Legislature:
Category:
Reset
Active:

Reġistru għall-Akkreditazzjoni — Taħriġ ta' l-Arti

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1354, tista' l-Ministru ġentilment tgħid liema organizzazzjonijiet ġew akkreditati f'dan ir-reġistru?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-organizazzjonijiet li ġew akkreditati fir-reġistru huma dawn: The DanceWorkshop Drama Troupe St. Martin’s College The Olivia Dow School of Russian Ballet

Għajnuna medika lill-barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'somma daħħal il-Gvern minn għajnuna medika/kirurġika mogħtija fl-isptarijiet jew polikliniċi Maltin lil ċittadini barranin li m'humiex intitolati għal din l-għajnuna b'xejn, fl-2005, 2006, 2007 u l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?

Response (DALLI, JOHN)

L-informazzjoni mitluba hija kif jidher hawn taħt: SENA € LM 2005 € 575,418.12 Lm247,027.00 2006 € 608,022.36 Lm261,024.00 2005 € 467,682.27 Lm200,776.00 Jannar - April 2008 € 272,088.00 Lm116,807.37 TOTALI € 1,923,210.75 Lm825,634.37
Leg 11 PQ #1681 Sitting 29 2008-07-07 Oral · Interim From: MARLENE PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fondi mill-UE lill-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' kunsilli lokali li rċevew fondi jew xi għajnuna oħra mill-Unjoni Ewropea? Għalfejn intużaw dawn il-fondi? Kemm kienu l-ammonti? Liema huma dawk il-kunsilli lokali li t-talba tagħhom għall-fondi għadha ma ntlaqgħetx? Hemm kunsilli lokali li qatt ma applikaw għall-fondi ta' l-Unjoni Ewropea? Liema huma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Surcharge

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1496 u jgħid kemm kien l-ammont ta' surcharge fuq il-konsum ta' l-elettriku miġbur mill-EneMalta matul is-sena 2007? Kemm kien is-surcharge fuq il-konsum ta' l-ilma miġbur mill-WSC għall-istess perijodu? Dan is-surcharge hu inkluż fid-dħul ordinarju tal-korporazzjonijiet rispettivi għas-sena 2007?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Santa Marija Estate — Triq il-Palm

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1357, jista' l-Ministru ġentilment jagħti indikazzjoni jew data ta' meta se jitkompla x-xogħol fuq din it-triq minħabba l-inkonvenjent li għaddejjin minnu r-residenti fl-inħawi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi x-xogħol fi Triq il-Palm mistenni jitkompla fil-ġranet li ġejjin.
Leg 11 PQ #1742 Sitting 29 2008-07-07 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati — Għawdxin li jaħdmu Malta

Question

B'riferenza għall-ordni mogħtija mill-forzi armati ta' Malta lill-membri tagħha Għawdxin li jaħdmu Malta dwar ħinijiet tax-xogħol, jista' l-Prim Ministru jgħid għall-liema raġuni ġiet mogħtija din l-ordni li biddlet l-arranġament li kien hemm qabel fejn ħaddiema Għawdxin kuljum setgħu jaslu ftit tard għax-xogħol u jitilqu ftit kmieni minħabba l-vapur? Jaf li dan it-tibdil se joħloq inkonvenjent kbir lill-ħaddiema Għawdxin li ta' kull filgħodu jiġu għax-xogħol Malta u jmorru lura lejn Għawdex u dan meta dawn lanqas jiġu provduti bi transport mill-forzi armati u ħafna jkollhom jaqbdu żewġ karozzi tal-linja biex ikunu fuq il-post tax-xogħol tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-arranġamenti li għandha l-Armata fir-rigward tal-ħinijiet tax-xogħol fejn jidħlu suldati Għawdxin huma ugwali għal dawk li għandhom l-impjegati kollha fis-Servizz Pubbliku. Dawn l-arranġamenti huma regolati b’paragrafu 3.1.1.10 tal-Public Service Management Code.

Ġbir ta' NI contributions

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1310 li oriġinarjamet saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm ġabar NI contributions il-gvern : i) Mis-settur Privat ii)Mis-settur Pubbliku sena b'sena matul dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Qormi — Tenders għall-ġardini

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jinħarġu t-tenders għall-ġardini li hemm fil-Housing Estate ta' l-Istabal, f'Hal Qormi minħabba li uħud minnhom jinsabu fi stat abbandunat? Jista' jagħti indikazzjoni meta dawn it-tenders se jinħarġu?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Separar ta' Skart Domestiku "Irriċikla t-Tlieta"

