Legislature:
Category:
Reset
Active:

Shooting Federation

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 231 u 892, tista' l-Ministru twieġeb fejn waslu dawn id-diskussjonijiet minħabba li din hija materja urġenti minħabba mpenji internazzjonali li x-Shooting Federation ġiet fdata bihom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li d-dikussjonijiet għadhom għaddejjin.

Boroż tad-Demm

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il borża demm intużat fl-isptarijiet Maltin u Għawdxin matul is-sena 2007? Kemm-il borża demm inġabret mill-bank tad-demm matul l-istess sena? Kien hemm xi perijodi fejn kellu jinxtara demm minn barra l-pajjiż minħabba n-nuqqas tiegħu f'Malta?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2007 tqassmu 13,518 borza demm lill-isptarijiet pubblici u privati f’Malta u f’Għawdex. Matul l-istess perjodu inġabru 14,125 boroż tad-demm. Qatt ma kien hemm il-ħtieġa li jinġieb demm minn barra.

Trapjanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il trapjant ta' organi saru matul is-sena 2007? Fuq liema organi saru t-trapjanti? Kemm hemm nies li qed jistennew trapjant organu b'organu? Matul is-sena 2007 ġew impurtati organi minn barra ħalli jintużaw fuq pażjenti Maltin? Kemm minn dawn it-trapjanti kienu donaturi Maltin li tawhom l-organi?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li matul l-2007 saru 7 trapjanti tal-kliewi, 10 trapjanti tal-cornea u trapjanti tal-qalb. Bħalissa hemm 80 persuna jistennew trapjanti tal-kliewi. 3 persuni jistennew trapjanti tal-qalb u 25 persuna jistennew trapjanti tal-cornea. Id-donaturi kienu kollha Maltin u ma ġew l-ebda organi minn barra minn Malta.

Roti b'mutur

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-gvern dwar roti li qed jitwaħħlilhom mutur fuqhom? Hemm xi awtorita' li tara li dawn ir-roti b'mutur humiex safe għal min ikun qed isuqhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-vetturi li għalihom qed jitlob informazzjoni l-Onor Interpellant huma koperti mir-Regolamenti dwar ċikletti bil-pedali u muturi b'qawwa baxxa (A.L. 129 ta' l-2004)

Importazzjoni ta' Muturi — Dazju

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk ir-riforma tad-dazju fuq l-importazzjoni tinkludix ukoll riforma tad-dazju ta' l-importazzjoni fuq muturi b'żewġ u b'erba' roti? Din tinkludi wkoll muturi u magni li jintużaw fuq il-baħar minn dgħajjes, laneċ u speed boats?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #1456 Sitting 30 2008-07-08 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuni jirreġistraw għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni, skond il-kategorija ta' l-ETC li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol f'kull waħda mill-ibliet/rħula tas-7,11 u 12-il distrett elettorali?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sirens Water Polo Club — Kumpens

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk hux possibli li s-Sirens Water Polo Club jingħata xi forma ta' kumpens bħala parti mill-ħlas biex tissewwa l-ħsara fil-pitch u l-madwar, wara l-maltemp ta' xi xhur ilu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Kunsill Malti għall-iSport għandu talba għall-għajnuna mill-imsemmi klabb li saret wara li ġew diskussi u deċiżi t-talbiet għall-assistenza skond l-iskema tal-Kunsill Malti għall-iSport għas-sena 2008. Din it-talba ser tkun diskussa f’laqgħa tal-Bord tad-Diretturi flimkien ma’ talbiet oħra urġenti li daħlu f’din is-sena.
Leg 11 PQ #1460 Sitting 30 2008-07-08 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Industrial Areas — Permessi

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslu l-applikazzjonijiet għall-ħruġ ta' permessi għall-bini ta' industrial areas lokali fuq art tal-gvern bħal fil-każ tal-Mellieħa? Meta hu mistenni li jinħarġu l-permessi għal dan ix-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità għandha żewġ applikazzjonijiet ssottometti mill-gvern, fuq art tal-gvern, ta' bini ta' industrial areas magħrufa aħjar bħala SME's. Dawn huma tal-Mellieħa u tax-Xewkija. Fil-każ tal-Mellieħa l-Awtorità għaddeja konsultazzjonijiet ma’ l-Enemalta u ma’ l-Awtorità tat-Trasport. Hu mistenni li jekk ma jkunx hemm ħtieġa ta’ aktar konsultazzjonijiet jew bdil fil-pjanti, r-rakkomandazzjoni mid-direttorat toħroġ fiż żmien xahar minn meta l-perit ta' l-applikazzjoni jagħti l-informazzjoni kollha mitluba mill-awtorità. Għar-rigward tax-Xewkija, id-direttorat qed tistenna lill-perit jissotometti dokumenti mitluba xi żmien ilu biex tkompli għadejja bil-proċess ta' l-applikazzjoni.
Leg 11 PQ #1461 Sitting 30 2008-07-08 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Marfa Action Plan

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal ix-xogħol tal-Marfa Action Plan li kienet qed taħdem fuqu l-MEPA? Meta ġie ppublikat l-ewwel draft ta' dan il-pjan u x'ġara fuqu matul iż-żmien sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Public Consultation Draft tal-Marfa Action Plan ġie ppubblikat għal konsultazzjoni pubblika f'Ġunju ta’ l-2002. L-Awtorità rċeviet 23 sottomissjoni mill-pubbliku li ġew analizzati u ġew ifformolati proposti għar-reviżjoni tal-Pjan rigward ħarsien ta' art agrikola u art saqwija, żvilupp turistiku, żvilupp għal camping u għal caravans, ħarsien tal-wirt storiku u żvilupp ta' kmamar viċin il-baħar (beachrooms). Dawn ir-reviżjonijiet jinvolvu konsultazzjoni u diskussjoni kemm interni fi ħdan il-MEPA kif ukoll ma’ diversi dipartimenti u aġenziji tal-Gvern li għadhom ma ġewx konklużi. Kif jiġu solvuti d-diversi punti li għadhom pendenti, l-Pjan jiġi approvat mill-Bord u mbagħad jintbagħat għall-approvazzjoni tal-Prim Ministru.

