Jista' l-Ministru jgħid kemm-il-kategorija differenti ta' blue stickers jeżistu? Veru li hemm 19 minnhom li jiskadu u jridu jiggeddu kull sena u hemm oħrajn li huma fuq bażi permanenti? Jekk dan hu minnu , fuq liema kriterji intagħżlu?
Għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament ma jinħarġiliex blue sticker permanenti meta din il-persuna tbagħti minn kundizzjoni permanenti? Ma jaħsibx li persuna b'diżabilita' permanenti inkunu qed nikkaġunawlha ħafna tbatijiet żejda u skariġġ biex toqgħod iġġedded din il-blue sticker apparti l-fatt li nkunu qed indaħħluha fi spejjeż żejda?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li teżisti kategorija waħda ta' Blue Sticker li tinħareġ fuq il-mudell ta' l-Unjoni Ewropea. Fil-każ ta' Malta din tinħareg għal 5 snin, pero jekk il-professjonist tal-Kummissjoni li jeżamina l-applikant iħoss mod ieħor jista' jirrakkomanda li din tinħareg għal żmien iqsar pero mhux anqas minn sena.
F'dawn l-aħħar tlett snin, l-applikazzjoniet għal Blue Sticker splodew. Għax-xahrejn Mejju u Ġunju 2008, il-Kummissjoni rċeviet aktar minn 300 applikazzjoni. Jidher ċar li dan ma kienx sostenibbli u għalhekk il-Kummissjoni ddeċidiet li l-applikazzjoniet u t-tiġdid tal-Blue Sticker isiru wara li l-applikant jigi eżaminat minn professjonist tal-Kummissjoni. Fil-każ fejn id-diżabililita' tkun permanenti, l-applikant jiġi eżaminat darba biss.
Fil-każ ta' l-applikant imsemmi, kellu Blue Sticker li skadiet imma li qatt ma ġie eżaminat minn professjonista tal-Kummissjoni. Għalhekk meta applika biex tiġedidlu l-Blue Sticker, intalab li jarah il-professjonista tal-Kummissjoni. Jekk il-professjonista tal-Kummissjoni jiddikjara li d-diżabilita ta' l-applikant hi waħda permanenti, l-applikant ma jkollux għalfejn jerġa' jattendi għal dan l-eżami meta jiġi biex jerġa' jġedded il-Blue Sticker tiegħu ħames snin oħra.
Jista' l-Ministru jgħid hekk ir-rebus li jeżisti bħalissa fis-service providers u fil-korsijiet ta' l-apprentistat tal-ETC jagħmilx parti mill-politika tal-Gvern u jiffurmax xi parti mill-pakkett pre-elettorali tal-wegħdi tal-PN?
Jaf li ftit xhur ilu dawn is-
service providers
(
instructors
fil-
workshops
u
lecturers
) ġew imġiegħla jirreġistraw bħala
self employed
, bir-riżultat li ħafna minnhom irriżenjaw għax ma qablilhomx jaħdmu u jħallsu l-bolla kollha huma? Jaf li bħalissa l-korsijiet ta' l-apprendistat huma weqfin għax qalulhom li bħalissa l-flus spiċċaw? Jaqbel li jekk dan kollu huwa minnu, jsir xi ħaġa b'mod urġenti peress li l-ETC hija l-unika lok fejn ħaddiema/studenti li ma jidħlux l-MCAST, jistgħu jkomplu jtejbu l-ħiliet tagħhom speċjalment minħabba l-kunċett ta'
lifetime learning
u
on-going education
?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ toħroġ regolarment sejħiet pubbliċi għax-xiri ta' servizzi ta' taħrig skond il-ħtieġa. Dawn is-sejħiet, regolati mill-Public Procurement Regulations, jagħmluha ċara li l-Korporazzjoni tixtri dawn s-servizzi fuq bażi ta’ ‘kuntratt għal servizz’ (self employed) għal żmien speċifiku skond il-programm ta’ taħriġ relattiv.
