Jista' l-Ministru jindika jekk hemmx pjani biex titranġa l-parti diżastruża ta' Triq S. Gużepp bejn Triq A. Cachia Zammit fiż-Żejtun u Triq Villabate f'Haż-Żabbar ħalli jiġi faċilitat t-traffiku li jixtieq imur Marsaskala?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 200.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jindika x'politika għandu l-Gvern fil-Qasam ta' l-Overseas Development Aid? X'kien l-kontribut ta' Malta bħala Overseas Development Aid?
Response (BORG, TONIO)
Il-Gvern fassal politika ta' għajnuna umanitarja u ta' żvilupp biex jgħin lill-ifqar pajjiżi, partikolarment dawk il-pajjiżi ta' taħt is-Sahara u Lvant ta' l-Afrika, l-Mediterran, il-Lvant Nofsani partikolarment it-territorju Palestinjan u ġżejjer żgħar bil-għan li jintlaħaq livell ta' progress soċjali u ekonomiku f'dawn il-pajjizi. Il-politika ta' għajnuna umanitarja u ta' żvilupp hija ibbazata fuq l-idea li nikkumbattu l-faqar bl-izvilupp u tfittex li tagħti kontirbut għal inizjattivi kurrenti fuq livell internazzjonali, partikolarment mill-Unjoni Ewropea. Din il-politika tindirizza wkoll azzjonijiet u proġetti speċifiċi fejn Malta tpoġġi fis-servizz ta' dawn l-inizjattivi ċertu specjaliżżazzjonijiet partikolari tagħha.
Matul is-sena 2006 il-kontribut ta' Malta bħala għajnuna ta' żvilupp kien jammonta għal Lm 3,201,640.15 jew 0.15% tad-Dħul Gross Nazzjonali.
Jista' l-Ministru jindaga l-pożizzjoni tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, u cioe' :
i) X'inhi r-raġuni li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali ma jridx jaċċetta s-separazzjoni legali ta' bejn il-persuna ndikata u martu?
ii) X'inhi r-raġuni li d-dipartiment qed inaqqaslu mid-dritt ta' pensjoni tiegħu kif kienet f'Lulju, 2007?
iii) X'inhi r-raġuni li qed innaqsulu mill-pensjoni tat-Teżor kif kienet f'Lulju, 2007?
iv) X'inhi r-raġuni li għad li dan l-individwu ndikat huwa legalment separat, jgħix għal rasu u m'għandu l-ebda konnessjoni mal-persuna l-oħra fiż-żwieġ, qiegħed jiġi ndagat mid-dipartiment u mistoqsi dwar d-dħul personali tiegħu minn investimenti sabiex tiġi regolata l-pensjoni tiegħu minħabba li martu ddaħħlet minn familjari tagħha f'residenza ta' l-istat u indipendentement minnu, stante s-separazzjoni?
v) X'inhi r-raġuni li meta dan kollu nġab għal attenzjoni ta' l-awtoritajiet konċernati, dawk responsabbli mill-ħruġ tal-pensjoni min-naħa tat-Teżor ddikjaraw li huma ġew mogħtija l-ordni min-naħa ta' l-istituzzjoni fejn tinsab rikoverata martu?
Response (DALLI, JOHN)
Dwar dawk il-partijiet tal-Mistoqsija li jirrigwardaw il-pensjoni mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew iċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Dwar dawk il-partijiet li jirrigwardaw il-pensjoni mħallsa mit-Teżor, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferihom lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għall-ħruġ ta' tender li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Jista' jagħti indikazzjoni dwar meta se toħroġ din it-tender?
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1637 u cioe': B'referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 1331, meta hu ppjanat li jkun konkluż il-proċess imsemmi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni dwar il-proġetti li ntgħażlu s’issa ngħatat fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1436 fit-2 ta’ Lulju 2008.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 1760 u jgħid meta se jinħarġu t-tenders għall-ġardini li hemm fil-Housing Estate ta' l-Istabal, f'Hal Qormi minħabba li uħud minnhom jinsabu fi stat abbandunat? Jista' jagħti indikazzjoni meta dawn it-tenders se jinħarġu?
Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabbret taxxa tas-sisa fuq id-diversi tipi ta' fuel importati f'Malta għas-snin 2005, 2006, 2007 u 2008 (Jannar sa Ġunju)?
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk tressqux proposti lill-Kummissjoni Ewropeja sabiex jitbiddlu proġetti li kienu proposti fid-diversi Operational Programmes għall-perijodu 2007 - 2013 u li kienu approvati s-sena li għaddiet? Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv, jista' jgħid liema proġetti ġew mibdula, ir-raġuni għall-bidliet u r-risposta tal-Kummisjoni Ewropeja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant li sal-lum ma tressqu ebda proposti lill-Kummissjoni Ewropea għat-tibdil fil-proġetti.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk sarx studju ta' vijabilita' (feasibility study) dwar il-proġett ta' offshore windfarms li hu propost li se jinbena 'l barra mill-kosta ta' Malta? Jista' jqiegħed dan l-istudju fuq il-mejda tal-Kamra?
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-garage indikat fuq is-site plan li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li għaliha hemm ukoll korrispondenza, huwiex proprjeta' tal-gvern?
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' applikazzjoni tat-tender għall-bini mill-ġdid tal-bypass ta' M'Scala?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-evalwazzjoni teknika ta’ l-offerti għar-rikostruzzjoni tal-Bypass ta’ Marsaskala, ġew kkonklużi u issa ser jinfetħu l-offerti finanzjarji.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom karta ta' l-identita speċjali maħruġa mill-KNPD u jagħti l-informazzjoni separatamennt għal kull lokalita' f'Għawdex u f'Malta u skond is-sess tad-detenturi tal-karta ta' l-identita' speċjali?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb u l-pjan li jsiru Triq Gużeppi Xuereb, Birkirkara (li nbdiet u saret nofsha) u Triq tas-Sisla, Birkirkara li tinsab fi stat diżastruż?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol fi Triq G. Xuereb Birkirkara tkompla fil-ġranet li għaddew. Dan kien twaqqaf mill-ADT sakemm saru t-testijiet neċessarji biex tigi stabbilita’ l-formazzjoni tat-triq wara r-riżultati ta’ testijiet li saru fuq il-materjal li nstab. Dwar Triq is-Sisla, fix-xhur li għaddew saret il-parti ta’ fuq ta’ din it-triq, filwaqt li l-parti t’isfel hija nkuża fil-programm ta’ toroq tal-ADT.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-parti ta' Triq Gistakor, Hal Għaxaq ser tinfetaħ biex ir-residenti jkollhom aċċess għal ġo darhom peress li bħalissa r-residenti qed iħallsu Lm400 fis-sena lil terzi persuni biex ikollhom aċċess għal proprjeta' tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' aġġudikazzjoni għat-tenders tal-bini tal-villaġġ tas-snajja f'Ta' Qali u t-tender għall-bini ta' toroq fl-istess villaġġ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-proċess taż-żewġ tenders għadu għaddej.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inħarġu permessi għal żvilupp ta' bini fi Triq l-Ilqugħ, Swieqi? X'tip ta' permessi ħarġu, għal kemm-il sular u jekk ġewx sodisfatti l-kriterji kollha tal-MEPA?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn child cares centres f'Malta u f'Għawdex u fejn qegħdin? Jista' jgħid liema huma tal-gvern u liema huma tal-privat jew tal-Knisja?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onor. Interpellanti tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministru konċernat.
Peress li l-ilma li jinżel minn Pjazza San Gwann Battista fix-Xewkija, Għawdex ħafna minnu jispiċċa fi Triq il-Knisja u din it-triq iżżomm ħafna ilma b'inkonvenjent kbir għall-pubbliku speċjalment l-anzjani, tista' l-Ministru tara li tinsab soluzzjoni għal din il-problema?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li t-triq imsemmija hija responsabilita' tal-Kunsill Lokali tal-lokalita' u ghaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Nterpellant tirreferi il-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ngħataw status ta' refuġjat matul dawn l-aħħar 12-il xahar?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk il-persuni li ġew nominati "esperti" fil-proċeduri kriminali mill-Qrati tal-Maġistrati matul l-aħħar 12-il xahar? X'kienu l-inkarigi rispettivi u kemm tħallsu?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli interpellant għadha qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.