Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-ħsarat fl-apparat reġistrat lid-Dipartiment tas-Saħħa miċ-ċentri tas-saħħa f'Malta?
Kemm minn dan l-apparat ġie rranġat u kemm minnu huwa maħsub li jinxtara ġdid fix-xhur li ġejjin?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies li attwalment qed jiskontaw piena ta' għomorhom il-ħabs u kemm minn dawn il-kawżi għadhom sub judice quddiem il-Qorti ta' l-Appell?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm priġunieri miżmuma fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin taħt arrest preventiv? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn il-priġunieri huma ta' nisel barrani u jagħti d-dettalji tagħhom?
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa d-dejn li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għandu ma' l-Enemalta u WSC?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili m' għandu ebda dejn mal-entitajiet imsemmija mill-Onorevoli Interpellant. Hemm kont partikolari maħruġ fir-rigward tal-Fire Stationtax-Xemxija. Peress li qed jiġi kkontestat billi jidher li huwa żbaljat.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm il-bord u l-awtorita' kellhom il-membri mibdula jew konfermati? Min huma l-membri ta' kull bord? Min minnhom servew f'bordijiet oħra qabel u x'inhi r-remunerazzjoni ta' kull membru f'kull bord?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm CEOs, bordijiet u awtoritajiet mal-Gvern? Min huma u x'inhi r-remunerazzjoni u perks ta' kull CEO? Meta ħadu l-appointments u għal kemm tul ta' żmien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant li t-tabella mehmuża turi l-informazzjoni rigward CEO’s fuq bordijiet, awtoritajiet u units fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Rigward informazzjoni relatata ma’ bordijiet li jaqgħu taħt ministeri oħra, nitlob lill-Onorevoli Interpellant ipoġġi l-mistoqsija lill-Ministri konċernati.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlametari 1091 li saret lill-Ministru tal-Finanzi,l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet rriferuta lilu u jgħid kemm mill-budget allokat għat-toroq ġodda u għal irranġar ta' toroq għas-sena 2008 ġew komessi? Kemm tħallsu u x'baqa' x'jitħallas? Kemm hemm penalitajiet għal xogħol li sar ħażin jew tard?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ mal-Housing Authority tal-persuna, li isimha qed jidher separatament, biex tieħu sussidju biex tirranġa dar li tinsab fi stat perikoluż? Is-sinjura qiegħda tistenna risposta mal-Housing Authority biex fis-sajf tibda x-xogħol.
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-Awtorita’ tad-Djar ipproċessat l-applikazzjoni tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant u li din ġiet infurmata bl-ammont ta’ sussidju li se tkun intitolata għalih.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu tfal ġo postijiet ta' divertiment is-sena l-oħra u din is-sena? Jekk inqabdu, fejn?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena l-ohra kien hemm 29 persuna taht is-sittax-il sena li nstabu mill-Pulizija gewwa postijiet ta’ divertiment filwaqt li matul din is-sena kien hemm 47. Dawn kienu San Giljan u Wied il-Ghajn
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jwettqu atti indiċenti fil-pubbliku s-sena l-oħra u din is-sena? Fejn sar ir-reat?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena l-ohra, kien hemm 106 persuna nqabdu jwettqu atti immorali fil-pubbliku filwaqt li matul din is-sena kien hemm 22, f’diversi lokalitajiet fosthom Valletta, Floriana, Fgura, M’scala, Zurrieq, Qormi, Sliema, San Giljan, Mosta, San Pawl il-Bahar, Hamrun, St Venera, Ta’ Xbiex, Gzira, Msida, Zejtun, Delimara, B’bugia, Hal Far, Marsa, Gnejna, u Ghawdex”.
