Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kampjuni ta' Ilma Baħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm attwalment ittieħdu kampjuni ta' ilma baħar matul is-sajf tas-sena 2007 sabiex jiġi verifikat li bajja tkun tajba għall-għawm? Minn liema postijiet ittieħdu dawn il-kampjuni? Kemm kienu fil-volum il-kampjuni li ttieħdu?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat illi d-Dipartiment għal Saħħa Ambjentali f’ħdan id-Diviżjoni tas-Saħħa jesegwixxi programm ta’ monitoraġġ għal kwalita’ ta’ ilma baħar tul l-istaġun uffiċċjali ta’ l-għawm jiġifieri bejn it-tielet ġimgħa ta’ Mejju sat-tielet ġimgħa ta’ Ottubru skond il-providimenti tad-direttiva ta’ l-Unjoni Ewropea 76/160/KEE. Kampjuni ta’ l-ilma baħar jinġabru kull ġimgħa tul it-23 ġimgħa ta’ l-istaġun uffiċjali minn 87 sit madwar Malta, Għawdex u Kemmuna li lista tagħhom ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Din il-frekwenża hija d-doppju ta’ dik rikjesta’ mill-istess direttiva. Matul is-sajf tas-sena 2007 ittieħdu 1,924 kampjun u saru 4,439 analisi għal tlett parametri mikrobioloġiċi. Barra minn hekk matul l-istess perjodu ttieħdu 176 kampjun ieħor meta dan id-dipartiment ħareġ xi avviż biex ma’ isirx għawm f’ xi bajja partikolari jew biex jivverifika jekk kienx hemm possibilita’ ta’ nuqqas fil-kwalita’ ta’ l-ilma baħar li fuqhom saru 422 analisi. Rendikont ta’ dawn il-kampjuni ġimgħa b’ġimgħa tista’ tinstab fuq is-sit eletroniku tat-Taqsima tas-Saħħa Ambjentali fuq http://www.sahha.gov.mt/pages.aspx?page=1077 Kull kampjun jittieħed f’kontenitur sterilizzat b’volum ta’ 250 millilitru.

Opri tal-Baħar — Liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn nies li għandhom liċenzja tas-sewqan ta' opri tal-baħar f'Malta u Għawdex? Jista' jgħid jekk huwiex il-każ li qabel ma ssuq opra tal-baħar trid tagħmel xi taħriġ speċjali? Jekk iva, kemm hawn li għandhom dan it-taħriġ? Kemm hawn propjetarji ta' opri ta' baħar li m'għandhom l-ebda taħriġ uffiċjali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru ta` liċenzji maħruġa mill-Awtorita` Marittima huwa ta` 5870. Minn dan l-ammont, madwar 420 liċenzja ġew investigati mill-Pulizija rigward il-validita` tagħhom. S’issa 215-il persuna ġew misjuba ħatja u għaldaqstant kellhom il-liċenzja sospiża. Liċenzja nawtika hija meħtieġa għal min isuq opra tal-baħar b’magna ta` 100HP jew iktar. Dan hu stipulat fir-Regolamenti ta` Bastimenti Żgħar (Avviż Legali 129 ta` l-2001). Din il-liċenzja tinħareġ mill-Awtorita` Marittima wara li wieħed ikun temm b’suċċess taħriġ f’ Basic Seamanship organizzat mill-Istitut Marittimu ta` l-MCAST. Minħabba li liċenzja nawtika hija meħtieġa biss skond il-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq, l-Awtorita` Marittima m’għandiex informazzjoni ta` kemm hawn propjetarji ta` opri tal-baħar li m’għandomx taħriġ marittimu u lanqas ta` kemm hawn individwi li għandhom dan it-tip ta` taħriġ iżda qatt ma applikaw għal licenzja nawtika.

Opri tal-Baħar rreġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn opri tal-baħar reġistrati f'Malta u Għawdex? Kemm minnhom huma reġistrati sports u kemm minnhom reġistrati għas-sajd full time jew part time? Kemm hawn nies li għandhom liċenżja għall-opra tal-baħar sports u li għandhom taħriġ speċjali biex isuqu din l-opra? Kemm hawn sewwieqa ta' dawn l-opri li l-Awtorita Marittima ma tafx jekk għandhomx taħriġ jew le?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-opri tal-baħar reġistrati ma’ l-Awtorita` Marittima huwa kif ġej: Dgħajjes reġistrati ma’ l- Small Ships Register sal-lum 15,845 Pleasure yachts reġistrati taħt l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili sa l-aħħar ta` Mejju 2008 2,202 Dgħajjes tas-sajd reġistrati taħt l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili sa l-aħħar ta` Mejju 2008 775 Il-mistoqsija rigward id-dgħajjes kollha tas-sajd u l-klassifikazzjoni tagħhom ( full-time, part-time etc) għandha tiġi riferuta lill-Ministeru konċernat. Rigward il-kumplament tal-mistoqsija nirreferi lill-Onoroveli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 1600.

