Kunsill Lokali tas-Sannat — Community Worker Scheme - xogħlijiet privati
Question
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 34439 u 34440, peress li deċiżjoni li qed niġbed l-attenzjoni għalihom li ħa s-sindku ta' Sannat f'żewġ każijiet separati minn xulxin kif deskrit fil-mistoqsijiet separatament ma' xulxin għar-rigward ta' dak li jista' jkun deskritt bħala imġieba irregolari ta' Sindku f'żewġ każijiet separati u għalhekk, jista' l-Ministru, permezz tad-dipartimenti konċernati jibda investigazzjoni fuq l-aġir ta' sindku, minkejja li ħaddiema tal-Community Worker Scheme, naċċetta li jaqgħa taħt ir-responsabilità ta' Ministru ieħor, f'dan il-każ qed nitlob investigazzjoni fuq deċiżjoni li setgħa ħa s-sindku u mhux ħaddiema, filwaqt li fil-każ ta' kuntratt tal-Eko-Għawdex jien nifhem li dan il-proġett jaqgħa taħt ir-responsabilità tal-Ministru ieħor iżda f'dan il-każ ukoll qed nitlob li jkun investigat l-aġir tas-Sindku li jista' jbiddel il-kundizzjoni tal-kuntratt imsemmi?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi d-Dipartiment tal-Gvern Lokali għadda l-każ lill-Bord ta’ Gvernanza biex tinvestiga l-każ skont Artiklu 5 (a) tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 363.150 (Regolamenti dwar Bord ta’ Gvernanza Lokali).
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se titranġa l-ħsara li hemm fil-garaxxijiet taħt Binja Msieraħ, Triq l-Imtarfa l-Imtarfa?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi l-Awtorità tad-Djar qiegħda tindirizza mal-kuntrattur l-isnag list sabiex ix-xogħlijiet ikunu konklużi b’mod sodisfaċjenti għal kulħadd mill-aktar fis.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34669 u cioè permezz tal-Korporazzjoni Enemalta, jagħti lista mingħajr ismijiet tal-ħaddiema li kienu responsabbli għas-superviżjoni tad-disposal tal-kimika mercaptan u tagħti d-dettalji dwar it-taħriġ li dawn ingħataw jekk qatt irċevietx taħriġ simili?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-rapport tal-Bord of Inquiry into the alleged irregular disposal of the chemical Mercaptan by Enemalta Corporation li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn, 30 t’April, 2012, f’seduta Nru. 466.
Jista' l-Minsitru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34783 u jikkonferma li fl-imgħoddi dejjem kienet il-prattika li qatt ma kien jinġieb l-LPG mingħajr mercaptan diġà mħallat miegħu? Jista' jikkonferma wkoll li f’dawk il-każijiet rari fejn xi drabi l-LPG ma jkunx diġà fih l-mercaptan, il-Korporazzjoni Enemalta nnifisha kienet tara li r-raffinerija minn fejn kien jitgħabba l-prodott, kienet tipprovdi wkoll anki mercaptan u/jew fuq il-vapur waqt li jkun ġej, jew inkella meta jkun qed iħott l-LPG għal fil-istallazzjoni tal-Qajjenza sabiex issir it-taħlita meħtieġa? Huwa minnu li sa ftit żmien ilu ma kienx jinxtara l-mercaptan sfuż? Minn meta beda jsir dan? Min kien ħa d-deċiżjoni li jibda jinxtara l-LPG mingħajr mercaptan diġà mħallat mal-prodott? Ġie stabbilit għaliex inxtrat dik il-kwantità kbira ta’ mercaptan meta ma kienx se jiġi użat? Meta nxtraw dawn it-tankijiet ikkonċernati bil-mercaptan li kienu suġġetti għall-inkjesta riċenti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 34687 u 34314 u jgħid l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f’liema stadju saret taf bil-problema tal-mercaptan u bil-ħruq illegali tagħhom? Minn min ġiet mgħarrfa? Min min-naħa tal-awtorità sar jaf b’dan? X’passi ttieħdu mill-awtorità appena saret taf b’dan u x’wassal biex l-ewwel għeddet li tieħu azzjoni bil-Qorti u sallum kważi tliet snin wara l-inċident jidher li għadu ma sar xejn, meta huwa mifhum li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kellha bażi soda biex tagħmel dan sa minn Novembru tas-sena 2009?
