Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu siringi lil ċittadini bil-vizzju tad-droga mill-health centres bejn Jannar u Diċembru 2007? Jista' jagħti lista ta' kemm tqassmu siringi lokal b'lokal? Kemm hija l-ispiża globali ta' dawn is-siringi?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li n-numru ta’ siringi li tqassmu miċ-ċentri tas-saħħa lil persuni bil-vizzju tad-droga matul is-sena 2007 huwa kif jidher fit-tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda ta-Kamra.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fiċ-Ċirkewwa (bejn il-Marfa u ċ-Ċirkewwa) matul il-bankina kollha jsir xi forma ta' ilqugħ bejn il-bankina u l-blat biex jitnaqqas il-periklu għal dawk li jkunu qed jimxu fuq il-bankina?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux mistenni li l-pjanti li kienu saru biex fit-triq taċ-Ċirkewwa (bejn il-Marfa u ċ-Ċirkewwa) jittieħdu l-miżuri neċessarji biex jitnaqqas il-periklu għal dawk li jgħaddu minn hemm bil-vetturi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Bħala parti mill-investiment tal-gvern fil-qasam turistiku, jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-flus li jitħallsu f'liċenzji mid-diversi service providers għal-liċenzji tagħhom, fil-fatt jgħaddu għand il-kunsilli lokali rispettivi biex dawn ikunu jistgħu jinvestuhom fl-istess lokalita' fejn hemm in-negozju?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ir-rakkomandazzjoni ta’ l-Onorevoli Interpellant ser tiġi mressqa lill-Unit li twaqqfet apposta biex tirċievi il-proposti fil-proċess tar-riforma tal-Kunsilli Lokali. Il-proposti kollha ser jiġu evalwati sabiex dawk li jkunu fattibbli jiġu implimentati.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-iskemi differenti li għalihom jistgħu japplikaw il-bdiewa, r-raħħala u s-sajjieda? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi litteratura partikolari li tista' tingħata lil dawn is-setturi biex kulħadd ikun infurmat dwar dawn l-iskemi?
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-proġetti li ser jiġu finanzjati mill-Unjoni Ewropea fil-fatt issa ġewx approvati? Jekk iva, liema proġetti fil-fatt ġew approvati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-lista ta’ proġetti li ġew approvati sa l-aħħar ta’ Ġunju 2008.
Jista' l-Ministru jiddikjara jekk jarax aċċettabbli l-fatt li rekluta titkeċċa mill-Korp tal-Pulizija għax tinqabad tqila? B'referenza għall-każ li ġie rapportat fil-ġurnal Malta Today li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jista' jgħarraf lill-Kamra kif spiċċat il-kwestjoni?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-Mistoqsija Parlamentari kienet diġa' saret matul il-Leġislatura li għaddiet, bin-numru 29183. Qed nerġa' nissottometti r-risposta, li kienet taqra hekk:-
Ninsab infurmat li rekluta mara li kienet qed tattendi t-taħriġ bażiku fil-kors ta' kuntistabbli fl-Akkademja tal-pulizija, kienet ippreżentat ċertifikat mediku li hija ma' setgħetx tkompli t-taħriġ fiżiku minħabba li kienet ħarġet tqila. Stante li t-taħriġ fiżiku kif ukoll taħriġ ieħor ta' strapazz huwa parti integrali mill-kors ta' taħriġ ta' kuntistabbli, din l-istess rekluta kienet twaqqfet milli tkompli r-reklutaġġ.
Tista' l-Ministru tinvestiga l-każ ta' persuna li hija nieqsa mid-dawl u li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, sabiex ma tibqax tirċievi kontijiet tat-televiżjoni, meta hi diġa' nfurmat lill-entita' relattiva li t-televiżjonijiet ma jiffunzjonawx?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-esperti barranin fil-qasam ta' l-orti kultura u s-serrer li żaru Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar 5 snin? X'rakkmandazzjonijiet saru u kemm minnhom ġew implimentati fl-industrija lokali fil-mument?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-esperti barranin fil-qasam ta' l-api kultura li żaru Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar 5 snin? X'rakkmandazzjonijiet saru u kemm minnhom ġew implimentati fl-industrija lokali fil-mument?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-esperti barranin fil-qasam tas-siġar taċ-ċitru li żaru Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar 5 snin? X'rakkmandazzjonijiet saru u kemm minnhom ġew implimentati fl-industrija lokali fil-mument?
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Gvern qed jikkonsidra l-użu ta' enerġija nukleari? Xi pjani għandu l-Gvern dwar dan? Jista' jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra r-rapport li sar riċentement proprju dwar dan il-punt?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-esperti barranin fil-qasam tal-produzzjoni tal-frott frisk li żaru Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar 5 snin? X'rakkmandazzjonijiet saru u kemm minnhom ġew implimentati fl-industrija lokali fil-mument?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-esperti barranin fil-qasam tal-produzzjoni tal-ħxejjex friski l li żaru Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar 5 snin? X'rakkmandazzjonijiet saru u kemm minnhom ġew implimentati fl-industrija lokali fil-mument?