Għal kuntrarju ta’ dak li qed jagħti x’jifhem l-Onor. Interpellant, ninsab infurmat ukoll li x-xiri ta’ dawn is-servizzi ma jaffettwa bl-ebda mod l-iskema ta l-apprendistat tal-Korporazzjoni, fejn it-taħrig jingħata mill-MCAST u l-ITS.
Jista' l-Ministru jgħid in vista taċ-ċelebrazzjonijiet li qed isiru f'Lourdes fi Franza, l-Air Malta din is-sena żieditx it-titjiriet tagħha chartered għal dan il-pajjiż? Jista' fil-fatt jgħid kemm hu maħsub li se jkunu saru titjiriet u kemm bejn wieħed u ieħor se jkunu ġarrew passiġieri? Kif in-numru ta' titjiriet u passiġġieri hu maħsub li se jipparaguna ma' dak ta' snin oħra?
Jista' l-Ministru jgħid meta l-Air Malta bdiet it-titjiriet chartered tagħha għal Lourdes fi Franza? Minn dak inhar 'l hawn dawn it-titjiriet saru kull sena? U jekk fl-affermattiv, kemm-il titjira saret kull sena u kemm-il passiġġier ġarret? X'inhuma l-prospetti għall-futur u kif l-Air Malta tipparaguna ma' kumpaniji oħra li jorganizzaw titjiriet chartered għal dak il-pajjiż?
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-Gvern fir-rigward tat-tqegħid ta' kurċifissi fi klassijiet ta' skejjel pubbliċi, fi swali, fi sptarijiet u f'uffiċji f'dipartimenti tal-Gvern u organizzazzjonijiet pubbliċi oħrajn? Jekk il-policy tal-Gvern hi li fost l-oħrajn fil-klassijiet ta' l-iskejjel ikun hemm kurċifissi, jista' jara li l-kurċifissi li tneħħew minn klassijiet fi skejjel f'Għawdex ( riferenza għal dan għamilha l-Isqof ta' Għawdex Mario Grech fl-omelija tiegħu fil-quddiesa pontifikali tal-festa tal-visitazzjoni fl-Għarb il-Ħadd li għadda) jerġgħu jitqiegħdu fejn kienu?
Jista' l-Ministru jgħid min sal-Ħadd 6 ta' Lulju kellu dritt għall-energy saving government rebate u cioe' hux il-konsumatur direttament jew inkella tal-ħanut? Jekk kemm-il darba hu l-konsumatur li kellu dritt għal dan ir-rebate, għaliex sidien ta' ħwienet (ara full-page advert f'The Times tat-3 ta' Lulju-page 47) irriklamaw f'gazzetti lokali li dan ir-rebate kien diġa' ġie mnaqqas mill-prezz? F'dan il-każ, x'kontroll isir biex ikun assigurat li dan it-tnaqqis verament ikun gawdih il-konsumatur?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li r-rebate dejjem kellu d-dritt għalih biss, il-konsumatur. Dan kien jieħdu direttament mingħand l-MRA wara li jkun xtara l-appliance u jissottometti rċevuta fiskali flimkien ma-applikazzjoni, kif ukoll invoice li turi fost informazzjoni oħra min biegħ, min xtara, xi nxtara u kemm kien il-prezz.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tfittxija fi stabbilimenti kummerċjali saret mid-dwana ta' Malta, sena b'sena, mill-2005 s'issa biex ikun assigurat li fuq l-oġġetti kollha esposti għal-bejgħ ikunu tħallsu t-taxxi kollha dovuti? F'kull każ instabu affarijiet li kienu għall-bejgħ mingħajr ma tħallsu fuqhom it-taxxi dovuti? X'kienu l-affarijiet u dawn kienu kkonfiskati? X'kienu t-taxxi li suppost kienu mħallsa fuqhom u x'kien l-ammont ta' kull taxxa dovuta? Il-persuni li fl-istabbilimenti tagħhom instabu dawn l-affarijiet ittellgħu l-qorti? Jekk fl-affermattiv x'kienu kkundannati?
