Legislature:
Category:
Reset
Active:

Esperti Barranin — Ħalib Frisk tal-baqar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-esperti barranin fil-qasam tal-produzzjoni tal-ħalib frisk tal-baqar li żaru Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar 5 snin? X'rakkmandazzjonijiet saru u kemm minnhom ġew implimentati fl-industrija lokali fil-mument?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li esperti barranin li għandhom x’jaqsmu mas-settur imsemmi huma nklużi fit-tweġiba għad-Domanda Nru 1470.

Esperti barranin — Ħalib frisk tal-mogħoż

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-esperti barranin fil-qasam tal-produzzjoni tal-ħalib frisk tal-mogħoż li żaru Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar 5 snin? X'rakkmandazzjonijiet saru u kemm minnhom ġew implimentati fl-industrija lokali fil-mument?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li esperti barranin li għandhom x’jaqsmu ma s-settur imsemmi huma nklużi fit-tweġiba għad-Domanda Nru 1470

Enemalta — Dħul

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1194 u jgħid kemm kien id-dħul totali fl-Enemalta kull sena mis-sena 2000 sa l-2007? Kemm kienet l-ispiża totali (pagi, kapitali, manutenzjoni, tiswija etc) ta' l-Enemalta fl-istess żmien?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Fuel u gas

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1195 u jgħid kemm kien l-ammont totali ta' fuel u gas li mporta l-Gvern mis-sena 2000 sa l-2007 sena b'sena? Kemm daħħal mill-bejgħ tiegħu sena b'sena? Kemm minn dan il-bejgħ kien jinvolvi taxxa, kemm surcharge u kemm VAT sena b'sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Households

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1196 u jgħid kemm hemm households f'Malta u Għawdex? Kemm hemm households f'Malta u Għawdex li ma jħallsux surcharge? Kemm kien l-ammont totali ta' surcharge li daħħal il-Gvern 2007?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Universita' ta' Malta — Science Communication Diploma/Degree

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk l-Universita' ta' Malta toffrix korsijiet ta' Diploma jew Degree fis-suġġett Science Communication? Jekk fin-negattiv, tista' tgħid jekk hemmx l-intenzjoni li tali korsijiet jibdew jiġu offruti mill-Universita'?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-Universita’ ma tipprovdix la Diploma u lanqas Degree fis-suġġett tas-Science Communication. Dawn huma meqjusa bħala korsijiet speċjalizzati. Preżentement l-Universita' m’għandiex ippjanat biex tali korsijiet speċjaliżżati jibdew jiġu offruti.

Bozoz energy saving

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu t-tħejjijiet tal-Gvern biex tkun implimentata l-wegħda elettorali 160 fil-programm tal-Partit Nazzjonalista biex kull familja tingħata ħames bozoz energy saving fis-sena għal sentejn ? Jista' jgħid jekk teżistix xi target date dwar meta għandu jibda t-tqassim ta' dawn il-bozoz? Jikkonferma li dwar din l-inizjattiva tħejja rapport mill-Awtorita Maltija tar-Rizorsi u jekk iva, jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-mejda tal-Kamra ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Membru li s-sitwazzjoni għadha dik kif spjegata fir-risposta għad-Domanda 870 magħmula lill-Prim Ministru
Leg 11 PQ #1500 Sitting 27 2008-07-01 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — Oftalmoloġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern jaqbilx ma' dak li ċ-chairman tad-Dipartiment ta' l-Oftalmoloġija fl-iSptar Mater Dei, Thomas Fenech qal fil-gazzetta "The Times" tal-15 ta' Ġunju dwar il-waiting list għall-operazzjonijiet tal-kataretti meta kiteb: "The tremendous increase in volume was not accompanied by an increase in man power. The man power plan recommended in 1998 to deal with what was clearly foreseen as an increasing trend in the demand for this procedure has to this day not yet been implemented and today we have the same man power but more than double the patients!" Jikkonferma l-eżistenza ta' man power plan imfassal għaxar snin ilu, li rrefera għalih is-sur Fenech? Jekk jikkonferma l-eżistenza ta' dan il-pjan, jista' jgħid x'azzjoni ttieħdet dwaru ?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-man power plan tad-Dipartiment ta’ l-Oftalmoloġija ilha fis-seħħ għal dawn l-aħħar 10 snin. Minn dak iż-żmien saru numru ta’ ħatriet fil-livelli ta’ Konsulent, Resident Specialist, Higher Specialist Trainee u Basic Specialist Trainee. Fl-istess ħin f’dan id-Dipartiment kien hemm diversi riżenji. Għaldaqstant in-numru ta’ tobba / specjalisti proġettat fil-man power plan ma ntlaħaqx. Is-sitwazzjoni fil-preżent hija kif ġej: Grad Plan In Post +/- Chairperson 1 1 0 Konsulent 4 3 -1 Resident Specialist 4 2 -2 HST / BST 8 5 (+6)* -3 Houseman 2 3** +1 * 6 tobba qegħdin jistudjaw barra minn Malta. ** dawn it-3 tobba se jiġu assenjat mad-Dipartiment mis-7 ta’ Lulju 2008 Dan juri li meta is-6 tobba li qegħdin jistudjaw barra jiġu lura, ikun hemm biżżejjed tobba biex jintlaħaq in-numru rikjest fil- man power plan . Bħalissa qed jiġu processati applikazzjonijiet għal reklutaġġ fil-grad ta’ BST u qed jiġu preparati sejħiet fil-grad ta’ HST u Resident Specialist Il-Ministeru ser jittratta dan il-każ fi pjan ħolistiku li qegħdin naħdmu fuqu bħalissa biex tiġi ndirizzata l-problema tal- waiting lists .

