Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dipartiment tal-Finanzi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1360 u 310 u jgħid kemm hija ċ-ċifra ta' flus globali pendenti li d-Dipartiment tal-Finanzi għandu jħallas fuq kuntratti tax-xogħlijiet approvati mill-Istat sal-lum? Jista' jgħarrafni bil-breakdown ta' din iċ-ċifra bħal per eżempju, xogħlijiet fuq toroq, affarijiet mediċi, apparat, eċċ?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kawżi ta' separazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena mis-sena 2000 sal-2007, kemm ġew ippreżentati kawżi ta' separazzjoni quddiem l-Qrati? Kemm minnhom ġew deċiżi kull sena u kemm ġew irtirati? Jista' jagħti wkoll in-numru ta' kawżi li ġew ippreżentati fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

L-inforamazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qegħdha fuq il-mejda tal-Kamra.

Studenti li ngħataw permess jitilqu mill-iskola

Question

Tista' l-Ministru tgħid matul din is-sena skolastika li għadha kemm intemmet kemm kien hemm studenti li ngħataw permess jitilqu mill-iskola qabel għalqu s-sittax-il sena? Kemm kienu subien u kemm bniet? X'kienu r-raġunijiet prinċipali? Kemm kienu jattendu skejjel tal-gvern, tal-knisja u dawk indipendenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 1426.

Supply teachers

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm vakanzi ta' għalliema mal-Gvern bħalissa? F'liema suġġetti u f'liema livell? Tista' tgħid ukoll kemm hemm il-ħsieb li jiġu mpjegati supply teachers għas-sena skolastika li jmiss u f'liema suġġetti u livelli?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Informata li bħalissa il-vakanzi ta’ l-għalliema fl-iskejjel tal-Gvern huma skond it-tabella li ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Dan għaliex l-impjieg ta’ Supply Teachers jiġi terminat fi tmiem is-sena skolastika. Mhux possibli li jingħata tagħrif dwar kemm se jiġu mpjegati Supply Teachers għas-sena skolastika li jmiss. Dan minħabba l-fatt li wieħed irid jistenna r-riżultati ta’ l-għalliema ġodda u ċ-ċaqlieq li jsir internament ta’ għalliema li jiġu maħtura Assistenti Kapijiet kif ukoll ir-rikjesti li jkun hemm minn għalliema biex jiedu l- Parental Leave .

Għalliema b'temporary warrant

Question

Tista' l-Ministru tgħid fl-iskejjel tal-Gvern, tal-Knisja u dawk indipendenti separatament kemm hemm għalliema li għandhom temporary warrant? Tinżamm statistika ta' liema suġġetti qed jgħallmu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Informata li fil-preżent hemm 151 għalliem fl-iskejjel tal-Gvern u 123 għalliem fl-iskejjel tal-Knisja u 98 fl-iskejjel indipendenti li għandhom warrant temporanju. Tabella bid-dettalji ta’ liema suġġetti qed jgħallmu ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tipjip f'postijiet ta' Divertiment

Question

Wara li dehru diversi ittri fil-gazzetti f'dawn l-aħħar ġimgħat fejn ilmentaw mill-fatt li qed isir tipjip f'diversi postijiet ta' divertiment bħalma huma bars, night clubs, ristoranti, etc, jista' l-Ministru jordna li jsiru aktar spezzjonijiet spissi biex il-liġi tiġi rispettata? Jista' jgħid kemm inqabdu jpejpu f'dawn il-postijiet fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena u f'liema lokalitajiet kienu? Ittieħdu passi kontra s-sidien ta' dawn il-postijiet tad-divertiment?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab konvint li l-Pulizija ga qed taghmel il-parti taghha sabiex trazzan dan l-abbuz. Fil-fatt, ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena kien hemm 1,081 li nqabdu mill-pulizija jpejpu f’bars, ristoranti, jew nightclubs f’diversi lokalitajiet. Minn l-investigazzjonijiet li saru ma rrizultax li kien hemm kazi fejn kien hemm xi ksur tar-regolamenti da parti tas-sidien ta’ dawn l-istabbilimenti”.

