Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mistra Village Complex

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1418 u 1249 u ċioe: Stante li minflok il-Mistra Village Complex se jitla' torri ġdid, u dan l-iżvilupp ta' bilfors se jkollu jerġa' jitfa' fuq l-agenda l-iżvilupp tat-triq minn ġo l-Imbordin ta' l-hekk imsejjaħ TEN-T Network, u stante li s-soluzzjoni għall-problema tax-Xemxija li jieħu wisq traffiku ġej u sejjer mill-Mellieħa u Għawdex, ma tistax tkun triq li i) tiġġenera iżjed tniġġis fil-Pwales,is-Simar u l-Imbordin ii) kontra l-liġi ta' l-EU għax tipperikola l-aquifer tal-Miżieb u iii) triq ġdida bħal din mhux se ttaffi l-vera problema tagħna cioe' dipendenza kbira fuq il-karozzi u trasport privat, jista' l-Ministru jgħid xi pjani għandu l-gvern fuq it-triq ta' l-Imbordin? Veru li l-gvern qed jikkonsidra li jitnaqqas l-użu tal-port taċ-Ċirkewwa b'ferry li jasal sal-port tal-Marsa (fejn is-Sea Malta)?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-proġett propost għall-bini ta’ by-pass fl-inħawi ta’ l-Imbordin, San Pawl il-Baħar hu fl-istadju ta ‘concept design’. Din il-proposta trid tiġi iktar iddetaljata u jsir studji ta’ l-impatt ambjentali u konsultazzjoni skond ir-regolamenti qabel ma tittieħed id-deċisjoni dwar il-proġett kif propost. Naturalment il-pjanijiet għad-domanda ta' traffiku fuq it-toroq li nibnu jieħdu, kif jissuġġerixxi l-Onor. Interpellant , każ tal-kunsiderazzjonijiet għat-tnaqqis 'tad-dipendenza kbira fuq il-karozzi u trasport privat'. Ninsab infurmat ukoll li L-Awtorita` Marittima m’għandha l-ebda pjanijiet sabiex il-Port il-Kbir jibda jintuża b’mod regolari għas-servizz ta` ferry bejn Malta u Għawdex sabiex jitnaqqas l-użu tal-port taċ-Ċirkewwa.

Manoel Island — Ground

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1295 u jgħid issa li għaddew aktar minn sentejn mid-data mħabbra meta mistenni jitlesta dan ix-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-kuntratt ma’ l-iżviluppaturi jorbothom ilestu dan il-piċċ fi żmien erba’ snin mill-ħruġ tal-permessi relattivi ta’ l-iżvilupp. Ninsab infurmat ukoll li l-MEPA qed fil-preżent tevalwa applikazzjonijiet għal dawn il-permessi.

Għawdxin li jaħdmu Malta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1337 u 1074 u jgħid kemm huwa stmat li hu n-numru ta' Għawdxin li jaħdmu f'Malta? Kemm minnhom fis-settur pubbliku? Kemm fis-settur privat?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1337.

Gozo Channel — Garr ta' Merkanzija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1334 u 959 u jara li jittieħdu passi biex il-kumpannija Gozo Channel toffri servizz regolari ta' ġarr tal-merkanzija bejn Mġarr, Għawdex u Sa Maison, Malta peress li s-servizz kurrenti ta' darbtejn fil-ġimgħa mhux adegwat?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Gozo Channel — Garr ta' Merkanzija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1334 u 959 u jara li jittieħdu passi biex il-kumpannija Gozo Channel toffri servizz regolari ta' ġarr tal-merkanzija bejn Mġarr, Għawdex u Sa Maison, Malta peress li s-servizz kurrenti ta' darbtejn fil-ġimgħa mhux adegwat?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 959.