Question

Jista' l-Ministru jgħid min ħa ħsieb iqassam fid-djar tal-lokalitajiet kollha l-leaflets Separar ta' Skart Domestiku "Irriċikla t-Tlieta"? Jaf il-Ministru li mhux fid-djar u fil-lokalitajiet kollha tqassmu dawn il-leaflets? Kemm kull kunsill lokali ngħata boroż grizi? Kif kull kunsill lokali ddispona ( u cioe dawn il-boroż inġabrux mir-residenti inkella qassamhomx il-kunsill bieb bieb) minn dawn il-boroż griżi b'xejn? Kemm kull kunsill lokali ddispona min-numru ta' boroz li ngħata? U fil-każ ta' dawk il-kunsilli lokali li kellhom rispons baxx ħafna mir-residenti, jista' l-Ministru jara li dawn il-kunsilli lokali jqassmu b'xi mod dawn il-boroż huma?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li ntuża s-servizz bi ħlas tal-Maltapost p.l.c li ħadet ħsieb it-tqassim tal-leaflet, Separar ta’ Skart Domestiku “Irriċikla t-Tlieta. Iva naf u nfatti l-Ministeru rċieva madwar 6,000 talba għal dawn il- leaflets. Jien infurmat li għad hemm xi ħlasijiet pendenti minħabba dan. Il-Kunsilli Lokali kollha ingħataw rollijiet ta’ boroż griżi li kull roll kien fih 8 boroż. Kull Kunsill, ingħata rollijiet skond kemm għandu residenzi rreġistrati miegħu. Fejn ir-rispons mir-residenti kien baxx ħafna, kull ma jista’ jsir hu li kemm il-gvern u kemm il-Kunsilli Lokali jħeġġu għal iktar parteċipazzjoni. Nitlob l-Onor Membru biex jirreferi t-tielet u r-raba mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 11 PQ #1762 Sitting 29 2008-07-07 Oral · Interim From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

In-Nazzjon — Editur/Agent Editur

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu l-persuni reġistrati bħala editur jew aġent editur tal-gazzetta "In-Nazzjon" mill-1 ta' Lulju, 1970 'l hawn u l-perijodu li damu f'din il-kariga?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #1763 Sitting 29 2008-07-07 Oral · Interim From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Il-Mument — Editur/Aġent Editur

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu l-persuni reġistrati bħala editur jew aġent editur tal-gazzetta "Il-Mument" mid-9 ta' Lulju, 1972 'l hawn u l-perjodu li damu f'din il-kariga?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #1764 Sitting 29 2008-07-07 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Single Parents

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' single parents kull sena mill-1998 'l hawn li kienu qed jibbenefikaw minn xi forma ta' għajnuna soċjali eċċ?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Żwiġijiet Ċivili

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' żweġijiet li saru kull sena mill-1998 'l hawn u kemm minn dawn iż-żwiġijiet kienu żwiġijiet ċivili biss? Kemm kull sena miż-żweġijiet ċivili kienu bejn Maltin, jew bejn Maltin u barranin?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #1766 Sitting 29 2008-07-07 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Annullamenti/Separazzjonijiet taż żwiġijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' talbiet għal annullamenti ta' żweġijiet u ta' separazzjonijiet ta' żwiġijiet li saru kull sena mill-1998 'l hawn u kemm kull sena l-Qorti tal-Familja jew xi Qorti oħra annullat jew awtorizzat separazzjonijiet? Kemm kull sena mill-1998 'l hawn twaqqgħu talbiet għal annullamenti jew separazzjonijiet minħabba medjazzjoni jew minħabba ftehim milħuq bejn il-koppja?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra r-risposta għall-mistoqsija magħmula mill-Onor. Interpellant.
Leg 11 PQ #1769 Sitting 29 2008-07-07 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Proġett ta' Triq ix-Xlendi

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'sar s'issa fuq il-proġett tal-bini mill-ġdid tat-Triq tax-Xlendi? Kemm huwa t-tul tat-triq? Kemm se jiswa dan il-proġett? X'inhuwa t-timeframe għat-tlestija ta' dan il-proġett?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li parti sostanzjali mix-xoghol preliminari huwa lest izda ghadhom qieghdin jigu diskussi xi dettalji relatati mas-sejha ghall-offerti. Jiena nfurmata wkoll li huwa ppjanat li x-xoghol ser isir fuq medda ta' 1.6 kilometri ta' triq.
Leg 11 PQ #1770 Sitting 29 2008-07-07 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Hyperbaric Unit