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tfittxija fi stabbilimenti kummerċjali saret mill-pulizijia, sena b'sena, mill-2005 s'issa biex ikun assigurat li l-oġġetti esposti għall-bejgħ ma kienux imdaħħla f'Malta b'kuntrabandu u li fuq l-oġġetti esposti għall-bejgħ ikunu tħallsu t-taxxi kollha dovuti, u li l-oġġetti esposti għall-bejgħ mhux qed jinbiegħu ogħla milli suppost? F'kull każ, x'kien ir-riżultat ta' kull tfittxija u x'passi ttieħdu?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li l-Pulizija ma tagħmilx spezzjonijiet ta’ rutina sabiex tivverifika jekk it-taxxi fuq oġġetti esposti għall-bejgħ tħallsux kollha, jew jekk hux qed jinbiegħu ogħla milli suppost. Dan ix-xogħol jitwettaq minn dipartimenti li ma jifformawx parti mid-dekasteru tiegħi.
Madankollu, il-Pulizija dejjem tinvestiga u tipproċedi skond il-liġi fejn ikunu rrapurtati jew suspettati każi ta’ kuntrabandu. Fil-fatt, mill-2005 l’hawn il-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti 253 persuna dwar 203 każ ta' xi tip ta kuntrabandu. Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra bl-informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellant.
EU programmes information unit — Uffiċjal Inkarigat
Question
Tista' l-Ministru tgħid kif saret il-ħatra ta' l-uffiċċjal inkarigat mill-EU programmes information unit? Tsita' tgħid xi kwalifiki u esperjenza għandu dan l-uffiċjal inkarigat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-twaqqif ta' l-EU Programmes Information Unit hi weghda elettorali li ghamel il-partit tieghi fil-Gvern.
Dan il-Unit ser jiffacilita u jghin sabiex Kunsilli Lokali, Ghaqdiet mhux Governattivi u setturi ohrajn jaghmlu l-ahjar uzu mid-diversi programmi ta' finanzjament u ghajnuna tal-Unjoni Ewropea.
Il-persuna li giet inkarigata minn dan il-unit kienet diga' qed taghti servizz fid-Direttorat ta' l-Affarijiet ta' l-Unjoni Ewropea fil-Ministeru ghal Ghawdex u ghalhekk gie deciz li peress li din il-persuna diga' ghandha esperjenza sewwa fix-xoghol li ghandu x'jaqsam ma' l-Unjoni Ewropea, taqdi wkoll dawn id-dmirijiet.
Ta' miin jghid li diga' saru laqghat ma' ghaqdiet li rcivew informazzjoni dwar programmi li ntbaghtu lilhom minn dan il-unit.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1527 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid għaliex l-iskema ta' l-Equity Sharing ma reġgħetx infetħet mill-ġdid f'nofs ix-xahar ta' Ġunju kif kien imwiegħed? Jista' jgħid meta huwa maħsub li din l-iskema tinfetaħ mill-ġdid?
Response (DALLI, JOHN)
Filwaqt li ma jirriżultalix li saret xi wegħda bħal dik li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant fl-Ewwel Parti tal-Mistoqsija tiegħu, nirreferih għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 973 f’Seduta Numru 17.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' immigranti rregolari li waslu f'pajjiżna matul is-sena 2008 mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Ġunju u kif dan in-numru kien maqsum xahar b'xahar?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ immigranti illegali li waslu Malta fl-ewwel sitt xhur ta din is-sena kien kif ġej:
Jannar
Frar
Marzu
April
Mejju
Gunju
0
24
0
109
188
575
Jista' l-Ministru jgħid fil-fatt kemm hu n-numru totali tal-membri tal-Korp tal-Pulizija kif jinstab fl-1 ta' Lulju 2008? Kif dan in-numru ta' membri hu maqsum fid-diversi gradi li jeżistu fil-Korp tal-Pulizija? Kif dan in-numru ta' membri hu fil-fatt maqsum fid-diversi taqsimiet ta' l-istess Korp tal-Pulizija ukoll fl-1 ta' Lulju 2008?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija ma nħossx illi tagħrif aktar dettaljat tal-Pulizja għandu jkun ippublikat.