Qorti tal-Maġistrati — Inkjesti pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid lil min ġew assenjati l-inkjesti li kienu għadhom pendenti f'Għawdex u kundotti mill-Magistrati Carrol Peralta, Dennis Montebello u Tonio Micallef Trigona? F’dan is-sens jista’ jgħid kemm kien hemm inkjesti pendenti maġistrat b’maġistrat u kemm ġew konklużi minnhom illum maġistrat b’maġistrat?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

L-inkjesti li kienu ghadhom pendenti quddiem il-Magistrat Carol Peralta u l-Magistrat Dennis Montebello inqassmu wgalment bejn il-Magistrat Paul Coppini u l-Magistrat Anthony Ellul ricentement u ghadhom ma gewx konkluzi. Dwar il-Magistrat Tonio Micallef Trigona, l-inkjesti li kienu assenjati lilu meta kien ghadu Magistrat Ghawdex dan ghadu qed jaghmilhom hu u ghadhom ma gewx konluzi. L-ammont ta’ inkjesti pendenti mill-Magistrat Tonio Micallef Trigona huwa ta' 41.

Qrati t'Għawdex — Kawżi ċivili

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew konklużi kawżi ċivili kemm ta’ kompetenza inferjuri kif ukoll superjuri fil-Qrati t’Għawdex maġistrat b’maġistrat u jagħti dettalji għas-snin 2004, 2005, 2006 u 2007?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fuq il-mejda tal-Kamra.

Ċentru ta' l-Arbitraġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew riferuti każi għaċ-Ċentru ta’ l-Arbitragg (u jindika dawk furzati u dawk volontarji) minn Għawdex matul is-snin 2004, 2005, 2006 u 2007?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li matul is-snin 2004, 2005, 2006 u 2007, tressqu 91 każ ghal-arbitraġġ fiċ-Ċentru Malti ta’ l-Arbitraġġ li fihom kienu involut parti jew partijiet Għawdxin. Dawn kienu maqsuma kif ġej: 89 kaz Mandatarju u 2 kazi Volontarji.

Qorti t'Għawdex — Kawżi pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm hemm kawzi: a) ta’ natura ċivili superjuri; u b) inferjuri; li ilhom pendenti għal aktar minn ħames snin fil-Qorti t’Għawdex u jindika l-maġistrati partikolari quddiem min qed jinstemgħu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-kawżi superjuri u inferjuri li ilhom pendenti għal aktar minn ħames (5) snin u ċioe’ mit-30 ta’ Ġunju 2003 b’riferenza għat-30 ta’ Ġunju 2008 huma kif ġej hawn taħt:- Mag. P Coppini Mag. A Ellul Mag A Micallef Trigona Superjuri (Ċivili – Ġenerali u Familja) 325 60 13 Inferjuri Ċivili 52 4 6 TOTAL 377 64 19 Dawn il-figuri jinkludu kawżi li huma pendenti sine die.

Qorti tal-maġistrati — Kawżi pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti quddiem il-Qorti tal-Magistrati (Għawdex) sede Inferjuri u sede Superjuri? Min huma l-maġistrati li lilhom ġew assenjati dawn il-kawżi maġistrat b’maġistrat? Jista’ jgħid kemm ġew deċiżi kawżi ċivili mill-Qorti tal-Magistrati t’Għawdex għas-snin 2004, 2005, 2006 u 2007?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fuq il-mejda tal-Kamra.

