Jista' l-Prim Ministru jispjega kif fil-gazzetta "The Times" tas-7 ta' Ġunju 2008 huwa ġie rraportat jgħid li: "The government was looking at all possibilities when it came to the shipyards but it was still too early to comment" iżda mbagħad 11- il jum biss wara, fit-18 ta' Ġunju 2008, il-Gvern ħabbar li t-tarzna se tkun privatizzata? Jista' jgħid liema kienu l-possibilitajiet kollha li l-gvern kien qed iħares lejhom? Jista' jgħid x'ġara matul dawn il-11- il jum biex il-Gvern iddeċieda li mill-possibilitajiet kollha li kien qed iħares lejhom, jagħżel dik tal-privatizzazzjoni ? Jista' jgħid kif fis-7 ta' Ġunju huwa qal li kien għadu kmieni ħafna biex wieħed jikkumenta, iżda mbagħad 11- il jum biss wara l-Gvern ħabbar id-deċiżjoni tiegħu favur il-privatizzazzjoni tat-tarzna ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
M’għandi xejn x’inżid ma’ l-istqarrijiet pubbliċi li diġa għamilt fejn spjegajt b’mod eżawrenti l-possibbiltajiet kollha li ġew kunsidrati.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fid-dawl tad-deċiżjoni tal-Gvern li jneħħi d-departure tax minn Novembru li ġej, hemmx xi pjani biex kif ġara fil-kwistjonijiet tas-satellite dishes, fil-każ tad-departure tax jingħataw refunds lil dawk li ħallsu din it-taxxa matul l-aħħar snin ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta hi fin-negattiv anke minħabba l-fatt li l-paragun ma jreġix. Filwaqt li l-imposta fuq is-satellite dishes kienet qed titħallas għal sena sħiħa u r-refuzjonijiet kienu relatati mal-perijodu li l-liċenzja ma kinetx aktar tapplika, id-departure tax titħallas għal kull safra partikulari.
Madankollu, jekk xi ħadd ibbukkja safra li ser issir wara l-1 ta’ Novembru 2008, u laħaq ħallas id-departure tax, għandu wkoll id-dritt għal refużjoni.
Regolamenti ġodda dwar l-industrija tal-logħob tan-nar
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ser jieħu l-Gvern biex jiżgura l-enforcement tar-regolamenti ġodda dwar l-industrija tal-logħob tan-nar b'mod partikolari biex irazzan abbużi li jidhru li ilhom għaddejjin snin sħaħ f'postijiet li kienu qed joperaw b'mod illegali f'nofs l-abitat?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li saru diversi spezzjonijiet f’postijiet diversi madwar Malta u Għawdex sabiex jinstabu u jiġu mrażżna abbużi fix-xogħol tal-logħob tan-nar u fil-ħażna ta’ splussiv li jintuża għal dan il-għan. Fil fatt ittieħdu diversi persuni quddiem il-Qorti sabiex iwieġbu għal akkużi diversi relatati ma' dan l-abbuż.
Dawn l-ispezzjonijiet ser ikomplu jsiru tant li qed jiġi iffurmat spettorat għal dan il-għan u ser ikollu d-dmir li jara li il-kmamar tan-nar qed joperaw skond il-Liġi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk tlestiex ir-rapport li kellu jsir mill-ADT dwar dak li seta' tefa' l-proġett tal-pont Manwel Dimech lura fit-tlestija tiegħu u jekk ir-rapport huwa lest, jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’postijiet vojta għandha l-Awtorita’ tad-Djar għall-allokazzjoni, f’liema lokalitajiet u kemm-il kamra tas-sodda għandhom? Jista’ jgħid x’allokazzjonijiet għamlet l-Awtorita’ tad-Djar minn Marzu 2008 sa’ nofs Ġunju 2008, f’liema lokalitajiet u x’kienu l-punti tal-familji eċċ li lilhom ġew allokati dawn l-istess postijiet? Jista’ jgħid jekk sarux trasferimenti minn post tal-Gvern għall-iehor u f’liema lokalitajiet?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex mhux qed issir żebgħa b'mod regolari fit-toroq arterjali bħalissa, fosthom fi Triq l-Imdina f'Hal Qormi? Jaf li f'dawn il-ġranet kien hemm inċident serju minħabba li ttajret persuna fuq pedestrian crossing fi Triq l-Imdina, Qormi li ma kenitx miżbugħa mill-ADT?