Attivitajiet Għat-Turiżmu f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1366 u 1206 u jgħid kif u fuqhiex intefqu €116,000 maħruġin mill-Fond għall-Kawżi Ġusti fuq attivitajiet għat-turiżmu f'Għawdex? Liema organiżżazzjonijiet ingħataw dan il-fond?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Vetturi b'enerġija alternattiva

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1347 u jgħid x'inċentivi fiskali se jdaħħal il-Gvern biex iħajjar iżjed liċ-ċittadini tagħna jużaw vetturi b'enerġija nadifa?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1347.
Leg 11 PQ #1686 Sitting 30 2008-07-08 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Drugs Control Unit

Question

Jista' l-Ministru jippreżenta organisation chart tad-Drugs Control Unit, bl-iskali rispettivi? X'inhu x-xogħol ta' dan il-unit? Jista' jgħid jekk huwiex kuntent bil-ħidma ta' dan il-unit u jekk hux se jkun hemm tibdil fl-istruttura u l-mansjonijiet ta' l-istess unit?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat illi d-Drug Control Unit tifforma parti mid-Dipartiment għas-Saħħa Ambjentali li jaqa taħt id-Divizjoni tar-Regulazzjoni tas-Sahha Pubblika. Il-Unit huwa mmexxi minn Spettur Prinċipali għas-Saħħa. L-istaff l-ieħor jinkludi skrivani, assistenti principali, kif ukoll numru ta’ ‘Ward Clerical Assistants’. Dwar l-iskali, l-Ispettur Prinċipal għas-Saħħa huwa fi skala 8. Warajh hemm skrivan fi skala 9 (ex Maltapost), żewġ assistenti prinċipal fi skala 11 u tliet ‘Ward Clerical Assistants’ fi skala 17. Hemm ukoll skilled labourer. Ser inpoġġi Organistaion Chart fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-funzjoni ta’ dan il-Unit joħrog mill-Avviz Legal 22 ta’ l-1985 li huwa li jinħargu Control Cards lil dawk il-persuni li jieħu mediċini narkotiċi jew psikotropiċi. Isiru madwar 24,000 Control Card fis-sena. Issir l-awtoriżżazzjoni għal min ikun ser isiefer u jkun ser iġorr mediċini narkotiċi jew psikotropiċi fiż-żona Schengen. Barra minn hekk, jingħataw guramenti lil min jitlef jew aċċidentalment jiddistruġġi l- Control Card li jkollu. Jinħarġu wkoll avvizi lit-tobba u spiżeriji meta jinqabad xi ħadd jabbuża bil- Control Card . Xogħol relatat ma’ dawn il-funzjonijiet huwa li tinżamm informazzjoni ta’ min jieħu overdose biex jiġi żgurat mat-tobba tagħhom li tista’ tinħarġilhom il- Control Card . Il-ħidma ta’ din il-Unit hija regolata minn ‘Quality Service Charter’ biex jiġi aċċertat li l-pubbliku jinqeda tajjeb. Dawn l-aħħar xhur id-Dipartiment ħass il-ħtieġa li jżid in-numru ta’ ħaddiema biex ilaħħqu aktar mad-domanda tal-pubbliku, kemm għal Control Cards ġodda kif ukoll biex dawk qodma jigu mibdula kull sena. Huwa ukoll maħsub li f’qasir żmien il-Unit tiċċaqlaq għal post aktar akkoljenti kemm għall-pubbliku kif ukoll għall-istaff. Preżentament ma’ hemm l-ebda intenzjoni li jsir l-ebda tibdil fl-istruttura u l-mansjonijiet ta’ l-istess Unit.
Leg 11 PQ #1697 Sitting 30 2008-07-08 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

British Pharmaceuticals

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont dovut mill-Gvern Malti lill-kumpanniji u suppliers ta' British Pharmaceuticals mir-Renju Unit sa tmiem Frar 2008?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex ikun iktar speċifiku fil-Mistoqsija tiegħu u jgħid għal liema kumpaniji qiegħed jirreferi.

