Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li għamlu programm ta' riabilitazzjoni mid-droga matul is-sena 2007? Kemm min dawn kienu rġiel, kemm nisa u l-eta' ta' kull persuna? Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li minn dawn il-persuni baqgħu 'l bogħod mid-droga sal-lum?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant fl-ewwel żewġ partijiet tal- Mistoqsija hu kif jidher fit-Tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmat ukoll li ma tinżammx statistika dwar it-tagħrif mitlub fl-aħħar parti tal-Mistoqsija.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 1207 tista' l-Ministru tgħid meta hemm il-ħsieb li jibda jaħdem dan id-Direttorat għat-Turiżmu u kemm hu ppjanat li jkollu nies biex jaħdem?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tigi kkunsidrata fl-ezercizzju ta' ristrutturazzjoni li ghaddej ghar-rigward tal-Ministeru ghal Ghawdex u ghaldaqstant rirreferih ghar-risposta precedenti Nru.1207 li nghatat f'seduta Nru. 22.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta l-ADT għandha l-ħsieb li tagħmel l-investiment neċessarju biex it-triq prinċipali bejn il-Mosta u Lija tiġi maqlugħa u magħmula mill-ġdid? B'mod partikolari, anke qabel isir dan ix-xogħol infrastrutturali ta' entita' kbira, jista' jara li jsiru xogħlijiet marbuta mat-traffic flow fl-inħawi ta' Birkirkara, Lija u Iklin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-qlugħ mill-ġdid mhux kunsidrat bħala prijorita'.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' biċċeriji awtorizzati biex joqtlu tjur u annimali oħra f'Malta u f'Għawdex? Kemm minn dawn il-biċċeriji huma tal-gvern u kemm huma tal-privat? Fil-każ tal-biċċeriji tal-gvern, fejn jinsabu dawn?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li fil-preżent il-biċċeriji approvati f'Malta huma 5. Waħda minnhom hija tal-Gvern. Din tinsab il-Marsa u hija approvata biex toqtol bovini, ngħaġ, mogħoż, żwiemel u majjali. L-erba l-oħra huma privati u huma approvati biex joqtlu t-tiġieġ. F’Għawdex hemm biċċerija privata waħda approvata biex toqtol tjur, tiġieġ u dundjani.
Il-biċċerija tal-Gvern f’Għawdex preżentement qed tiġi ri-abilitata
Billi fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, Bugibba u l-Qawra diversi drabi sar xogħol mill-WSC f'numru ta' toroq, liema xogħol ħalla ħafna ħsarat, jista' l-Ministru jara li l-istess koperazzjoni tagħmel it-tiswijiet neċessarji b'mod xieraq u skond is-sena? Tista' l-koperazzjoni tara li ssir din it-tiswija b'mod prattiku fi Triq il-Qalb ta' Ġesu' u Triq San Gorg li għandhom ħafna ħsara minħabba x-xogħol tal-WSC?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qiegħda f’kuntatt mal-Awtorita’ Dwar it-Trasport biex tkun din tal-aħħar li tagħmel il-wiċċ tat-toroq wara li dawn jitħaffru mill-ħaddiema tal-KSI. Dan għaliex l-ADT hi ferm iktar esperta f’dan il-qasam milli hi l-KSI.
Sadanittant, il-KSI se tara l-ilment partikolari tal-Onorevoli interpellant dwar Triq il-Qalb ta' Ġesu' u Triq San Ġorġ biex isiru t-tiswijiet neċessarji mill-aktar fis possibbli.
Jista' l-Ministru jassigura li informazzjoni li l-MEPA qed tistenna mingħand l-ADT rigward linja ta' parti minn Mdina Road (eżattament minn fejn ir-roundabout ta' Srina se fejn jiżbokka Sqaq il-Qenċ, Ħaż Żebbuġ) tingħata kemm jista' jkun malajr?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li dalwaqt isiru taħditiet apposta fuq dan is-suġġett mall- MEPA biex din il-problema tkun megħluba fl-iqsar żmien possibli.
Peress li kien hemm diversi lamenteli minn Għawdxin li fil-għodu ċ-Ċirkewwa mhux qed isibu l-karozza tal-linja għal Mater Dei biex imorru għall-appuntamenti tagħhom fl-isptar, jista' l-Ministru jara li din is-sitwazzjoni tiġi riżolta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat lil-Awtorita' Dwar it-Trasport ta' Malta qatt ma rċeviet ilmenti f'dan ir-rigward. Għaldaqstant' l-Onor. Interpellanta hija mitluba tindika jekk dawn l-ilmenti jirreferux għal xi hinijiet partikulari.
Fil-preżent il-ħinijiet tar-Rotta 450 li titlaq miċ-Ċirkewwa lejn l-Isptar Mater Dei huma kif ġejjin: 06:30 u mbagħad mis-07:00 sas-19:00 kull siegħa.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1168 u 1040 u jgħid x'se jsir fuq ir-Regulation Tax Plus VAT? X'inhuma l-pjanijiet u r-regolamenti?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1040.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn spieri privati legali f'Malta u f'Għawdex? Kemm hu stmat li hawn spieri illegali f'Malta u f'Għawdex?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li n-numru ta' spieri privati registrati f'Malta huwa ta' 3485 waqt li f'Għawdex hemm 1,859.
Infurmat ukoll li ma teżistix stima ta’ spieri illegali.
