Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tribunali tat-Talbiet Żgħar — Chairmen

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm chairmen għat-Tribunali tat-Talbiet Żgħar, min huma u kemm qed jiswew flus lill-Gvern wieħed wieħed bħala salarji u jagħti spejga b'liema rati dawn jitħallsu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Vjolenza Domestika

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapurtati każi ta' vjolenza domestika din is-sena:?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li n-numru ta' każijiet ta' vjolenza domestika rrapportati lill-Aġenzija Appoġġ, mill-1 ta' Jannar sa l-14 ta' Ġunju 2008, kien ta' 223.

Abbużi fuq Tfal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapurtati każi ta' abbużi fuq tfal din is-sena?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li, bejn l-1 ta' Jannar u l-14 ta' Ġunju 2008, kienu rappurtati lill-Aġenzija Appoġġ 394 każ ta’ abbuż fuq tfal. Ninsab infurmat ukoll li dan in-numru jinkludi każijiet rappurtati għal aktar minn darba.

Resident Parking Scheme

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-lokalitajiet li għandhom resident parking scheme?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ADT approvat skemi ta' dan it-tip f'dawn il-lokalitajiet: Mellieħa, Pieta’, Ħamrun, San Ġwann, San Pawl il-Baħar, Floriana, Mosta, Sliema, Iklin, Swieqi, Msida, San Ġiljan, Naxxar, Santa Venera, Balzan, Birgu, Ta’ Xbiex , Rabat Għawdex u Fontana Għawdex.
Leg 11 PQ #1726 Sitting 32 2008-07-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Tipjip

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu nies direttament jew indirettament mit-tipjip u dan fl-ewwel sitt xhur tas-sena? X'inhu jsir speċjalment fl-iskejjel ta' Malta u Għawdex biex it-tfal, anke ta' eta' żgħira, jkunu jafu bl-effetti ħżiena tat-tipjip?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-aħħar statistika miġbura hija dik sa’ l-aħħar tas-sena 2007, fejn bejn l-ewwel ta’ Jannar 2007 u l-aħħar ta’ Diċembru tas-sena 2007 ġew irreġistrati li mietu total ta’ 3111 persuna residenti ta’ Malta u Għawdex. Min dawn huwa stmat illi 341 mietu direttament jew indirettament mit-tipjip. L-istatistika għal l-ewwel sitt xhur tas-sena 2008 għadha qed tinġabar minn entitajiet varji oħra. Fl-iskejjel isiru diversi inizzjativi li jinkludu tagħrif dwar il-ħsara tat-tipjip. Saru interventi kemm matul is-sena skolastika, kif ukoll waqt Skolasajf tas-sena l-oħra. F’dawn l-aħħar xhur, b’kollaborazzjoni sħiħa mad-Diviżjoni tal-Edukazzjoni, saru dawn l-attivitajiet: · Jum Dinji bla Tabakk 2007 ġiet iċċelebrata ġo skola primarja bil-participazzjni sħiħa ta’ tfal, fejn itella kunċert li kien jiffoka fuq it-tabakk u ħsara relatata miegħu, · Waqt Skolasajf fit 2007, saru attivitajiet permess ta’ logħob fejn it-tabakk kien wieħed mis-suggetti li ingħataw importanza, · Saru ukolll diversi talks ġo skejjel fl-livell sekondarju kemm din is-sena u dik li għaddiet, · Tagħrif dwar ħsara mit-tabakk ġie inkorporat f’attivita sportiva, ukoll fl-livell sekondarju f’Mejju ta 2008.

Studenti sospiżi mill-Iskola

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' studenti li ġew sospiżi mill-iskejjel tal-Gvern, tal-Knisja u dawk indipendenti f'din l-aħħar sena skolastika u minn liema skejjel ġew sospiżi? Kemm-il darba dawn l-istudenti ġew sospiżi mill-iskola matul din is-sena? Qed isir xi programm biex dawn it-tfal ma jibqgħux itellfu lill-istudenti li jridu jitgħallmu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija nfurmata li fost il-mi¿uri li ttieħdu sabiex l-istudenti jtejbu l-imġieba tagħhom insibu ¿-¿amma ta’ case conferences , riferimenti lis- Safe School Programme , lil Guidance Teachers u lill- Counsellors . Jsir ukoll moniteraġġ kontinwu mill-iskola sabiex l-istudenti jintegraw bl-aħjar mod possibbli, attendenza f’ Learning Zone , involviment fir- Ray Programme (programm li jsir mas- social worker) u l-iskejjel jieħdu wkoll passi korrettivi oħra.
Leg 11 PQ #1730 Sitting 32 2008-07-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Armata — Overtime

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-membri ta' l-armata ma jitħallsux ta' l-overtime tant li fil-budget ma jeżistix line item għall-ħlas ta' overtime u dan b'kuntrast ma' korpi ta' dixxiplina oħra? Hemm il-ħsieb li din is-sitwazzjoni tinbidel fiż-żmien li ġej?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kif imħabbar fid-diskors tal-budget għas-sena 2008 is-salarji tal-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta ġew riveduti ’l fuq sabiex ikunu proporzjonati max-xogħol diffiċli u partikulari tas-suldati. Minn barra skali ġodda, ir-ristrutturar tas-salarji li daħal fis-seħħ b’effett mill-ewwel ta’ Jannar 2008 jinkludi wkoll on call duty allowances , ħlas bir-rata ta’ siegħa/siegħa u nofs għal xogħol li jsir fi btajjel pubbliċi u allowances ġodda għal xogħol speċjalizzat. Dawn kollha ġew miżjuda mal-kundizzjonijiet li kienu jgawdu minnhom is-suldati qabel daħlu fis-seħħ dawn l-istess kundizzjonijiet. Għaż-żmien li ġej mhux previst li jibda jsir ħlas ta’ overtime.
Leg 11 PQ #1731 Sitting 32 2008-07-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Aġenzija Sedqa — Action Plan