Response (GATT, AUSTIN)
Napprezza jekk l-Onor Interpellant jispjega kif issir żebgħa fit-toroq.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm penali u x'ammont ġew maħfura lill-persuni, kumpanniji mid-Dipartiment tal-VAT matul is-sena 2007 u fl-ewwel tliet xhur tas-sena 2008?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ penali li ġew iġġenerati dwar il-VAT fis-sena 2007 u fl-ewwel tliet xhur ta’ l-2008 kienu ta’ €8,319,937 (Lm3,571,748.95) u €2,467,623 (Lm1,059,350.55) rispettivament.
L-ammont ta’ penali li ġew maħfura kienu ta’ €2,932,186 (Lm1,258,787.45) fis-sena 2007 u €632,073 (Lm271,348.94) fl-ewwel tliet xhur ta’ l-2008. Dawn il-penali maħfura ma kinux neċessarjament iġġenerati fil-perjodi msemmija u għalhekk jinkludu wkoll penali iġġenerati f’perjodi oħra li ġew qabel.
Penali u multi li jinħafru mill-Kummissarju tal-VAT jistgħu jkunu varji. Penali huma mposti jekk
· id-denunzja tal-VAT tasal aktar tard mid-data ta’ l-għeluq (
late submission of tax return
)
· il-ħlas dovut mad-denunzja ma jsirx fil-ħin (
short-payment penalty
)
· ir-reġistrazzjoni għan-numru tal-VAT issir wara li tkun bdiet l-attivita’ ekonomika (
late
registration
)
· isir dikjarar ta’ taxxa tal-VAT bin-nieqes (
underdeclaration of VAT
).
Biex multi jew penali jkun jistgħu jiġu kkunsidrati għal reviżjoni jew maħfra, ikunu jridu jaqgħu taħt waħda mill-parametri stabbiliti mid-Dipartiment jew wara li jkun hemm deċizjoni tal-Bord ta’ l-Appell.
Fost ir-raġunijiet kien hemm:
· Penali li ġew ikkanċellati peress li kienu l-ewwel offiża tat-
Taxpayer (Budget Speech for the year 2003)
· Mard serju jew mewt tat-
Taxpayer
jew qraba viċin tiegħu
· Penali li ġew ikkanċellati għal perjodi ta’ wara talba għad-
deregistration
· Penali għax id-denunzja setgħet intbagħtet mid-Dipartiment f’indirizz ħazin
· Aġġustament li jsir mit-
Taxpayer
fuq
returns
preċidenti fuq bażi volontarja.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 439 u jgħid kemm kien hemm penali u x'ammont ġew maħfura lill-persuni, kumpanniji mid-Dipartiment tal-VAT matul is-sena 2007 u fl-ewwel tliet xhur tas-sena 2008?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 439.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 348, jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' multi mponuti mit-tax compliance unit ġew maħfura/ridotti fix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu għas-snin 2007 u 2008?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanr illi n-numru ta’ taxpayers investigati mit-TCU li fil-każ tagħhom il-multa ġiet ridotta fil-perijodi Jannar-Marzu 2007 u 2008 kien10 u 16 rispettivament.
Il-maħfra ta’ multi ssir għal raġunijiet speċifiċi bħal meta
taxpayer
ikun ikkoopera waqt l-investigazzjoni, jew meta l-kwistjoni tkun tirrigwarda xi punt legali kumpless. Kull maħfra jkollha marbutin magħha ċerti kundizzjonijiet per eżempju (a) sa meta jrid isir il-ħlas (b) li ma jistax isir
default
ieħor fi żmien stipulat, eċċ. Jekk dawn ma jiġux onorati, tintilef il-maħfra.
In segwitu tar-risposta li l-Prim Ministru ta lill-Interpellant odjern għall-mistoqsija parlamentari 362, jista' l-Ministru jispjega:
(a) Min hu s-sid ta' l-art privata li fuqha nbniet il-Lukanda Jerma Palace?
(b) Jekk l-awtur tas-sid ta' l-art privata li fuqha nbniet il-Lukanda Jerma Palace kien il-gvern ta' Malta u b'liema titolu dan is-sid akkwta l-art de quo?
(c) Jekk kienx hemm kondizzjonijiet fil-kuntratt tat-trasferiment li bih is-sid ta' l-art privata li fuqha eventwalment inbniet il-Lukanda Jerma Palace akkwista l-art de quo, u jekk iva, x'kienu?
(d) Dwar l-art esproprijata li fuqha nbniet parti mil-lukanda u li għadha tal-Gvern, xi proċeduri se jintużaw biex isir l-eventwali trasferiment?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi:
(a) It-Taqsima Proprjeta’ tal-Gvern ma żżommx informazzjoni dwar min huma is-sidien ta’ proprjeta’ privata.