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta kienet ġiet inawgurata l-Hyperbaric Unit fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex mill-Prim Ministru? Kemm flus sewwa dan il-proġett? Kemm pazjenti ngħataw kura f'dan il-Hyperbaric Unit? Kemm ħaddiema segwew korsijiet ta' taħriġ dwar it-tħaddim ta' dan il-Unit? Xi gradi huma? Meta lestew il-kors tat-taħriġ tagħhom? Hemm impjegati li għadhom iridu jingħataw taħriġ għat-tħaddim ta' dan il-Unit? X'tip ta' reklamar sar ta' dan il-Unit? Fejn sar u meta sar? Kemm sewa dan ir-reklamar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-Hyperbaric Unit fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex ġiet inawgurata fis-16 ta’ Diċembru 2006. Ninsab infurmata li l-proġett sewa €387,121.82 fuq xogħol ta’ kostruzzjoni u €408,041.63 għax-xiri u stallazzjoni tad-Decompression Chamber. Ma sar ebda reklamar bi ħlas ta’ dan il-unit. Dwar il-partijiet l-oħra tal-mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għar-risposti mogħtija għall-mistoqsijiet 147, 158 u 643 fis-seduta 6 tal 20/05/08 u seduta 13 tal 04/06/08 respettivament.
Leg 11 PQ #1771 Sitting 29 2008-07-07 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Taħriġ għall-ħaddiema fit-turiżmu

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta kellu jitlesta u jibda jiffunzjona l-proġett għat-twaqqif ta' faċilita' fil-Qala għat-taħriġ tal-ħaddiema fit-turiżmu? Tista' tgħid meta fil-fatt tlesta u beda jifffunzjona? Kemm ħaddiema ngħataw taħriġ f'din il-faċilita' ġdida? Kemm sewa flus il-proġett? Sa meta tlesta dan il-proġett, fejn ngħataw it-taħriġ il-ħaddiema fis-settur turistiku f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-proġett kellu jkun lest biex jiehu l-ewwel studenti għas-sena akkademika 2008-2009. Fil-fatt din il-faċilita għandha tilqa’ l-ewwel studenti F’Ottubru li ġej. L-implimentazzjoni ta’ dan il-proġett tinsab f’fazi avvanzata. Dan il-proġett huwa stmat li jiswa € 1926,630,54 (VAT inkluza) Waqt l-implimentazzjoni ta’ dan il-proġett, it-taħriġ kien qiegħed jingħata minn post alternattiv li jinsab fix-Xewkija.
Leg 11 PQ #1772 Sitting 29 2008-07-07 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta' Għawdex — Inċeneratur

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta ngħataw struzzjonijiet biex ma jitħaddimx aktar l-inċineratur ta' l-iSptar Ġenerali ta' Għawdex? Min ħariġhom dawn l-istruzzjonijiet? Meta fil-fatt waqaf jaħdem? X'sistema ta' immaniġjar ta' l-iskart tossiku ntużat meta waqaf jaħdem l-inċeneratur? X'sistema qed tintuża llum? Jista' jkun hemm elementi radju attivi f'dan l-iskart? X'sistemi ta' saħħa u sigurta' hemm biex tiġi evitata ħsara lis-saħħa ta' min jaħdem qrib dan l-iskart?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-inċineratur ta’ l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex waqaf jaħdem fis-27 ta’ Novembru 2007 skond il-pjan ta’ l-immaniġjar ta’ l-iskart għall-gżejjer Maltin. Sa kemm dan il-pjan ġie attwat, l-Isptar Ġenerali t’Għawdex ħa dawk il-miżuri kollha li kien hemm bżonn biex naqqas kemm jista’ jkun l-ammont ta’ Clinical Waste li kien jinħareġ. Meta waqaf jaħdem l-inċeneratur, l-iskart tossiku ġie immaniġġjat skond il- Clinical Waste Management Plan For Hospitals and Health Care Facilities maħruġa mid-Diviżżjoni tas-Saħħa kif ukoll skond gwidi fuq is-suġġett maħruġa mis-Supretendent Mediku ta’ l-Isptar. Minn meta ngħalaq l-inċeneratur il- Clinical Waste li qabel kien jinħaraq, qed jinġabar bl-istess sistema ta’ qabel iżda issa qed jiġi maħżun fi skips apposta li kienu maqfula f’depot apposta f’temperatura ikkontrollata, fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Il- Wasteserv Malta Ltd. Hija responsabbli li tieħu dan il- Clinical Waste minn dan id-depot, tittraspurtah lejn Malta f’vetturi apposta u tiddisponi minnu fil Marsa Therminal Treatment Facility . Minn waste surveys li saru fl-isptar, dawn jindikaw li l-isptar ma jkollux Radioactive Waste. L-impjegati kollha ta’ l-Isptar huma ipprovduti b’ Personal Protective Equipment u ngħata t-taħriġ meħtieġ lil dawk l-impjegati li jiġbru l-iskart fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

Mosta — Triq il-Kostituzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li dak il-proġett mibdi mill-Kunsill Lokali tal-Mosta, fi Triq il-Kostituzzjoni fil-Mosta jitkompla sabiex jitnaqqas l-inkonvinjent li t-twaqqif ta' dan il-proġett qed joħloq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.