Ċentru ta' l-Arbitraġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew riferuti każi miċ-Ċentru ta’ l-Arbitraġġ għas-snin 2003, 2004, 2005, 2006 u 2007? Jista’ jgħid sena b’sena kemm minn dawn kienu arbitraġġi sfurzati u kemm le? Jista’ jgħid kemm sewa dan iċ-Ċentru ta’ l-Arbitraġġ għall-istess snin?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f'seduta oħra.
Leg 11 PQ #1646 Sitting 31 2008-07-09 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Immigranti Illegali Salvati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew salvati immigranti illegali mill-Forzi ta' l-Ordni din is-sena? Kemm ġew salvati minn Maltin, kemm minn barranin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li sat-3 ta’ Lulju 2008, il-Forzi Armati ta’ Malta salvaw 614-il immigrant irregolari. Fir-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija, l-Onorevoli Interpellant hu mitlub biex ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.
Leg 11 PQ #1647 Sitting 31 2008-07-09 Oral · Interim From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dħul ta' Immigranti Illegali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu immigranti illegali din is-sena? Kemm kienet in-nefqa tal-Gvern fuqhom is-sena l-oħra? Jista' jgħid fejn qed jinżammu u jekk il-Gvern għandux pjanijiet biex ikabbar jew iżid in-numru ta' akkomodazzjoni għalihom? Jekk iva, fejn se jsir?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Immigranti Illegali li jgħixu Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn immigranti illegali jgħixu Malta illum? Fejn qed ikunu alloġġjati?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li bħalissa hawn total ta' 1296 immigrant irregolari li qed jgħixu fiċ-ċentri ta' detenzjoni. Dawn huma maqsuma hekk : 645 fic-centru ta' Ħal Safi, 582 ġewwa Ħal Far u 69 fiċ-ċentru ta' Kandja.

Prostituzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jitlajjaw għal skopijiet ta' prostituzzjoni din is-sena? Fejn inqabdu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena kien hemm 27 persuna li bejniethom tressqu l-Qorti 49 darba fuq akkużi ta’ tlajjar għal skop ta’ prostituzzjoni fil-Gżira, Msida u l-Marsa.

Attakki indiċenti u attentati ta' stupru

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati każi ta' attakki indiċenti u attentati ta' stupru u stupri din is-sena? Fejn saru dawn ir-reati?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena gew irrapurtati lill-Pulizija 22 każ li jinkwadraw taħt xi wieħed mir-reati imsemmija mill-Onorevoli Interpellant, f’diversi lokalitajiet fosthom l-Isla, Msida, Sliema, Marsa, Rabat, M’scala, Żabbar, Ta’ Xbiex, Zejtun, San Pawl il-Baħar, Buġibba, San Ġiljan, Fgura, Balzan, Żebbuġ, San Ġwann u l-Qawra

Serq ta' mobile phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm insterqu mobile phones din is-sena u fejn?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena ġew irrappurtati lill-Pulizija li nsterqu 622 mobile phones minn diversi lokalitajiet.
Leg 11 PQ #1664 Sitting 31 2008-07-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumpaniji parastatali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet paralmentari 1370, 1162 u 904 u jgħid liema huma l-kumpaniji parastatali? Kemm kienu jimpjegaw nies f'Jannar ta' 2008 u kemm f'April ta' l-2008?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’riferenza għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 904 u 905, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant li turi liema huma l-awtoritajiet u kumpaniji parastatali li għandu l-Gvern u kemm kienu jimpjegaw ħaddiema fl-1 ta’ Jannar 2008 u fl-1 ta’ April 2008.

Tax Compliance Unit

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1371,1160 u 902 u jgħid kemm-il każ ta' multi mponuti mit-tax compliance unit ġew maħfura/ridotti fix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu għas-snin 2007 u 2008?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parmanentari numru 902.

Assigurazzjoni privata

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 1363, 1143 u 431 u jgħid fil-mument liema huma d-dekasteri, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu li għandhom xi forma ta' Assigurazzjoni Privata (Private Insurance) għall-vetturi, bini, apparat, pitturi, eċċ? Kemm huwa l-ħlas globali f'ċifra ta' flus li qed titħallas għal dawn l-assigurazzjonijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Bejgħ ta' karozzi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1362,1136 u 961 u jgħid kemm kien il-bejgħ ta' karozzi/vetturi ġodda reġistrati f'pajjiżna matul Jannar, Frar, Marzu, April u Mejju ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar 5 snin sena b'sena fl-istess perjodu?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 961.

Karozzi second hand

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1361, 1135 u 962 u jgħid kemm kien il-bejgħ ta' karozzi/vetturi second hand reġistrati f'pajjiżna matul Jannar, Frar, Marzu, April u Mejju ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar 5 snin sena b'sena fl-istess perjodu?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 962.