Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' l-ADT f'rigward tal-proġett mibdi mill-Kunsill Lokali tal-Mosta f'Triq il-Kostituzzjoni fejn illum il-proġett imsemmi jidher wieqaf u dan qed iwassal sabiex f'kull salib t-toroq f'din it-triq ewlenija qed joħolqu periklu u inkonvinjent għal dawk kollha li jkunu mixjijn f'din it-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 964 u jgħid kemm kien id-dħul mill-VAT minn fuq il-karozzi/vetturi mportati second hand matul l-ewwel 5 xhur ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għall-aħħar 5 snin, sena b'sena?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 964.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 963 u jgħid kemm kien id-dħul mill-VAT minn fuq il-karozzi/vetturi mportati ġodda matul l-ewwel 5 xhur ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għall-aħħar 5 snin, sena b'sena?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 963.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 735, minħabba li jidher li saret talba formali mill-Kunsill Lokali taż-Żurrieq, taħseb il-Ministru li jista' jkun hemm xi oġġezzjoni biex dawn il-faċilitajiet jiġu devoluti lill-istess Kunsill?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Kunsill Malti għall-iSport huwa kommess u diġa’ qiegħed f’diskussjonijiet biex it-tmexxija tal-faċilitatjiet sportivi msemmija tiġi mgħoddija lill-Għaqdiet Sportivi tal-Lokal.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 739 u jara li jkun hemm nurses fl-Adult Training Centre ta' Ħal Far minħabba li qed ikun hemm numru ta' problemi marbuta ma' tqassim ta' pilloli minħabba li l-carers ma jistgħux jagħmlu x-xogħol ta' nurse anke minħabba l-fatt li mhumiex kwalifikati għal dan ix-xogħol?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum għall-persuni b’diżabilita’ bħalissa hemm nurse full-time u qed jinxtara s-servizz ta’ nursing għal sittax il-siegħa oħra fil-ġimgħa kif ukoll servizz ta’ erbgħin siegħa oħra ta’ health assistant.
Dawn is-servizzi huma disponibbli għaċ-Ċentri kollha, inkluż dak ta’ Ħal Far, skond il-bżonn. Dwar it-tqassim tal-pilloli, ninsab infurmat li, fejn ikun hemm bżonn, dan isir mis-
Support Workers/Carers
taħt is-supervizjoni tal-Kap taċ-Ċentru rispettiv.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 889, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hiex il-prassi normali kemm fil-MEPA kif ukoll fit-tmexxija tal-gvern li persuni li jkunu sospiżi jibqgħu jingħataw full pay? Jekk ma jsibx oġġezzjoni, jista' jgħid min hi l-persuna u x'xogħol kien jagħmel fil-MEPA?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-azzjonijiet li l-MEPA tieħu fuq każijiet ta' persuni li jkunu sospiżi huma regolati bil-provvedimenti tal-Collective Agreement bejn il-MEPA u l-union konċernata. Fil-każ imsemmi, li jikkonċerna persuna fil-grad ta' Principal Technical Officer, il-każ tiegħu qed ikun rivedut
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 890 u cioe' : B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 74 dwar il-waiting list f'ċertu operazzjonijiet u l-istess dikjarazzjoni fit-tweġiba, jista' jgħid x'inhuma l-passi li l-gvern beħsiebu jieħu fiż-żmien li ġej?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onor. Membru jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 865.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li dawk il-Membri ta' l-Armata li jitilqu mill-armata u jerġgħu jidħlu lura xi żmien wara, fosthom anke snin, iż-żmien li jkunu għamlu qabel ma jgħoddx bħala servizz b'detriment li uħud minnhom jispiċċaw lanqas jilħqu 25 sena servizz? X'inhi r-raġuni li s-suldati u l-pulizija minkejja li t-tnejn huma korp dixxiplinat qed jiġu trattati b'mod differenti minħabba li fil-każ ta' pulizija s-servizz ta' qabel jgħodd?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-pensjoni tas-servizz fil-Forzi Armati ta’ Malta hija regolata skond it-Tielet Skeda ta’ l-Avviz Legali 91 ta’ l-1970. Din telenka ċ-ċirkostanzi li fihom membri tal-Forzi Armati ta’ Malta jistgħu jkunu ntitolati għall-pensjoni tas-servizz f’kaz li s-servizz tagħhom ikun ġie maqtugħ.