Response (DEMARCO, MARIO)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34914.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34751 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid fiex wasal il-proċess tal-Biometric ID Cards peress li ftit tal-ġimgħat ilu meta kien hemm min ċempel l-Uffiċċju tal-Karti tal-Identità ngħataw t-tweġiba li l-proċess kien se jibda dan ix-xahar, tant li min beda jmur biex iġeddidha bagħtuh lura d-dar u qalulhom li fi ftit żmien kienu se jibdew jibagħtu għan-nies kollha, iżda meta kien hemm min reġa' staqsa dwar dawn l-iżviluppi f’dawn l-aħħar jiem qalulhom li ma kienu jafu xejn u li żgur il-proċess mhuwiex se jibda għalissa? Jista' ġentilment jgħarraf il-Kamra dwar l-aħħar żviluppi ta’ dan il-proċess kif wkoll dwar id-date lines involuti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi meta mitluba jaraw xi kwalità ta’ informazzjoni qed tingħata lill-pubbliku, l-Uffiċċju tal-Karti tal-Identità ma humiex konxji miċ-ċirkustanzi li fihom il-pubbliku allegatament ingħata xi indikazzjoni ta’ meta l-proċess kien se jibda.
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-proċess hu maħsub li jibda fil-gimgħat li ġejjin u li iktar informazzjoni għandha titħabbar ‘il quddiem. Anzi l-gvern hu kommess li ssir kampanja ta’ informazzjoni biex kulħadd ikun ippreparat għal din il-bidla.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34651 u cioè: B'referenza għall-proġett tar-relocation ta' 17-il razzett, issa niżlu għal 12-il razzett, flimkien mal-impjant tat-trattament tad-demel ġos-south/Qrendi, liema proġett ilu mwiegħed mill-2007, sallum għad lanqas l-out line permit ma ħareġ, jista' l-Ministru jgħid:
a) fejn/fliema stadju wasal;
b) kemm intnefqu flus sa issa, u kif intnefqu;
ċ) kemm hemm raħħala li konfermaw bil-miktub/intrabtu li jmorru l-Qrendi;
d) kemm hu maħsub li jiġi jiswa dan l-impjant,
full cost breakdown
; u
e) kemm hu maħsub li jiġi jiswa kull razzett,
full costs breakdown
u min se jħallas?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kif il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separament mietet wara intervent kirurgusarlu fl-Isptar Mater Dei fix-xahar ta' April ??
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-Onor. Interpellant huwa mitlub sabiex jipprovdi il-kunsens tal-eredi tal-mejjet in kwistjoni stante illi l-awtoritajiet mhumiex awtorizzati jirrilaxxaw informazzjoni mingħajr tali kunsens.
Awtorità tad-Djar — talbiet ta' residenza alternattiva
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34757, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx il-ħsieb li l-persuni li ġejjin minn lokalità partikolari (f'dan il-każ San Pawl il-Baħar), jingħataw xi forma ta' preferenza fil-ħin ta' allokazzjoni?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-preferenza hija skond il-bżonn u l-esigenza tal-applikant
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma t-torrijiet/fortizzi li għandna f'Malta u f'Għawdex li għandhom xi forma ta' permessi biex joperaw operazzjonijiet marbuta mat-turiżmu bħal per eżempju catering?