Xemxija — Karozzi tal-Linja

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi żviluppi dwar it-talba li għamilt xi ġimgħat ilu biex f'ħinijet partikolari tal-ġurnata jkun hemm karozzi tal-linja li jitilqu minn ħdejn il-Knisja tal-Kapuċċini fix-Xemxija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta qiegħda tiddiskuti ma' l-Assoċċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku sabiex ikun hemm servizz li jitlaq mix-Xemxija għall-Belt Valletta fil-ħinijiet li jirriżulta li teżisti domanda. Dawn id-diskussjonijiet huma mistennija li jiġu konklużi fil-jiem li ġejjin.

Baħrija — Sistemi ta' Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx il-ħsieb li s-sistema tad-drenaġġ fil-Baħrija tkun komunikata mal-mains jew li ssir waħda self sufficient fis-sens li jkun hemm xi forma ta' purifikazzjoni ta' l-imsemmi drenaġġ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni qed taħdem fuq pjan biex tinstalla impjant żgħir ta' trattament tad-drenaġġ fil-Baħrija stess. Dan kif ħabbart fid-diskors tiegħi dwar l-estimi tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.

Income tax — Tibdil fil-bands

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-pjani tal-Gvern dwar it-tibdil fil-bands ta' l-income tax għadhom dawk imħabbra mill-Prim Ministru f'intervista ma' "The Malta Independent on Sunday" fit-30 ta' Marzu, 2008 u f'intervista mal-magazine The Commercial Courier ta' April-Mejju 2008, u ċioe' li din il-miżura tibda titwettaq sa mill-budget għas-sena d-dieħla 2009? Jekk kien hemm tibdil fil-pjani tal-Gvern, jista' l-Ministru jħabbar target date ġdida meta se jidħol fis-seħħ it-tibdil fil-bands ta' l-income tax?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 950.

L-aħħar sena primarja — Junior Lyceum

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm studenti se jispċċaw l-aħħar sena primarja, skola skola u maqsumin fi bniet u subien? Kemm minnhom resqu biex jagħmlu l-eżami tal-Junior Lyceum skola skola u maqsumin fi bniet u subien?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kulleġġ San Benedittu — Annual Exams

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk fil-Kulleġġ San Benedittu sarux jew le l-annual exams tal-foundation classes? Jekk dawn ma sarux, għaliex u min huwa responsabbli għal dan? Kif ġew milquta dawn l-istudenti u kif se jsir il-kejl biex jinqasmu l-klassijiet fis-sena skolastika li jmiss?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-foundation classes ma jkollhomx annual exams imma school-based tests. L-amministrazzjoni ta’ l-iskola għamlet dak li setgħet biex dawn iseħħu. Finalment dan ma setgħax isir minħabba direttiva ta’ l-MUT. Minflok saru class-based tests mill-għalliema ta’ dawn il-klassijiet.

Fondazzjoni ta' l-Iskejjel t'Għada

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada hux se tiġi amalgamata jew tifforma parti minn wieħed mid-Direttorat ta' l-Edukazzjoni ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ma hemm l-ebda ħsieb li l-Fondazzjoni ta’ l-Iskejjel t’Għada tiġi amalgamata jew tifforma parti minn ma’ wieħed miż-żewġ Direttorati ta’ l-Edukazzjoni.

Bżar ikkulurit — Produzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-bżar ikkulurit mis-serer reġistrata f'Malta u Għawdex matul l-ewwel ħames xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għas-sena 2003 u 2004 separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-informazzjoni mitluba ma tinżammx.

Qarabagħli mis-serer — Produzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni ta' qarabagħli mis-serer reġistrata f'Malta u Għawdex matul l-ewwel ħames xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għas-sena 2003 u 2004 separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-informazzjoni mitluba ma tinżammx.

Produzzjoni tad-dulliegħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tad-dulliegħ reġistrata f'Malta u Għawdex matul l-ewwel ħames xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għas-sena 2003 u 2004 separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-produzzjoni tad-dulliegħ reġistrata f'Malta u Għawdex kienet kif ġej: Jannar – Mejju 2008 95,814 Kilo Jannar – Mejju 2003 20,150 Kilo Jannar – Mejju 2004 50,406 Kilo

Produzzjoni tal-bettieħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-bettieħ reġistrata f'Malta u Għawdex matul l-ewwel ħames xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għas-sena 2003 u 2004 separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-produzzjoni tal-bettieħ reġistrata f'Malta u Għawdex kienet kif ġej: Jannar – Mejju 2008 176,174 Kilo Jannar – Mejju 2003 28,155 Kilo Jannar – Mejju 2004 124,213 Kilo

Animal waste

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija f'ċifra ta' flus l-ispiża fuq kull tunellata animal waste li tiġi nsinerata fl-inċineratur il-ġdid tal-biċċerija tal-Marsa fil-preżent?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-inċineratur għadu fil-fażi tal-commissioning u għaldaqstant l-ispiża ta’ l-operat at full capacity għadha ma ntlaħqitx.