Eurostar Programme

Question

B'referenza għall-Eurostar Programme ta' l-Unjoni Ewropea li huwa ntiż biex ikabbar l-investiment ta' l-SME's fir-riċerka, x'inhi r-raġuni li skond rapport maħruġ nhar il-25 ta' Ġunju, 2008 Malta ma tidhirx li hi parteċipi f'dan il-programm, minkejja li hemm bosta pajjiżi ġodda fl-UE inklużi bħal Ċipru u l-Istati Baltiċi kif ukoll pajjiżi mhux fl-UE bħall-Iżlanda, Izrael, in-Norveġja, l-Isvizzera u t-Turkija?

Response (BORG, TONIO)

Il-programm Eurostar li l-Onorevoli Interpellant qed isemmi fil-Mistoqsija ma jaqax taħt id-dekasteru tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jindirizza l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 11 PQ #1502 Sitting 27 2008-07-01 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tribunal ta' għall-Investigazzjonijiet ta' l-Inġustizzji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern fil-konfront ta' każijiet fejn deċiżjonijiet tat-Tribunal għall-Investigazzjonijiet ta' l-Inġustizzji baqgħu qatt ma twettqu, fid-dawl tad-dikjarazzjoni li għamel is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Joe Saliba fuq TVM fis-17 ta' Ġunju 2008, li stqarr li huwa jemmen li n-nies involuti f'dawn il-każijiet għandhom jingħataw rimedju?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li hemm 13-il każ fejn ir-rakkomandazzjoni tat-Tribunal għall-Investigazzjonijiet ta’ l-Inġustizzji għadha mhix implimentata. Ir-raġunijiet għal dan jinkludu li hemm kawżi pendenti l-Qorti fejn ir-rakkomandazzjoni tat-Tribunal qed tiġi kkontesta, minħabba li hemm kumpaniji li m’humiex tal-Gvern u oħrajn fejn il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku ma qablitx mar-rakkomandazzjoni suġġerita.
Leg 11 PQ #1503 Sitting 27 2008-07-01 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Immigranti irregolari ripatrijati

Question

Billi ġurnal lokali kkwota figuri ta' kemm ġew ripatrijati immigranti irregolari, jista' l-Ministru jgħid jekk il-figuri kkwotati kenux korretti? Jista' jagħti breakdown sena b'sena u b'pajjiż pajjiż?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li n-numru totali ta’ immigranti li ġew ripatrijati matul l-aħħar ħames snin huwa ta' 2,776. Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni kif mitluba fl-aħħar parti tad-domanda.

Income tax — Tibdil fil-bands

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-pjani tal-Gvern dwar it-tibdil fil-bands ta' l-income tax għadhom dawk imħabbra mill-Prim Ministru f'intervista ma' "The Malta Independent on Sunday" fit-30 ta' Marzu, 2008 u f'intervista mal-magazine The Commercial Courier ta' April-Mejju 2008, u ċioe' li din il-miżura tibda titwettaq sa mill-budget għas-sena d-dieħla 2009? Jekk kien hemm tibdil fil-pjani tal-Gvern, jista' l-Ministru jħabbar target date ġdida meta se jidħol fis-seħħ it-tibdil fil-bands ta' l-income tax?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #1515 Sitting 27 2008-07-01 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Qorti ta' Għawdex — Video Conferencing

Question

Peress li l-avukati prattikanti Għawdex qed ikollhom diversi każijiet fejn qed ikollhom jirrikorru għall-video conferencing biex jeżaminaw xhieda barra minn Malta u qed ikollhom jagħmlu dan barra mill-Qorti, u peress li jidher li kull m'hemm bżonn huwa software partikolari, tista' l-Ministru tara li din is-sistema tiġi nstallata fil-Qorti ta' Għawdex a benefiċċju mhux ta' l-avukati biss, imma wkoll tal-ġudikatura u tal-pubbliku in ġenerali?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onorevoli Nterpellant illi kien f’żewġ kawżi biss li kellna t-talba biex nipprovdu faċilitajiet ta’ video-conferencing ma’ barra. F’każ minnhom, li jirrigwardja kawża pendenti quddiem Qorti Ingliża, saru xi tlieta jew erbgħa seduti matul dawn l-aħħar sena u nofs, li għal sezzjoni waħda minnhom biss il-Qorti t’Għawdex intalbet biex tipprovdi tali servizz. L-oħrajn saru fuq bażi privata. L-apparat u cioe’ l- hardware, u mhux sempliċement software kif qed jiġi msemmi, involut f’dawn is-sessjonijiet ta’ video-conferencing jiswa eluf ta’ liri. Għaldaqstant mhux vijabbli li l-Qorti t’Għawdex jidħol għal tali spejjeż meta wieħed iqis li dan is-servizz jista’ jingħata mill-Ministeru għal Għawdex mingħajr sparpaljar ta’ flus kif fil-fatt diga sar.