Jista’ l-Ministru jgħid min kien l-Imħallef li jippresjedi l-Qorti ta' l-Appelli Kriminali Inferjuri f'Għawdex matul is-snin 2005, 2006 u 2007? Jista’ jagħti wkoll statistika ta’ kemm ġew interposti Appelli Inferjuri Kriminali f’dawn is-snin u kemm minnhom ġew deċiżi sena b’sena?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li l-Imħallef li kien jippresedi l-Qorti ta’ l-Appell Inferjuri f’Għawdex matul is-snin 2005, 2006 u 2007 kien u għadu is-Sinjorija Tiegħu l-Onor. Prim Imħallef Vincent deGaetano.
L-istatistika mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif tidher hawn taħt:-
Introdotti
Deċiżi
2005
29
41
2006
37
31
2007
94*
24
Total
160
96
*
jinkludu 57 appell identiku (u ċioe’
bl-istess akkuża iżda fi żminijiet differenti) kontra l-istess imputat. Għalhekk fil-prattika dawn il-57 appell ġew trattati bħala każ wieħed.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew interposti kawżi ċivili:
a. fil-Qorti tal-maġistrati (Għawdex Sede Inferjuri)
b. quddiem il-Qorti tal-Maġistrati Ghawdex (superjuri) fis-snin 2005, 2006 u 2007?
Jista’jgħid min kienu l-Maġistrati li ġew lilhom assenjati dawn il-każi u jagħti statistika ta’ kemm qatgħu kawżi dawn id-diversi Maġistrati?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed impoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew miftuħa inkjesti fis-snin 2004, 2005, 2006 u 2007 quddiem il-Qorti tal-Magistrati (Ghawdex) bħala Qorti Istruttorja?
Jista’ jagħti statistika lil min ġew assenjati kwa maġistrati dawn l-inkjesti u jgħid kemm minnhom ġew konklużi maġistrat b’maġistrat?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qegħdha titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l-istudenti ta' l-MCAST li qed jagħmlu xogħol fis-Sajf ma jitħallsux bħal studenti oħra tal-Junior College u l-Universita'? Kemm hemm studenti ta' l-MCAST li qed jagħmlu xogħol fis-sajf? Kull student fl-MCAST huwa obbligat li jagħmel xi tip ta' xogħol fis-sajf? Jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni għal dan u kif isir l-assessment tax-xogħol li jkunu għamlu għall-fini tal-kors li jkunu qed isegwu fl-MCAST?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li:
1. Mhux l-istudenti kollha li jattendu l-MCAST huma obbligati jagħmlu xogħol fis-sajf. Huma biss l-istudenti li jinsabu fi tmiem ta’ l-ewwel sena ta’ l-Apprendistat li jikkwalifikaw għal perjodu ta’ Osservazzjoni fis-Sajf (Summer Observation Period) bi ħlas ta’ €232.94 fix-xahar. Xi studenti oħra li m’humiex fuq skema ta’ Apprendistat jingħataw l-opportunita’ biex jieħdu esperjenza ta’ xogħol minn meta jispiċċaw f’Ġunju (Summer Placement). Dawn jitħallsu bir-rata ta’ €4.193 għal kull jum ta’ xogħol. Il-perjodu mhux soltu jaqbeż it-tlett ġimgħat.
2. In-numru ta’ studenti fuq dawn iż-żewġ skemi fis-Sajf ta’ l-2007 kien hekk:
(a) Perjodu ta’ osservazzjoni fis-Sajf – 318
(b) Summer Placement – 177
3. Kif spjegat aktar il-fuq, mhux kull student fl-MCAST huwa obbligat li jagħmel perjodu ta’ xogħol fis-Sajf.
4. Fiż-żewġ każi msemmija hawn fuq, jiġifieri dak tas-Summer Placement u dak tas-Summer Observation Period, in-natura tax-xogħol huwa wieħed ta’ osservazzjoni u li m’huwiex parti integrali mill-assessment. Għaldaqstant matul dan il-perjodu ma jsir l-ebda assessjar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn immigranti llegali jgħixu ġo open centres illum? Kemm nefaq id-dipartiment is-sena l-oħra għaż-żamma tagħhom? Kif intnefqu l-flus?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministeru konċernat.