Miżbla tal-Magħtab u Riċiklaġġ ta' Sant'Antnin — Residenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjani tal-gvern biex residenti li jgħixu qrib il-miżbla tal-Magħtab u qrib l-impjant tar-riċiklaġġ ta' Sant'Antnin jingħataw sussidju speċjali mill-gvern fuq is-surcharge tal-kontijiet tad-dawl tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Aċċess għal garage

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1458 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura,Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament sabiex jiġi mogħti lilha aċċess effettiv għal garage mibni lilha mid-Dipartiment ta' l-Artijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ilma tax-xorb — Reverse Osmosis u Aquifers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1451 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid liema nħawi f'Malta u f'Għawdex jirċievu ilma tax-xorb unikament mir-reverse osmosis plants u mill-aquifers? Liema nħawi f'Malta u f'Għawdex jirċievu ilma tax-xorb b'taħlita ta' ilma li ġej mir-reverse osmosis plants u mill-aquifers?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #1767 Sitting 30 2008-07-08 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Complement ta' l-infermiera

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-complement ta' l-infermiera fl-isptarijiet tal-Gvern Mater Dei, San Vinċenz de Paule u Mount Carmel u fiċ-Ċentri tas-Saħħa bil-bereġ li jaqgħu taħthom u kemm fil-fatt hu n-numru ta' l-infermiera f'dawn il-postijiet? Kemm-il darba n-numru ta' l-infermiera hu inqas mill-complement x'qed isir mill-Gvern biex dawn il-postijiet jimtlew u b'hekk la jkun hemm ilmenti min-naħa ta' min jirċievi s-servizz u lanqas min-naħa ta' min qed jagħti s-servizz?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 11 PQ #1768 Sitting 30 2008-07-08 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Bereġ tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena, lokalita' b'lokalita', berġa berġa mill-1998 'l hawn kemm kien in-numru ta' persuni li b'xi mod jew ieħor għamlu użu mis-servizzi tat-tobba u l-infermiera eċċ fil-bereġ kollha tal-Gvern f'Malta u Għawdex? Jista' jgħid x'inhu l-ħsieb tal-Gvern dwar l-bereġ u cioe' jekk dawn humiex se jibqgħu miftuħa? X'servizzi se jagħtu ladarba tidħol ma' Malta u Għawdex kollha l-iskema ta' Ispiżerija ta' l-Għażla Tiegħek, eċċ?

Response (DALLI, JOHN)

L-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-Mistoqsija ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Informat li ma tinżammx statistika dwar il-bereġ ta' Għawdex peress li dawn jaqgħu taħt il-Ministeru konċernat. Ninsab informat ukoll li minbarra t-tqassim tal-mediċini mill-ispiżeriji, iċ-ċentri tas-saħħa u l-bereġ joffru diversi servizzi oħra. Għalhekk m'hemm l-beda ħsieb li jingħalqu dawn iċ-ċentri meta tidħol fis-seħħ l-iskema ta' l-iSpiżerija ta' l-Għażla Tiegħek ma' Malta u Għawdex kollha.
Leg 11 PQ #1773 Sitting 30 2008-07-08 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ċimiterju Santa Marija — Xiri ta' Oqbra

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien ħallas il-pubbliku meta kienu nxtraw l-oqbra fiċ-ċimiterju ta' Santa Marija fl-1993 u fl-1994? Kemm se jħallas min se jieħu qabar issa? Kemm se jingħataw oqbra issa u meta se jingħataw?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena infurmata li l-prezz ghall-akkkwist ta' qabar fic-Cimerterju ta' Santa Marija f'Ghawdex fl-1993 u fl-1994 kien hekk: Lm230 ghal qabar mibni b'zewg taqsimiet u Lm280 ghal qabar mibni bi tliet taqsimiet. Permezz ta' avviz legali 377 ta' l-2007, il-prezz li ghandu jithallas ghall-akkwist ta' qabar inkluz is-sit fl-estensjoni proposta tac-Cimeterju ta' Santa Marija huwa ta' €2329.37 ekwivalenti ghal Lm1000. Se jinghataw 370 qabar u l-kuntratti ta' bejgh se jsiru fi zmien qarib.
Leg 11 PQ #1774 Sitting 30 2008-07-08 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Xewkija — Qasam Industrijali

