oriġinali? Huwa minnu li issa biex ikun jista' jinżel helicopter fil-landing area provduta ser ikollu jitwaqqaf it-traffiku inkluż id-dħul ta' l-ambulanzi?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-helicopter landing pad fl-istruttura oriġinali ta’ l-Isptar Mater Dei kienet ippjanata li ssir fuq il-bejt ta’ swali ta’ l-isptar. Iżda din id-deciżjoni tbiddlet għal raġunijiet ta’ sigurta ta’ l-istess pazjenti. Fil-fatt kienu l-istess bdoti tal-helicopter li taw pariri li inċident waqt l-inżul tal-helicopter kien ikollu konsegwenzi serji kemm fuq il-pazjenti kif ukoll fuq l-istess bdoti. Il-kostruzzjoni tal- helicopter landing pad fuq sit alternattiv wassal għal tnaqqis fl-ispiża ta’ dan il-proġett. Hija proċedura normali illi waqt l-inżul tal- helicopter, jitwaqqaf it-traffiku li jgħaddi minn taħt ir-rotta tal- helicopter għal raġunijet ta’ sigurta'. L-Ambulanza tuża rotta alternattiva minn naħa ta’ l-Università.

Mosta — Triq il-Waqqafa

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 999 u jagħti time frame ta' meta sejjer jibda x-xogħol fuq Triq il-Waqqafa, fil-Mosta, liema triq diġa' għandha parti minnha li saret u fadlilha parti oħra li għad trid tingħata wiċċ ġdid?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Grounds tal-Football — Turf Sintetiku

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar liema lokalitajiet għandhom ftehim mal-Kunsill Malti Għall-iSport biex permezz tal-Kooperazzjoni mal-clubs tal-football f'dawn il-lokalitajiet isiru grounds b'turf sintetiku?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li sal-lum il-KMS kellu total ta’ seba’ talbiet minn entitajiet sportivi biex jgħinhom fl-iżvilupp ta’ faċilitajiet sportivi fil-każ tad-dixxiplina tal-futbol. Dawn it-talbiet, li daħlu taħt l-iskema relattiva t’assistenza għall-Għaqdiet Sportivi, ġew approvati kollha. Il-lokalitajiet konċernati huma: Fgura, Pembroke, Raħal Ġdid, Tarxien u Żabbar, filwaqt li l-għaqdiet li kollhom it-talba tagħhom approvata huma: Fgura Utd FC - Melita FC (darbtejn) – Mosta FC - Pembroke Athleta SC - St. Patrick’s FC – Tarxien Rainbows FC.

Slipways u Mollijiet

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 1068 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura,Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet rriferuta lilu u jagħti tagħrif dwar jekk jistgħux isiru spezzjonijiet fuq id-diversi slipwaysu mollijiet fil-limiti tal-Mellieħa biex dawn ikunu jistgħu jitqiegħdu fi programmi ta' tiswija?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li saret spezzjoni u qed jiġi evalwat x’hemm bżonn isir.

Tiswija ta' Mollijiet

Question

B'Referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 1067, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'kien l-eżitu ta' dawn l-ispezzjonijiet li saru? Liema mill-mollijiet ikkonċernati huma mistennija li jiġu msewwija' u meta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li permezz tal-ispezzjonijiet li saru ġie stabbilit l-istat strutturali ta` diversi mollijiet u strutturi marittimi madwar Malta u Għawdex inkluż il-mollijiet ta` Buġibba, Xemxija, Fekruna u s–Salini. Bħalissa qegħda ssir lista ta` prijorita` ta` tiswijiet meħtieġa. Il-konsiderazzjonijiet li jiddeterminaw din il-prijorita` jinkludu [a] in-natura u gravita` tal-ħsarat [b] l-użu li jkun qiegħed isir mill-istruttura partikulari. Għaldaqstant għadu kmieni wisq sabiex wieħed jiddetermina meta sejrin isiru t-tiswijiet meħtieġa. Fil-każ tas-Salini, li ma jaqax taħt ir-responsabbilta` tal-Awtorita, dan ser jiġi riferut lill-Works Division tal-Gvern.

Triq tal-Miżieb — Crash Barriers

Question

Jista' l-Ministru jara li fit-triq li mill-Mellieħa twassal għat-triq ta' Għajn Tuffieħa, (it-Triq tal-Miżieb) f'diversi partijiet tagħha, jitwaħħlu crash barriers għaliex hemm numru ta' żoni li huma perikolużi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li li l-ADT ser tkun qed tispezzjona it-triq imsemmija sabiex tidentifika liema huma dawk il-postijiet li jeħtieġu crash barriers.

Miżbla tal-Magħtab — Elettriku Ġġenerat

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li minn dik li kienet il-miżbla tal-Magħtab jibda jiġi ġġenerat elettriku li jkun jista' jintuża għar-residenzi ta' Baħar iċĊagħaq u l-madwar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru li qatt ma kienet l-intenzjoni li l-gas li joħroġ mill-miżbla l-magħluqa tal-Magħtab jintuża biex jiġġenera elettriku għar-residenzi ta’ Baħar iċ-Ċagħaq. Dan il-gas qed jintuża biex bl-enerġija tiegħu jinqerdu l-gassijiet tossiċi li jikkawżaw ħsara lill-ambjent. Huwa importanti li issir distinzjoni bejn il-gas iġġenerat mill-miżbla l-antika tal-Magħtab u dak il-gas iġġenerat mill-Miżbliet Ikkontrollati li qed isiru ġodda. Dan ta’ l-aħħar ser jintuża biex jiġi ġġenerat l-elettriku.

Bypass tal-Mellieħa — Crash Barriers

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex permezz ta' l-ADT, jitwaħħlu diversi crash barriers fejn hemm bżonnhom matul il-bypass tal-Mellieħa sa l-Għadira?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ADT ser tkun qed tispezzjona t-triq imsemmija sabiex tidentifika liema huma dawk il-postijiet li jeħtieġu crash barriers.