Pixxina Nazzjonali tal-Qroqq — Fuel

Question

Tista' l-Ministru tgħid fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena finanzjarja kemm intnefaq fuq fuel li jintuża biex tissaħħan il-pixxina nazzjonali f'Tal-Qroqq? Liema kumpannija tissuplixxi l-fuel? Meta ngħata l-kuntratt?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li n-nefqa fuq fuel li jintuża biex tissaħħan il-pixxina nazzjonali f’Tal-Qroqq fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena jammonta għal EUR 184,480. Il-kumpanija li tissupplixxi l-fuel hija Falzon Services Station Limited u l-kuntratt ingħata fit-2 ta’ Marzu 2007.
Leg 11 PQ #1779 Sitting 31 2008-07-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta' Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm impjegati skond il-grad tagħhom li kellhom shift allowance fl-isptar Ġenerali ta' Għawdex fl-aħħar ta' l-2007 u fl-aħħar ta' Marzu 2008? Kemm ħaddiema, xahar b'xahar mill-ewwel ta' Jannar 2007 'l hawn, li kellhom allowance mill-ministeru tagħha ma baqgħux jieħdu allowance mill-ministeru għax irtiraw jew għax ġew trasferiti għal xi ministeru ieħor?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ghadha qed tingabar u risposta tinghata f'xi seduta ohra.
Leg 11 PQ #1780 Sitting 31 2008-07-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'kien it-total ta' ħaddiema full-time, part-time, casual, eċċ rispettivament fl-aħħar ta' l-2007 u fl-aħħar ta' Marzu, 2008 fil-Ministeru tagħha? Kemm kienu kull xahar minn Jannar 2007 sa l-aħħar ta' Marzu 2008 li ġew trasferiti minn Malta għall-ministeru tagħha? Xi gradi huma? X'xogħol ngħataw u f'liema fergħat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress li l-informazzjoni mitluba ghadha qed tingaber, risposta tinghata f'xi seduta ohra.
Leg 11 PQ #1781 Sitting 31 2008-07-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Biċċerija ta' Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta ħarġet l-aħħar offerta għall-provvista, installazzjoni, ittestjar u kummissjonar ta' apparat u servizzi anċillari tal-Biċċerija ta' Għawdex? Fhiex waslet il-proċedura dwar din l-offerta? Kemm kienu ħarġu offerti oħra qabel u meta kienu ħarġu? Għaliex f'kull każ ma ntagħżel l-ebda offerent?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-aħħar offerta għall-Provista, Installazzjoni, Ittestjar u Kummissjonar ta’ Apparat u Servizzi Anċillari tal-Biċċerija ta’ Għawdex ġiet ippubblikata fis-26 ta’ Ottubru 2007 u għalqet fit-18 ta’ Diċembru 2007 u li l-agudikazzjoni teknika dalwaqt tkun lesta. Jiena infurmata ukoll li qabel din l-offerta, kienet ħarġet oħra għall-istess suġġett fit-22 ta’ Marzu 2005 u għalqet fis-17 ta’ Mejju 2005 u li din l-offerta ma ngħatatx minħabba li l-ebda sottomissjoni ma kienet skond l-ispeċifikazzjonijiet ta’ l-offerta
Leg 11 PQ #1782 Sitting 31 2008-07-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Banek

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu d-depożiti fil-banek u s-self mill-banek f'Għawdex fl-aħħar ta' Diċembru 2007 u fl-aħħar ta' Marzu ta' din is-sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jaghmel il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.

Għawdex — Depożiti/Self mill-banek

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu d-depożiti fil-banek u s-self mill-banek f'Għawdex fl-aħħar ta' Diċembru 2007 u fl-aħħar ta' Marzu ta' din is-sena? Kemm kien hemm kontijiet ta' depożitu u ta' self rispettivament?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #1786 Sitting 31 2008-07-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Irmiġġ ta' cruiseliners

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'faċilitajiet huma maħsub li jsiru f'Għawdex għall-irmiġġ ta' cruiseliners? X'sar s'issa biex jinħolqu danw il-faċilitajiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghar-risposta ghal-mistoqsija Nru. 149 li nghatat f'seduta Nru. 6 tal-20 ta' Mejju tal 2008.
Leg 11 PQ #1806 Sitting 31 2008-07-09 Oral · Interim From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Proprjeta'

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid xi trasferiment ta' proprjetà tal-Gvern saret lill-kunsilli lokali? Xi proprjetà ngħatat? X'kien l-użu tagħha (jekk fil-fatt kienet qed tiġi użata)? Lil liema kunsill lokali ngħatat u meta ngħatatlu? Hemm xi ħlas fuqha u għalxiex qed tintuża llum? Hemm xi talbiet għal xi trasferiment ta' proprjetà oħra? Xi proprjetà qed jitolbu? Liema huma dawn il-kunsilli lokali? Meta hemm il-ħsieb li jsir dan it-trasferiment? Il-kunsilli lokali li qed jitolbu tali proprjetà għalxiex se juzawha? Min-naħa tiegħu, il-Gvern għandu xi ħsieb li jittrasferixxi proprjetà tiegħu mhux użata jew mhux użata tajjeb lil xi kunsill lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Użu ta' enerġija nukleari

