Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid, jekk hemm, kemm hemm legali ta' nazzjonalita' Maltija li jaħdmu mal-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem u mal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea, min huma u meta ġew hekk appuntati?
Response (BORG, TONIO)
Ma hux responsabbilita tal-Gvern Malti li jirreġistra jew jikkontrolla n-numru ta' ċittadini Maltin li jaħdmu ma' organiżżazzjonijiet internazzjonali.
Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem — Imħallef
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu li suppost skada t-terminu tal-kariga ta' l-Imħallef Giovanni Bonello fil-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem? Jista' jispjega dettaljatament x'inhu l-intopp li nqala' dwar in-nomina l-ġdida, ġiex sorvolat dan l-intopp u min huma t-tliet nomini attwali tal-Gvern għal din il-kariga?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1411 u jgħid kemm huwa l-volum ta' l-ilma mill-impjanti tar-Reverse Osmosis li ma ġiex użat matul is-sena li għaddiet għax ma laħaqx il-livelli tan-normi aċċettabli? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar 5 snin sena b'sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda ilma mill-impjanti tar-Reverse Osmosis li ma ġiex użat għax ma laħaqx il-livelli tan-normi aċċettabbli fl-ebda sena dawn l-aħħar ħames snin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew intavolati kawżi kontra Malta quddiem il-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem fis-snin 2002, 2003, 2004, 2005, 2006 u 2007? Jista' jagħti d-dettalji dwar dawn il-kawżi u jindika b'mod dettaljat kemm minnhom ġew deċiżi kontra Malta?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Issa li għadda żmien konsiderevoli mill-mawra uffiċjali tal-Prim Ministru fl-Awstralja, jista' jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1156 u 1101 u jagħti rendikont finanzjarju tan-nefqa totali fuq id-delegazzjoni kollha, inkluż biljetti ta' l-ajru, akkomodazzjoni, ikel u spejjeż oħra?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-laħam tal-majjal reġistrata f'Malta u Għawdex matul l-ewwel ħames xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għas-sena 2003 u 2004 separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-produzzjoni tal-laħam tal-majjal reġistrata f'Malta u Għawdex matul l-ewwel ħames xhur tas-sena kienet ta’ 39,365 -il ras għal total ta’ 3,393,138 kilo. Matul din is-sena il-qatla saret biss fil-biċċerija ta’ Malta.
Għall-istess perijodu fl-2003 l-ammont f’Għawdex kien ta’ 2,753 -il ras waqt li f’Malta kien ta’ 51,051 -il ras għal total ta’ 4,420,166 kilo.
Għall-istess perijodu fl-2004 l-ammont f’Għawdex kien ta’ 1,925 -il ras waqt li f’Malta kien ta’ 42,394 -il ras għal total ta’ 3,597,402 kilo.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1191 u jgħid xi pjani għandu l-gvern biex jiżgura li l-ADT Emission Tests fuq il-karozzi tal-linja u l-karozzi privati ma jiksrux l-emission laws tal-pajjiż, kif ukoll biex flimkien ma' l-awtoritajiet konċernati jiżgura li jkun hemm enforcement xierqa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Emmissions Tests qegħdin isiru kemm b'Random Roadside Checks u kemm ukoll tests ta' l-Emmission li jsiru fuq rapporti ta' l-SMS Emmissions Campaign. Dawn l-emmissions tests isiru skond ir-Regolamenti dwar Testijiet biex jiċċertifikaw li vetturi bil-mutur huma tajba għat-triq. Barra minn dan infakkar lill-Onor. Interpellant li jien tajt struzzjonijiet lill-ADT biex tfittex mingħand l-Awtorita' dwar l-Istandards, pariri tekniċi dwar metodoloġiji t'infurzar ta' dawn ir-regolamenti aktar preċiżi minn dik li tintuża llum. Ninsab infurmat li l-MSA se tkun qed tagħti l-pariri tagħha fil-ġranet li ġejjin. Fuq struzzjonijiet tiegħi wkoll, l-Awtorita' wkoll qiegħda tirrevedi l-istruttura ta' l-Enforcement Officers biex dan il-Unit jissaħħaħ. Dan l-aħħar wkoll żdiedu inspections fuq il-VRT Stations.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-laħam taċ-ċanga reġistrata f'Malta u Għawdex matul l-ewwel ħames xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għas-sena 2003 u 2004 separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-produzzjoni tal-laħam taċ-ċanga reġistrata matul l-ewwel ħames xhur tas-sena kienet ta’ 2264 ras għal total ta’ 2234 kilo. Matul din is-sena il-qatla saret biss fil-biċċerija ta’ Malta.
Għall-istess perijodu fl-2003 l-ammont f’Għawdex kien ta’ 189 -il ras waqt li f’Malta kien ta’ 1389 -il ras għal total ta’ 2040 kilo. Peress li fl-2003 kien għad baqa’ xi bhejjem biċ-ċomb tal-ħadid jistà jkun li hemm xi diskrepanzi għaliex wħud setgħu ma ġewx irreġistrati fid-database dak iż-żmien.
Fl-2004 l-ammont f’Għawdex kien ta’ 220 -il ras waqt li f’Malta kien ta’ 1834 -il ras għal total ta’ 1762 kilo.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-laħam tat-tjur tas-simna reġistrata f'Malta u Għawdex matul l-ewwel ħames xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għas-sena 2003 u 2004 separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-produzzjoni tal-laħam tat-tjur tas-simna reġistrata f'Malta u Għawdex matul l-ewwel ħames xhur tas-sena kienet ta’ 1,298,881 tajra għal total ta’ 3,180,640 kilo qabel il-qatla. Dan l-ammont jista’ jvarja xi ftit, peress li xi produtturi jkun għadhom ma rritornawx id-dokumenti kollha tal-qatla.