Response (DEMARCO, MARIO)
It-torrijiet/fortizzi f'Malta u f'Għawdex li għandhom permess mill-Awtorita Maltija tat-Turizmu biex joperaw huma:
· It –Torri – Tower Rd., Sliema (catering licence)
· Il-Fortizza – Tower Rd., Sliema (catering licence)
· Gun Post – Marsamxetto Rd., Valletta (catering licence)
· The Fortress – Xemxija Hill, Xemxija (catering licence)
· Ferretti – Qajjenza Rd., B’Bugia (catering licence)
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'permessi ħarġu mill-pulizija, jekk ħarġu, għall-attività ta' mużika/soċjali, li ġiet organizzata fit-13 ta' Mejju 2012 f'Buġibba/Qawra, San Pawl il-Baħar?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-istabbiliment kummerċjali fejn saret din l-attività huwa kopert bil-permessi meħtieġa maħruġa mill-Awtorita' kompetenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas il-perit li d-dettlaji dwaru qed jintbagtħu separatament, mill-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema għas-servizzi tiegħu?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali ta' tas-Sliema kellu servizz ta' konsulenza ta' perizja mal-kumpanija MED Developers and Consultants Ltd li r-rappreżentant tagħha kien il-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant. Infurmat ukoll illi l-ħlasijiet saru lil din il-Kumpanija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-ħlas li sar mill-Kunsill Lokali tal-Imsida, l-perit li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għax-xogħol ta' servizz tiegħu lill-istess kunsill?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali tal-Imsida kellu servizz ta' konsulenza ta' perizja mal-kumpanija MED Developers and Consultants Ltd li r-rappreżentant tagħha kien il-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant. Infurmat ukoll illi l-ħlasijiet saru lil din il-Kumpanija.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm talbiet għal xi forma ta' permess mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, li ġejjin minn kull wieħed mill-Kunsilli Lokali tas-7, 11-il u 12-il distrett elettorali? X'tip ta' applikazzjoni hemm, f'kull każ, u kemm ilhom pendenti dawn l-applikazzjonijiet?
Response (DEMARCO, MARIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm persuni li ġejjin mis-7, il-11 u t-12-il distrett elettorali li bbenefikaw minn skema SM matul l-aħħar sitt xhur? Kemm kien hemm applikazzjonijiet ġodda mill-istess lokalitajiet, lokalità lokalità fl-istess perjodu?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’dawn l-aħħar sitt xhur l-Awtorità tad-Djar ma rċevietx l-ebda applikazzjoni taht Skema SM minn lokalitajiet tas-7, 11 u 12-il Distrett. F’dan il-perjodu ma bbenefikawx ukoll l-ebda persuni taht din l-Iskema mid-Distretti imsemmija.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal ix-xogħol li qed isir fuq il-water park fil-front ta' Buġibba, San Pawl il-Baħar? Billi dan il-park għandu jagħti dehra ferm aħjar lil dawn l-inħawi, jista' l-Ministru jinforma sew lir-residenti tal-inħawi għaliex hemm min qed ixerred numru ta' gidbiet dwar dan il-water park kemm dwar min qed jagħmlu kif ukoll dwar kif se jkun jista' jintuża?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett jinsab fi stadju avvanzat u mistenni jinfetaħ f’ Ġunju ta’ din is-sena biex jitgawda mill-familji Maltin propju min dan is-sajf.
Dan hu proġett ieħor tal-Gvern Ċentrali li permezz tiegħu qed inkomplu nagħtu spazji ta’ kwalita għall-familji tagħna.
Jista’ l-Ministru mistoqsija parlamentari 34302 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni u Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kien hemm ġenituri tul din il-leġislatura li weħlu multi minħabba li ma bagħtux lil uliedhom l-iskola mingħajr awtorizzazzjoni?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34173.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex is-Soċjeta Ażmatiċi Maltin ma ngħatawx premises mill-gvern u qed ikunu kostretti jiltaqgħu fil-kafetterija tal-Isptar Mater Dei?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li ebda organizzazjoni non-governattiva (NGO) jew għaqdiet volontarji li jagħtu servizz ġewwa l-isptar ma għandhom kamra fissa bħala uffiċċju fejn jiltaqgħu għall-laqghat tagħhom ġewwa l-Isptar Mater Dei. Madankollu min ikun irid jagħmel laqgħa mal-management jista jibbukkja kamra (fuq first come-first served basis) mar-receptionist tal-amministrazzjoni.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu fis-settur tal-Edukazzjoni f'Għawdex u f’Malta separatament fl-aħħar ta’ Ġunju 2011 u fl-aħħar ta’ Diċembru 2011 bħala: 1) full-time; 2) part-time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom; u 3) part-time bħala x-xogħol sekondarju tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L- informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.