Jista' l-Prim Ministru jara li ssir investigazzjoni permezz tal-MEPA sabiex isir magħruf x'kienet ir-raġuni li fil-Ġnejna, fl-inħawi ta' slipway magħrufa bħala it-Trozz, fejn kien hemm taraġ li kien ilu hemm għal dawn l-aħħar 40 sena u li qabel ma sar fl-istess post kien hemm passaġġ permanenti li kienu jgħaddu minnu s-sajjieda u l-bdiewa, dan l-aħħar tneħħa bir-riżultat li issa min irid jgħaddi minn naħa għall-oħra jrid jimxi max-xifer tal-baħar jew mill-baħar stess? Jista' jara li ssir din l-investigazzjoni ħalli jkun magħruf għaliex dan it-taraġ/passaġġ issa m'għadux jeżisti?
Jista' l-Ministru jgħid liema nħawi f'Malta u f'Għawdex jirċievu ilma tax-xorb unikament mir-reverse osmosis plants u mill-aquifers? Liema nħawi f'Malta u f'Għawdex jirċievu ilma tax-xorb b'taħlita ta' ilma li ġej mir-reverse osmosis plants u mill-aquifers?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Membru jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' Prim Ministru jgħid xi sforzi konkreti saru biex pajjiżna jingħata aktar minn €12,500 li ġie indikat f'risposta parlamentari mill-Unjoni Ewropea in konnesjoni mal-Frontex? Jaħsibx li l-ammont ta' €12,000 huwa wieħed miżeru ? Kemm hi n-nefqa tal-gvern Malti fit-tħaddim taċ-ċentru tal-Frontex f'pajjiżna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Minn din is-sena l-Forzi Armati ta' Malta ser jiġu rifonduti l-ispejjeż kollha relatati ma’ Frontex, kemm dawk li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet kif ukoll dawk li jikkonċernaw iċ-Ċentru tal-Frontex u li jammontaw ferm aktar mill-figura msemmija mill-Onorevoli Interpellant. Fir-rigward taċ-Ċentru ta’ l-operazzjonijiet din il-figura tkopri spejjeż ta’ natura amministrattiva kif ukoll xiri ta’ Office Equipment, bħal lap tops u apparat ieħor relatat.
Ir-referenza li għamel l-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari mill-Unjoni Ewropea mhix ċar u għaldaqstant nitolbu jkun aktar speċifiku.
Tista' l-Ministru tindika x'pożizzjoni se jieħu l-gvern in vista tal-protesta massiċċa li beħsiebhom jagħmlu l-istudenti li qed jistennew ir-riżultati ta' l-eżamijiet tagħhom? X'inhu jipprospetta li jagħmel il-gvern f'każ li t-tilwima industrijali tissokta u jkun qrib wisq tas-sena skolastika l-ġdida biex wieħed jagħmel resit f'każ li dan ir-resit ikun meħtieġ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li d-direttivi tal-Unions ġew sospiżi l-ġimgħa l-oħra, u r-riżultati ta’ l-eżamijiet qegħdin jiġu pproċessati u ppublikati. In-negozjati qed ikomplu biex il-kwestjoni tiġi riżolta fl-iqsar żmien possibli.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament sabiex jiġi mogħti lilha aċċess effettiv għal garage mibni lilha mid-Dipartiment ta' l-Artijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-esperti barranin fil-qasam tal-produzzjoni tal-laħam u t-trobbija tal-majjal li żaru Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar 5 snin? X'rakkmandazzjonijiet saru u kemm minnhom ġew implimentati fl-industrija lokali fil-mument?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li esperti barranin li għandhom x’jaqsmu mas-settur imsemmi huma nklużi fit-tweġiba għad-Domanda Nru 1470.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-esperti barranin fil-qasam tal-produzzjoni tal-laħam u t-trobbija tat-tjur li żaru Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar 5 snin? X'rakkmandazzjonijiet saru u kemm minnhom ġew implimentati fl-industrija lokali fil-mument?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li fil-qasam tal-produzzjoni tal-laħam u t-trobbija tat-tjur żaru Malta żewġ esperti li trattaw il-promozzjoni ta’ dan is-settur.
Kien hemm wkoll esperti oħrajn imsemmija fit-tweġiba għal-mistoqsija Nru 1470 li wkoll ittrattaw dan is-settur imsemmi
Ir-rakkomandazzjonijiet qed jiġu implimentati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-esperti barranin fil-qasam tal-produzzjoni tal-laħam u t-trobbija tal-fniek li żaru Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar 5 snin? X'rakkmandazzjonijiet saru u kemm minnhom ġew implimentati fl-industrija lokali fil-mument?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li fil-qasam tal-produzzjoni tal-laħam u t-trobbija tal-fniek żar Malta espert wieħed li rrakomanda r-reġistrazzjoni tal-produtturi fis-settur. Dan, temporanjament, qed isir b’mod volontarju.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-esperti barranin fil-qasam tal-produzzjoni tal-laħam taċ-ċanga u t-trobbija ta' l-għoġġiela li żaru Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar 5 snin? X'rakkmandazzjonijiet saru u kemm minnhom ġew implimentati fl-industrija lokali fil-mument?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li f’dawn l-aħħar ħames snin fil-qasam tal-produzzjoni tal-laħam taċ-ċanga u t-trobbija ta' l-għoġġiela żaru Malta 26 espert.
Ir-rakkomandazzjonijiet ta’ dawn l-esperti kienu:
· tibdil strutturali u operattiv fi ħdan il-biċċerija tal-gvern
· titjib biex ikun assigurat il-ħarsien tas-saħħa tal-għoġġiela qabel u waqt il-qatla
· l-introduzzjoni ta’ sistema ta’
Milk Recording
u Servizz ta’ Monitoraġġ ta’ saħħa tal-merħla tal-bovini minn veterinarji li jaħdmu privatament
· 14-il linja gwida dwar l-iġene waqt il-produzzjoni u l-użu ta’ l-għalf li 4 minnhom japplikaw għas-settur tal-bovini.
Dawn ir-rakkomandazzjonijiet qed jiġu implimentati.