Jista' l-ministru jgħid sena b'sena kemm ġew immigranti rregolari/illegali bejn 1 ta' Jannar sa 31 ta' Diċembru mis-sena 2000 sal-2007? Kemm min dawn ġew ripatrijati jew b'xi mod ieħor ħallew dawn il-ġżejjer matul l-istess żmien indikat hawn fuq, kif ukoll fuq bażi kalendarja?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel parti tal-Mistoqsija huwa kif ġej:
2000
2001
2002
2003
2004
2005
2006
2007
24
57
1686
502
1388
1822
1780
1702
Infurmat ukoll illi n-numru ta’ immigranti illegali li ġew ripatrijati tul l-istess perjodu kienu:-
2000
2001
2002
2003
2004
2005
2006
2007
24
666
1199
1106
704
955
780
338
Dawn iċ-ċifri jinkludu wkoll persuni ta' nazzjonalita' barranija li kienu nstabu Malta illegalment.
20002001200220032004200520062007
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1496 u 1689 u jgħid kemm kien l-ammont ta' surcharge fuq il-konsum ta' l-elettriku miġbur mill-EneMalta matul is-sena 2007? Kemm kien is-surcharge fuq il-konsum ta' l-ilma miġbur mill-WSC għall-istess perijodu? Dan is-surcharge hu inkluż fid-dħul ordinarju tal-korporazzjonijiet rispettivi għas-sena 2007?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-ammont ta' surcharge fuq il-konsum ta' l-elettriku miġbur mill-EneMalta matul is-sena 2007 huwa ta’ € 51,811,339 u s-surcharge fuq il-konsum ta' l-ilma miġbur għall-istess EneMalta matul is-sena 2007, huwa ta’ € 9,118,701. Is-surcharge kollu huwa inkluż fid-dħul ordinarju tal-Enemalta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħal il-gvern mill-VAT fuq bejgħ ta' prodotti ta' diesel u petrol ta' kull kwalita' fis-sena 2005, 2006, 2007 u sat-30 ta' Mejju 2008?
Tista' l-Ministru tgħid x'inhu l-istat ta' l-iskavi fit-Tempju Ruman f'Tas-Silġ f'Marsaxlokk?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-Universita ta’ Malta ikkonkludiet l-iskavi tagħha fin-naħa tan-nofsinhar tas-sit u se jiġi ppubblikat rapport komplut is-sena d-dieħla. L-iskavi fin-naħa tat-tramuntana tas-sit, li qed isiru mill-Missione Archeologica Italiana, għadhom sejrin u se jkomplu fix-xhur li ġejjin.
Wara seminar li kien organizzat minn Heritage Malta fl-2006, iktar tard din is-sena Heritage Malta se tippubblika ktieb bir-riċerka u bil-konkluzjonijiet kollha li saru fuq is-sit matul dawn l-aħħar snin.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjani biex jitranġaw t-toroq li miż-Żejtun jgħaddu għal Delimara biex tagħmilha possibbli li ċittadini kuxjenżjużi jkunu jistgħu jagħmlu passiġġati fil-kampanja jew imorru dawra bir-rota u li t-turisti kuxjenzjużi jagħmlu ġiti ta' ekoturiżmu f'dawn l-inħawi sbieħ?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjani biex titranġa Triq il-Foss bejn il-Mina ta' Hompesch, f'Haz-Zabbar u Vjal l-Kunsill ta' l-Ewropa, fil-Fgura ħalli t-traffiku għall-Kottonera jkun jista' jgħaddi b'iktar faċilita' minn hemm flok jiġġammja fi Triq il-Labour, f'Zabbar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qabbadt lill-ADT tistħarreġ x'miżuri jistgħu jittieħdu biex titnaqqas il-konġestjoni fiż-żona indikata.