Għall-istess perijodu fl-2003 l-ammont kien 1,888,731 tajra għal total ta’ 4,459,917 kilo qabel il-qatla.
Għall-istess perijodu fl-2004 l-ammont kien 1,871,392 tajra għal total ta’ 4,176,858 kilo qabel il-qatla.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tat-tadam mis-serer reġistrata f'Malta u Għawdex matul l-ewwel ħames xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għas-sena 2003 u 2004 separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li skond informazzjoni mill-Pitkalija, l-produzzjoni tat-tadam mis-serer reġistrati f'Malta u Għawdex kienet kif ġej:
Jannar – Mejju 2008 1,646,224 Kilo
Jannar – Mejju 2003 1,029,843 Kilo
Jannar – Mejju 2004 1,142,421 Kilo
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-frawli mis-serer reġistrata f'Malta u Għawdex matul l-ewwel ħames xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għas-sena 2003 u 2004 separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-informazzjoni mitluba ma tinżammx.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilu jiffunzjona t-Tribunal għall-Investigazzjoni tal-Korruzjoni? Jista’ jgħid min
kienu ċ-
chairman
u l-membri ta' dan it-tribunal u jindika l-perijodi ta’ meta dawn kienu jippreseduh?
Jista' jgħid meta jiskadielu t-terminu ċ-chairman attwali ta' dan it-Tribunal għall-Investigazzjoni tal-Korruzzjoni, l-Imħallef Albert Manche?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Nipprezumi li meta l-Onor Membru ghamel riferenza ghat-“Tribunal ghall-Investigazzjoni tal-Korruzzjoni” hu kien qieghed jirriferi ghall-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni.
Il-Kummissjoni ilha tiffunzjona minn meta twaqqfet fl-1988.
Ic-Chairman u l-Membri tal-Kummissjoni kienu gew appuntati kif gej:
19 ta’ Ottubru 1988
Chairman: L-Imhallef Victor Borg Costanzi LL.D.
Membri: P.L. Joseph Micallef
Dr Tonio Azzopardi LL.D.
19 ta’ Ottubru 1993
Chairman: Dr Albert Camilleri LL.D.
Membri: Dr Tonio Azzopardi LL.D.
Dr Carmelo Testa LL.D.
16 ta’ Novembru 1998
Chairman: L-Imhallef Albert Manché LL.D.
Membri: Dr Raymond Zammit LL.D.
Kur. John Harrizon (Irt)., B.E.M.
16 ta’ Novembru 2003
Chairman: L-Imhallef Albert Manché LL.D.
Membri: Dr Raymond Zammit LL.D.
Kur. John Harrizon (Irt)., B.E.M.
It-terminu tal-hatra tac-Chairman u l-Membri jiskadi fil-15 ta’ Novembru 2008
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew intavolati każi quddiem it-Tribunal għall-Investigazzjoni tal-Korruzzjoni
sena sena kemm ilu jezisti dan it-tribunal? Kemm minn dawn il-każi ġew deċiżi u f’kemm minn dawn il-kawżi
ġie ppruvat li kien hemm korruzjoni?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed nassumi li l-Onor Membru qed jirreferi għal każijiet li jittressqu quddiem il-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni.
Minn mindu twaqqfet il-Kummissjoni ġew invesigat,u wħud minnhom għadhom għaddejjin b'investigazzjoni 378 każ, li minnhom jidher li kien hemm 3 każi fejn irriżulta lill-Kummissjoni li kien hemm provi ta' Korruzzjoni. Dawn inbdew kif gej:
Sena
Kazi
1988
15
1989
32
1990
22
1991
10
1992
23
1993
48
1994
66
1995
27
1996
8
1997
12
1998
7
1999
27
2000
13
2001
12
2002
15
2003
3
2004
9
2005
9
2006
5
2007
14
2008
1
Minn dawn, il-Kummissjonii ghalqet tliet mija sitta u sittin (366) kaz.
Tista' l-Ministru tgħid jekk kienx hemm proċess sabiex jinħatar direttur tal-programmi ta' l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Ministeru?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-Koordinatur Nazzjonali tal-programmi ta’ l-Unjoni Ewropea ġie ‘detailed’ bħala Uffiċjal Pubbliku mal-European Union Programmes Agency b’effett mill-4 ta’ Mejju 2007 għal perjodu indefinit u dan ‘on grounds of public policy’.Dan ġara wara li l-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku irtrat s-sejħa għal applikazzjonijiet.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijijiet parlamentari 1324, 1138, 833 u 607 u jgħid kemm hu l-ammont ta' arretrati : a) taxxi tad-dħul u b) VAT li l-Gvern għandu jdaħħal sal-lum mingħand persuni privati u soċjetajiet kummerċjali?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw għajnuna finanzjarji l-bdiewa matul is-sena 2007, maqsuma skond it-tip ta' għajnuna li ngħatat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-għajnuna finanzjarja li ngħatat lill-bdiewa matul 2007 kienet kif ġej:
EURO
SMPPMA
10,996,866.26
Għajnuna diretta mill-Unjoni Ewropea
486,884.64
Ko-Finanzjament bejn Malta u l- Unjoni Ewropea
10,961,391.53
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1389 u jgħid liema toroq tlestew minn dak il-programm ta' toroq residenzjali li kien ġie mwiegħed li se jitlesta sa l-aħħar ta' l-2008 mill-Ministru preċedenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.