Jirrizulta wkoll li m’hemmx differenzi jew diskrepanzi bejn iz-zewġ forzi msemmija għajr għal klawsola waħda li tikkonċerna biss lil membri fir-riserva regolari u dan fil-kaz li wieħed jew aktar minn dawn il-membri ‘
jissejjaħ minnha għal servizz permanenti’.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-karozzi tal-pulizija speċjalment dawk tal-mobile squad, m'għandhomx arja kkundizzjonata u lanqas radio? Jaħsibx li l-pulizija bħala ħaddiema għalkemm f'korp iddixxiplinat, għandu jkollhom ambjent tax-xogħol aħjar, inkluż li jkollhom karozzi b'arja kkundizzjonata, speċjalment dawk tal-mobile squad li jagħmlu siegħat twal iduru fix-xemx? X'inhi r-raġuni li anke l-karozzi l-ġodda li ġew riċentament, minkejja li kellhom l-arja kkundizzjonata u radio, dawn ġew skonnettjati? Jista' jara li jittieħdu l-passi meħtieġa ħalli din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korp tal-Pulizija huwa kommess li l-uffiċċjali tiegħu jaħdmu fl-aqwa ambjent possibbli, ovvjament fil-parametru tad-doveri partikolari li jaqdu u r-riżorsi disponibbli. F'dan il-każ partikolari inxtraw vetturi meqjusa adatti għal dan it-tip ta' xogħol. Ovvjament, wieħed irid iżomm quddiem għajnejh l-ispejjeż operattivi kif ukoll eżiġenzi ta' xogħol ieħor.
Rigward l-aħħar parti tad-domanda, ninforma lill-Onor Interpellant li mhux minnu li l-apparat ta' l-arja kkondizjonata gie skonnetjat minn karozzi ġodda li nxtraw riċentement kif qed jiġi allegat.
Mhix il-prassi tal-Korp li jħalli radijiet fil-vettura, apparti dawk tas-servizz, minħabba li dawn jistgħu faċilment ifixklu lill-pulizija li jsuqu l-vettura waqt il-qadi ta' dmirijiethom.
Jista' l-Ministru jgħid x'inċentivi fiskali se jdaħħal il-Gvern biex iħajjar iżjed liċ-ċittadini tagħna jużaw vetturi b'enerġija nadifa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi bħala inċentiv biex il-pubbliku juża karozzi li jaħdmu bl-elettriku, pero’ għal-użu personali u mhux dak kummerċjali, il-Gvern joffri għotja ta’ 15.25% fuq il-valur tax-xiri tal-karozza sa massimu ta’ €1,164.69. Din l-iskema ġiet introdotta fl-1 ta’ Jannar 2005, kif imwiegħed fil-Baġit ta’ l-istess sena.
Kif tħabbar fil-Baġit għal din is-sena, din ir-rifużjoni telgħet għal 20%, sa massimu ta’ €2,329. Barra minnhekk, ser jitħejjew spazji ta’ parkeġġ riservati għal dawn il-karozzi b’faċilita fejn wieħed jista’ jiċċarġja l-vettura b’sistemi li jiġġeneraw l-elettriku mix-xemx.
Jeżisti ukoll inċentiv fuq karozzi ‘Hybrid’, għal-użu personali u mhux dak kummerċjali, li jikkonsisti f’rifużjoni ta’ 15.25% pero’ sa massimu ta’ Euro 466.
Is-sistema ġdida li qed tiġi mfassla bħala taxxa tar-reġistrazzjoni fuq vetturi ser tifavorixxi vetturi li għandhom emissjonijiet baxxi u dawk li jaħdmu b’enerġija mhux konvenzjonali.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1202 u 947 u jispjega:
(a) Min hu s-sid ta' l-art privata li fuqha nbniet il-Lukanda Jerma Palace?