Jista' l-Ministru jgħid liema awtorita' hi responsabbli li tara li l-kwalita' ta' l-ilma mtella' mill-ispieri privati għall-konsum tal-bniedem hi tajba għas-saħħa ta' l-istess bniedem? X'inhi l-proċedura li tintuża biex titkejjel il-kwalita' ta' l-ilma tax-xorb ta' l-ispieri privati? Kemm-il darba fis-sena din l-entita' tkejjel il-kwalita' ta' l-ilma tax-xorb li ġej minn spieri privati?
Jista' in oltre jgħid liema awtorita' hi responsabbli li tara li l-kwalita' ta' l-ilma mtella' mill-bjar fid-djar privati għall-konsum tal-bniedem hi tajba għas-saħħa ta' l-istess bniedem? X'inhi l-proċedura li tintuża biex titkejjel il-kwalita' ta' l-ilma tax-xorb tal-bjar tad-djar privati? Kemm-il darba fis-sena din l-entita' tkejjel il-kwalita' ta' l-ilma tax-xorb li ġej mill-bjar tad-djar privati?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Prim Ministru jiddikjara jekk il-Gvern huwiex edatt mill-fatt li hemm tour agencies lokali li qegħdin jitolbu ħlas addizzjonali għas-surcharge u mbagħad meta l-konsumatur jiċċekkjaw ma' l-Airmalta jiġi ndikat lilu li din mhijiex ġejja mill-Airmalta? X'se jagħmel il-Gvern biex din il-prassi ma taqbadx art fost l-operaturi fis-settur?
Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern biex fl-iSptar Mater Dei jiġu nstallati sistemi li jagħmlu użu mill-enerġija alternattiva?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li l-binja ta’ l-iSptar Mater Dei tinkludi numru ta’ Environmental Friendly Features, kif jidher fil-lista ta’ hawn taħt:
· Użu ta’
Building Management System
komputeriżżat, b’aktar minn 13,000
input/output points
u
field devices
għal immaniġġjar efficjenti tas-sistema ta’ ventilazzjoni u arja kundizzjonata,
·
Power Factor Correction
Units
li huma mqabbda ma’
low voltage
Switchgear
,
· Użu ta’ ħġieġ
double glazed
(thermal insulation),
· Użu ta’ lampi
energy saving
u
electronic ballasts
għal tubi florexxenti.
· Numru sostanzjali ta’
motion sensing detectors
biex id-dwal jinxtelu u jintfew awtomatikament mal-moviment tal-persuna,
·
Thermal insulation
u
Acoustic Attenuation
fil-ħitan ta’ ġewwa,
· L-użu ta’
water cooled chillers
li jipprovdu
pre-heating
ta’ l-ilma domestiku. Dan inaqqs il-load minn fuq il-b
oilers
u konsegwentement inkun hemm tnaqqis fil-konsum tal-fuel,
· L-
areas
kollha għall-użu tal-pazjenti huma mibnija fuq in-naħa tat-Tramuntana ta’ l-isptar. B’hekk jitnaqqas l-effett ta’ temperaturi gholjin fis-sajf,
· L-apparat ta’ ventilazzjoni huwa mgħammar
b’heat recovery units
,
· Madwar 270
electronic motor variable speed drivers
jintużaw biex jirregolaw l-ispeed ta’ muturi li jaħdmu bl-elettriku (fannijiet u lampi). B’hekk jitnaqqas il-konsum ta’ l-enerġija,
· L-ilma tax-xita jinġabar biex jintuża għall-irrigazzjoni u użi oħra,
· Jigi riciklat il-
Grey Water
(bħal ilma li jintrema minn xi sinkijiet) u jintuża għall-irrigazzjoni.
Informat ukoll li bħalissa il-Management ta’ Mater Dei qiegħed jesplora il-possibilita ta’ l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija alternativa bħal riħ, sħana u dawl tax-xemx. Fix-xhur li ġejjin ser isir
feasibility study
dwar l-integrazzjoni ta’ dawn is-sorsi alternattivi mas-sistemi ezistenti.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ADT hijiex beħsieba tilqa' talba li ilha ssir minn għadd ta' residenti tas-Swatar sabiex il-bus number 75 li tgħaddi mis-Swatar lejn l-isptar Mater Dei jkollha bus stopqrib l-HSBC Call Centre għall-konvenjenza ta' dawn ir-residenti? Hemm xi ħsieb li tiġi investigata mill-ġdid l-possibbilita' li tiżdied l-frekwenza tal-bus route number 169 li tgħaddi minn dan il-lokal?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat illi l-Awtorita qieghda tevalwa l-aħjar post fil-viċinanza ta' l-HSBC tas-Swatar, li ma jkunx ta' riskju kemm għar-residenti u l-passiġieri, kif ukoll għat-traffiku li jgħaddi minn dawn in-naħat.
Infurmat ukoll li hekk kif jiġi stabbilit il-post eżatt dan il-bus stop tkun tista tgħaddi minn fuqu r-rotta bin-numru 75 (mill-Belt Valletta lejn l-isptar Mater Dei) b'hekk li dan is-servizz ikun qiegħed jikkumplimenta r-rotta bin-numru 169 bil-għan li r-residenti tas-Swatar ikunu moqdija aħjar.