Liċenzja tas-sewqan

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom 'il fuq minn 65 sena li għandhom liċenzja tas-sewqan? Jista' jagħti statistika separata għall-irġiel u n-nisa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li hemm total ta' 18,807 li għandhom 'il fuq minn 65 sena li għandhom liċenzja tas-sewqan. Din il-figura magħmula minn 3164 nisa u 15,643 irġiel liċenzjati.

ATP — Liċenzji tas-sewqan

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed tieħu l-Awtorita' tat-Trasport Pubbliku biex tassigura li dawk li għandhom fil-pussess tagħhom liċenzja tas-sewqan ikunu fiżikament u mentalment kapaċi jsuqu l-vettura tagħhom mingħajr periklu? Jista' jgħid jekk hux qed isiru testijiet mediċi per eżempju tal-vista b'mod partikolari fuq persuni anzjani?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Anzjani nvoluti f'inċidenti tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni anzjani (65+) li kienu nvoluti f'inċidenti tat-traffiku waqt li kienu qed isuqu l-vettura tagħhom fis-snin 2006 u 2007? Jista' jagħti statistika separata ta' l-irġiel u n-nisa?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi in-numru ta’ persuni 'l fuq minn 65 sena li weggħu f’inċident tat-traffiku waqt li kienu qed isuqu matul l-2006 u l-2007 kien kif jidher hawn taħt:- Irgiel Nisa 2006 29 1 2007 31 3

Inċidenti tat-traffiku — Pedestrians

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni anzjani (65+) li kienu nvoluti f'inċidenti tat-traffiku waqt li kienu fit-triq (pedestrians) fis-snin 2006 u 2007? Jista' jagħti statistika separata ta' l-irġiel u n-nisa?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi in-numru ta’ persuni 'l fuq minn 65 sena li weġġgħu f’inċident tat-traffiku waqt li kienu fit-triq (pedestrians) matul l-2006 u l-2007 kien kif jidher hawn taħt:- Irgiel Nisa 2006 16 20 2007 22 18

Qrendi — Triq Nazzarenu Sammut

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'possibilita' hemm li Triq Nazzarenu Sammut fil-Qrendi, li hija l-unika triq rimanenti fi stat ħażin, tingħata wiċċ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant hija nkluża fil-programm ta' toroq li għad iridu jsiru mill-ADT.

Zabbar — Triq San Guzepp

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet għal Triq San Guzepp, Zabbar (minn kantuniera ma' Triq Villabate saż-Żejtun) li tinsab fi stat tant disażtruż li ħafna karozzi ma jistgħux jużawiex? Jista' jgħid x'inhi l-opinjoni ta' l-ADT jekk din il-parti tat-triq tistax tintuża bħala bypass għat-traffiku li jkun ġej jew sejjer lejn Wied il-Għajn?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Awtorita’ Dwar it-Trasport ser tagħmel xogħlijiet ta manutenzjoni għat-titjib ta’ Triq San Gużepp sabiex din tkun tista’ tintuza għal immaniġjar tat-traffiku waqt il-bini mill-ġdid ta’ Marsaskala bypass, (Triq Villabate/Latmija/Sant Antnin). Din it-triq ma tistax tintuza bħala by-pass għat-traffiku li jkun sejjer Wied il-Għajn qabel ma jsir it-titjib meħtieġ skond il-proposta kif indikata fil-pjan lokali għan-nofsinhar ta’ Malta.

Bord ta' l-Elettriku — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' dawk l-impjegati li kienu ġew trasferiti mid-dipartiment tal-gvern għall-Bord ta' l-Elettriku ta' Malta u mbagħad għall-Korporazzjoni Enemalta, li ħadu l-pensjoni (preferibbilment sena sena) skond it-termini ta' l-Ordinanza tal-Pensjoni XVII ta' l-1937 u l-emendi sussegwenti tagħha?

Response (GATT, AUSTIN)

In-numru ta’ dawk l-impjegati li kienu ġew trasferiti mid-dipartiment tal-gvern għall-Bord ta’ l-Elettriku ta’ Malta kien erbgħa mija u tmienja u tletin (438) u minn dawn mitejn u sitta u sebgħin (276) għaddew għall-Korporazzjoni Enemalta. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi n-numru ta’ persuni li ħadu l-pensjoni skond it-termini ta' l-ordinanza tal-Pensjoni XVII ta' l-1937.