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'xogħolijiet huma meħtieġa li jsiru fil-qasam industrijali tax-Xewkija? X'xogħlijiet saru mill-Ministeru għal Għawdex, mill-Malta Industrial Parks u mill-Malta Enterprise f'dan il-qasam kull sena mill-1999 sal-lum? Kemm kienet in-nefqa kull sena fuq dawn x-xogħlijiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li fis-snin 2003,2004 u 2005 sar upgrading tal-bini tal-fabbrika GGX005B mill Ministeru għal Għawdex bi spiza ta’ Lm13,080, Lm19,747 u Lm1,035 ghal kull sena rispettivament. Ninsab infurmata wkoll li min zmien ghall iehor saru xoghlijiet ta’ tindif u xoghol ta’ manutenzjoni bil haddiema tal-gvern Dwar il-partijiet l-oħra tal-mistoqsija, peress li l-Qasam Industrijali tax-Xewkija huwa amministrat mill-Malta Industrial Parks nitlob l-Onorevoli Nterpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Minisitru konċernat.
Leg 11 PQ #1775 Sitting 30 2008-07-08 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Taħwil ta' siġar

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm tħawlu siġar, mhux xtieli u xarbitelli, mill-Ministeru tagħha kull sena mill-1999 sal-lum lokalita', lokalita' skond it-tip ta' siġar? Kemm intnefqu flus kull sena fuq dan il-programm ta' taħwil ta' siġar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba hija kif tidher fuq l-iskeda li qed titpogga fuq il-mejda tal-Kamra u li x-xoghol ta' tahwil u manutenzjoni tas-sigar isir mill-haddiema tal-gvern.
Leg 11 PQ #1776 Sitting 30 2008-07-08 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Malta Enterprise — Industrija f'Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid fil-Ministeru tagħha kemm kien il-valur ta' ħlas ta' inċentivi li sar taħt il-Business Promotion Act kull sena mill-1999 'l hawn lill-industrijalisti li joperaw f'Għawdex? Kemm kienu kull sena l-industrijalisti li rċevew ħlas? Tista' tgħid kemm hu n-numru u l-valur ta' l-għotjiet ta' inċentivi għall-industrija f'Għawdex taħt l-istess Att li huma approvati mill-Malta Enterprise u għadhom ma tħallsux? Għal liema snin huma u kemm hu l-ammont għal kull sena? Meta saru t-talbiet mill-industrijalisti u meta ġew approvati mill-Malta Enterprise? Meta mistennija li jitħallsu? Kemm hemm talbiet li qed jistennew l-approvazzjoni tal-Malta Enterprise u għal liema snin huma?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ghada qed tingabar.
Leg 11 PQ #1777 Sitting 30 2008-07-08 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

San Lawrenz — Triq Rabat

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-proġett għall-bini mill-ġdid tat-Triq Rabat, San Lawrenz tlestiex minn kollox? Jekk fin-negattiv, x'xogħlijiet jonqos isiru? Kemm-il kilometru tul ta' triq kellu jkopri dan il-proġett? Kemm-il kilometru ta' triq fil-fatt inbena mill-ġdid?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li nbnew mill-gdid 2.47km ta' triq minn tul ta' 3.3km u li x-xoghlijiet pendenti huma dawk ta' kisi ta' xi hitan bis-sejjiegh u li jinghata tarmac fil-bqija tat-triq.
Leg 11 PQ #1778 Sitting 30 2008-07-08 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Servizz tal-ħelicopter bejn Malta u Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta waqaf jopera s-servizz tal-helicopter bejn Malta u Għawdex? X'sar s'issa mill-Gvern minn dak inhar 'l hawn biex jerġa' jkun hemm servizz ta' l-ajru bejn Malta u Għawdex? Meta l-aħħar li saru diskussjonijiet/ konsultazzjonijiet mal-Gozo Toursim Association u mal-Gozo Business Chamber dwar dan is-servizz?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz tal-Helicopter bejn Malta u Ghawdex waqaf f'Ottubru 2006. Minn dakinhar 'l hawn saru laqghat ma kumpaniji li wrew interess li jhaddmu dan is-servizz. Kif dejjem gara l-Gozo Tourism Association u l-Gozo Business Chamber kienu nfurmati kull meta kien hemm xi zvilupp f'dan ir-rigward.