Question

Jista' l-Ministrujwieġeb mistoqsija parmalentari 1477 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura,Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jikkonferma li l-Gvern qed jikkonsidra l-użu ta' enerġija nukleari? Xi pjani għandu l-Gvern dwar dan? Jista' jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra r-rapport li sar riċentement proprju dwar dan il-punt?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru li l-Gvern mhux jikkonsidra l-użu ta' enerġija nukleari. Pajjiżna qed jikkunsidra iżda, li jkollu interconnection mal-grid ewropea sabiex ikun jista jixtri/ibiegħ enerġija. Nitlob lill-Onor Membru li jispeċifika għal liema rapport qed jirreferi.
Leg 11 PQ #1809 Sitting 31 2008-07-09 Oral · Interim From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Amministrazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema kunsilli lokali ngħataw jew għandhom id-delega ta' amministrazzjoni, tmexxija jew ħarsien tal-librerija pubblika lokali jew regjonali? Meta kull kunsill lokali ingħata din id-delega? Hemm xi talbiet pendenti? Xi progress sar fejn ingħatat id-delega u x'inhi l-policy tal-Gvern f'dan ir-rigward?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #1812 Sitting 31 2008-07-09 Oral · Interim From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Allokazzjoni finanzjarja

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet, sena b'sena, l-allokazzjoni finanzjarja diretta u indiretta li ngħata kull kunsill lokali mit-twaqqif tagħhom 'il hawn? Hemm il-ħsieb li jinbidel il-mod ta' kif tinħadem l-allokazzjoni? Jekk fl-affermattiv, kif se tinħadem u minn meta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #1815 Sitting 31 2008-07-09 Oral · Interim From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Elezzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid mit-twaqqif tagħhom 'l hawn kemm-il elezzjoni saret għall-kunsilli lokali? Meta saret kull elezzjoni? Kemm-il kandidat ikkontesta kull elezzjoni? Kemm minnhom kienu rġiel u kemm nisa? Kemm kellu kandidati kull partit f'kull elezzjoni? Kemm kienu eletti kandidati f'kull elezzjoni u f'isem min kienu eletti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #1819 Sitting 31 2008-07-09 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tour agencies — Ħlas addizzjonali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1483 u jiddikjara jekk il-Gvern huwiex edatt mill-fatt li hemm tour agencies lokali li qegħdin jitolbu ħlas addizzjonali għas-surcharge u mbagħad meta l-konsumatur jiċċekkjaw ma' l-Airmalta jiġi ndikat lilu li din mhijiex ġejja mill-Airmalta? X'se jagħmel il-Gvern biex din il-prassi ma taqbadx art fost l-operaturi fis-settur?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni tissorvelja r-reklami li jiġu ppubblikati fil-gazzetti lokali rigward ivjaġġar. Fl-eżerċizzju ta’ din is-sorveljanza d-Diviżjoni diġà infurmat lill-operaturi ta’ dan is-settur biex jindikaw il-prezz totali li għandu jinkludi t-taxxi kollha u spejjeż kollha relattivi. Dan l-eżerċizzju għadu għaddej u nħarġu xi twissijiet lil xi kumpaniji biex jirregolarizzaw xi reklami. Fir-rigward ta’ pakketti ta’ l-ivjaġġar, kemm-il darba jiġi stipulat fil-kuntratt li l-prezz jista’ jiġi modifikat minħabba, fost affarijiet oħra hemm indikati, żieda fil- fuel costs , dan jista’ jsir sa għoxrin (20) ġurnata qabel it-tluq. F’dan ir-rigward id-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni ġieli rċeviet xi ilmenti. Kemm-il darba dan is- surcharge mitlub mill-aġent ikun aktar milli xieraq, wara konferma mal-linja ta’ l-ajru konċernata, il-konsumatur jista’ jressaq l-ilment tiegħu lid-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni. Sakemm saret din it-tweġiba jirriżulta li d-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni rreġistrat ilment wieħed li jista’ jiġi kklassifikat taħt il-prattika kummerċjali li għaliha tirriferi din il-mistoqsija parlamentari, liema ilment qiegħed jiġi investigat. Din il-prattika kummerċjali tista’ tiġi identifikata biss wara li l-konsumatur iressaq l-ilment tiegħu lid-Diviżjoni u għalhekk huwa essenzjali li l-konsumatur iressaq l-ilment tiegħu lid-Diviżjoni.

Lukanda Jerma Palace — Art

Question

Stante li r-risposta għall-mistoqsija parlamentari 947 ma tweġibx d-domanda 1359, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1359, 1202 u cioe': (a) Min hu s-sid ta' l-art privata li fuqha nbniet il-Lukanda Jerma Palace? (b) Jekk l-awtur tas-sid ta' l-art privata li fuqha nbniet il-Lukanda Jerma Palace kien il-gvern ta' Malta u b'liema titolu dan is-sid akkwta l-art de quo? (c) Jekk kienx hemm kondizzjonijiet fil-kuntratt tat-trasferiment li bih is-sid ta' l-art privata li fuqha eventwalment inbniet il-Lukanda Jerma Palace akkwista l-art de quo, u jekk iva, x'kienu? (d) Dwar l-art esproprijata li fuqha nbniet parti mil-lukanda u li għadha tal-Gvern, xi proċeduri se jintużaw biex isir l-eventwali trasferiment?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 947.