(b) Jekk l-awtur tas-sid ta' l-art privata li fuqha nbniet il-Lukanda Jerma Palace kien il-gvern ta' Malta u b'liema titolu dan is-sid akkwta l-art de quo?
(c) Jekk kienx hemm kondizzjonijiet fil-kuntratt tat-trasferiment li bih is-sid ta' l-art privata li fuqha eventwalment inbniet il-Lukanda Jerma Palace akkwista l-art de quo, u jekk iva, x'kienu?
(d) Dwar l-art esproprijata li fuqha nbniet parti mil-lukanda u li għadha tal-Gvern, xi proċeduri se jintużaw biex isir l-eventwali trasferiment?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 947.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1135 u 962 u jgħid kemm kien il-bejgħ ta' karozzi/vetturi second hand reġistrati f'pajjiżna matul Jannar, Frar, Marzu, April u Mejju ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar 5 snin sena b'sena fl-istess perjodu?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 962.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1136 u 961 u jgħid kemm kien il-bejgħ ta' karozzi/vetturi ġodda reġistrati f'pajjiżna matul Jannar, Frar, Marzu, April u Mejju ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar 5 snin sena b'sena fl-istess perjodu?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 961.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1160 u 902 u jgħid kemm-il każ ta' multi mponuti mit-tax compliance unit ġew maħfura/ridotti fix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu għas-snin 2007 u 2008?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 902.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1091 u jgħid kemm mill-budget allokat għat-toroq ġodda u għal irranġar ta' toroq għas-sena 2008 ġew komessi? Kemm tħallsu u x'baqa' x'jitħallas? Kemm hemm penalitajiet għal xogħol li sar ħażin jew tard?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1091.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru aċċidenti fuq il-postijiet tax-xogħol matul is-sena 2007? Kemm min dawn kienu fatali? Kemm minn dawn il-vittmi kienu żgħażagħ taħt is-16-il sena? Kemm saru spezzjonijiet mill-esperti tas-saħħa u siġurta' fuq il-post tax-xogħol matul l-istess sena? Kemm sabu ħaddiema li ma kenux libsin ilbies protettiv? Kemm sabu ħaddiema jaħdmu bi prattika mhux rakkmandata fejn tidħol is-sigurta' tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li matul l-2007 kien hemm 4,386 rapport ta’ korriment fuq il-post tax-xogħol, li minnhom 7 kienu fatali. Ebda wieħed mill-inċidenti fatali ma kien jinvolvi persuni taħt is-16-il sena
Ninsab infurmat ukoll li, matul is-sena l-oħra, saru 1,274 spezzjoni mill-uffiċjali ta’ l-Awtorita’ għas-Saħħa u Sigurta’ fuq il-Post tax-Xogħol. Ma tinżammx statistika kif mitluba fl-aħħar żewġ partijiet tal-Mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-pagi u l-arretrati ta' ħaddiema f'aġenziji tal-gvern bħal Appoġġ u Sedqa, u l-ħaddiema fis-settur ta' aġenziji soċjali ma tħallsux fil-ħin? Dan kien xi żball amministrattiv jew ġara minħabba xi nuqqas ieħor?
Response (FENECH, TONIO)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir ir-riforma fid-dazju tal-karozzi second hand li jiġu mportati? Id-dazju minn fuq l-importazzjoni tal-karozzi se jonqos jew le? Jekk se jonqos, hemm il-ħsieb li jsiru xi tip ta' taxxi jew kontribuzzjonijiet oħra li jaffettwaw il-prezz tax-xiri tal-vetturi?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Skond il-liġi, id-deċizjoni dwar il-ftuħ ta’ l-istaġun tal-kaċċa u l-insib issir mill-Gvern wara rakkomandazzjoni ta’ l-ORNIS. Din ir-rakkomandazzjoni għadha ma tressqitx quddiem il-Gvern.
Jekk ir-riforma fuq id-dazju ta' l-importazzjoni tal-vetturi ssir, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux beħsiebu jagħti refund lill-importaturi ta' l-istess vetturi second hand jekk dawn jinqabdu b'numru ta' vetturi fl-imħażen tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.