(b) Mill-arkivji tat-Taqsima ma jirriżultax li l-awtur tas-sid ta’ l-art privata li fuqha inbniet il-Lukanda Jerma Palace kien il-Gvern ta’ Malta ħlief għal parti zgħira ħafna fejn kien hemm ‘pill-box tas-servizzi Ingliżi li kienet nbiegħet bħala libera u franka;
(c) It-Taqsima Proprjeta’ tal-Gvern ma żżommx kopji tal-kuntratt ta’ trasferiment ta’ artijiet bejn sidien ta’ artijiet privati;
(d) It-trasferiment irid isir skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Att dwar it-Trasferiment ta’ Artijiet tal-Gvern (Kap 268).
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 439 u 692 u jgħid kemm kien hemm penali u x'ammont ġew maħfura lill-persuni, kumpanniji mid-Dipartiment tal-VAT matul is-sena 2007 u fl-ewwel tliet xhur tas-sena 2008?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 439.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-bejgħ ta' karozzi/vetturi ġodda reġistrati f'pajjiżna matul Jannar, Frar, Marzu, April u Mejju ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar 5 snin sena b'sena fl-istess perjodu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qiegħed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-figuri tal-karozzi ġodda reġistrati f'pajjiżna matul Jannar, Frar, Marzu, April u Mejju għas-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u 2008.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-bejgħ ta' karozzi/vetturi second hand reġistrati f'pajjiżna matul Jannar, Frar, Marzu, April u Mejju ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar 5 snin sena b'sena fl-istess perjodu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi mehmuż qed nipprovdi tabella li turi l-figuri tal-karozzi wżati reġistrati f’pajjiżna matul Jannar, Frar, Marzu, April u Mejju għas-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u 2008.
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-multi li s'issa kellha tħallas Malta lill-Unjoni Ewropea? U kemm l-warning għandha u kemm-il każ hemm pendenti quddiem il-Qorti Ewropea? Jista' jagħti d-dettalji tal-każijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-bażi legali għall-proċedura li permezz tagħha Stati Membri jistgħu jeħlu multi għall-ksur ta’ l-Acquis Komunitarju hija l-Artiklu 228 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Malta la kellha, u lanqas għandha, proċeduri kontriha taħt dan l-artiklu u għaldaqstant Malta qatt ma weħlet multi u lanqas hi nvoluta fi proċeduri li jistgħu jwasslu għall-multi. Il-proċeduri legali taħt dan l-artiklu jistgħu jinfetħu biss jekk Stat Membru jonqos illi jieħu il-miżuri neċessarji biex jikkonforma ma’ sentenza tal-Qorti Ewropea taħt artiklu ieħor tat-Trattat (Artiklu 226). L-ebda multi ma jistgħu jiġu mposti taħt il-proċeduri ta’ ksur fl-ambitu ta’ l-Artiklu 226, anke jekk il-Qorti tiddecidi kontra xi Stat Membru għaliex f’dan l-istadju, l-Qorti Ewropea tidħol biss fuq il-mertu tal-każ, tinterpreta l-liġi u tiddeċidi min għandu l-pożizzjoni korretta bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 962 u jgħid kemm kien il-bejgħ ta' karozzi/vetturi second hand reġistrati f'pajjiżna matul Jannar, Frar, Marzu, April u Mejju ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar 5 snin sena b'sena fl-istess perjodu?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 962.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 961 u jgħid kemm kien il-bejgħ ta' karozzi/vetturi ġodda reġistrati f'pajjiżna matul Jannar, Frar, Marzu, April u Mejju ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar 5 snin sena b'sena fl-istess perjodu?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 961.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 851 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u t-tieni parti tagħha qed tiġi riferuta lilu, jista' l-Ministru jgħid: Prevja l-fehma tal-Gvern li l-iskema ta' myPotential kienet suċċess, il-Gvern għandu l-intenzjoni li jestendiha f'setturi li jinħass li hemm bżonn ta' aktar riżorsi, bħal ma hu s-settur finanzjarju?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi bħallissa bdew it-tħejjijiet għat-tfassil tal-programm finanzjarju tal-Gvern għas-sena d-dieħla u dan l-element ta’ estenzjoni ta’ myPotential ikun parti mill-għażliet li l-Gvern jagħmel meta jiġi biex jikkonkludi kif u fejn jiġu mqassma u allokati l-fondi.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 995 u jgħid skond id-Dipartiment tat-Taxxi Interni kemm hemm każi in dispute li ġew riferuti mit-taxpayers lill-Ombudsman?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 995.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 902 u jgħid kemm-il każ ta' multi mponuti mit-tax compliance unit ġew maħfura/ridotti fix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu għas-snin 2007 u 2008?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parmanentari numru 902.