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1266, jista' l-Ministru jpoġġi fuq l-mejda tal-Kamra l-action plan jew il-policies dwar l-alkolħol etc li ġew identifikati mill-Kummissjoni Nazzjonali dwar l-abbuż tad-droga, l-alkoħol u vizzji oħra flimkien mad-Direttorat għall-Policies u l-Implimentazzjni ta' Programmi? Jista' jippreżentalna wkoll l-abbozz ta' policy nazzjonali li kien miktub fis-sena 2001 mill-Agenzija Sedqa u mill-Health Promotion Unit dwar l-alkoħol?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li għadu ma ġie ppublikat ebda dokument dwar l-alkoħol, imsemmi fl-Ewwel Parti tal-Mistoqsija. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument mitlub fit-Tieni Parti tal-Mistoqsija.

Direttur tal-Programmi ta' l-Unjoni Ewropea

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hux veru li meta kien hemm il-proċess sabiex jinħatar direttur tal-programmi ta' l-Unjoni Ewropea kien imwaqqaf u ntagħżlet persuna partikolari?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1555.
Leg 11 PQ #1788 Sitting 32 2008-07-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Konservazzjoni u Immaniġġjar taċ-Ċittadella

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta tlesta d-dokument għas-sejħa għall-offerti għall-master plan għall-konservazzjoni u l-immaniġġjar taċ-Ċittadella? Meta ġiet ippubblikata t-tender? Meta għalaq iż-żmien għas-sottomissjoni ta' offerta? X'sar s'issa fuq din it-tender? Kemm hu stmat il-valur ta' din it-tender?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li d-dokument ghas-sejha ghall-offerti ghall-master plan tac-Cittadella tlesta f'Novembru 2007, it-tender giet ippublikata fit-8 ta' Jannar 2008 u li z-zmien ghas-sottomissjoni ta' offerta ghalaq fit-28 ta' Frar 2008. Bhalissa din it-tender tinsab fl-ahhar fazi tal-aggudikazzjoni.
Leg 11 PQ #1791 Sitting 32 2008-07-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex, Rabat — Proġett Ċentru Komunali

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk għadx hemm il-ħsieb li jsir il-proġett taċ-Ċentru Komunali fir-Rabat? Jekk fl-affermattiv, x'sar s'issa fuqu? Jekk fin-negattiv, għaliex twarrab?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Huwa ppjanat li is-siti li kienu identifikati ghall-Progett tac-Centru Komunali jibqghu jintuzaw ghall-istess skop li kellhom sal-lum b'rikostruzzjoni tal-parkegg li hemm fi triq Borg Olivier li jsir multi level parking u jinbena Qorti gdid fil-livell tat-triq minflok dak ippjanat fi triq Fortunato Mizzi. Is-sit fejn kien ippjanat li jsir il-bini tal-Qorti fi triq Fortunato Mizzi ser tintuza ghal skopijiet edukattivi.

Prodotti u servizzi — Taxxa ambjentali

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi lista kompluta ta' prodotti u servizzi f'pajjiżna li fuqhom hemm xi forma jew oħra ta' taxxa ambjentali u jgħid eżatt kemm hu d-dħul tal-Gvern minn dawn it-tip ta' taxxi, kemm b'mod assolut (f'ewros) kif ukoll bħala persentaġġ tal-prodott gross domestiku?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru li l-informazzjoni mitluba tinsab fuq l-Ewwel Skeda ta’ L-Att ta’ l-2004 Dwar L-Eko-Kontribuzzjoni, Kap 473 tal-Liġijiet ta’ Malta u kif emendata permezz ta’ Avviżi Legali msemmijin fl-istess Skeda. Nitlob l-Onor Membru li jirreferi t-tieni parti tal-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Avukati tat-Tfal

Question

Jista' l-Ministru jelenka l-avukati tat-tfal u jgħid kull wieħed/waħda kemm għandhom każijiet pendenti u kemm kellhom każijiet li ġew riferuti lil kull wieħed u waħda minnhom f'dawn l-aħħar sentejn ?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 11 PQ #1857 Sitting 32 2008-07-14 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fond dwar l-Ambjent

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti d-dettalji kollha dwar kif qed jiġu implimentati l-provizjonijiet kollha minn Taqsima VIII ta' l-Att dwar il-Ħarsien ta' l-Ambjent fir-rigward tal-Fond dwar l-Ambjent? Jista' jipprovdi d-dettalji kollha dwar il-qagħda finanzjarja ta' dan il-fond u dwar kif dawn il-fondi qed ikunu amministrati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #1858 Sitting 32 2008-07-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Politika Nazzjonali għall-Enerġija

Question

Jista' l-Prim Ministru jispjega x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern għall-proposta ta' Politika Nazzjonali għall-Enerġija li tmur lura għal Settembru 2006?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

A Draft Renewable Energy Policy for Malta

Question

Jista' l-Ministru jispjega x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern rigward id-dokument "A Draft Renewable Energy Policy for Malta" li jmur lura għal Awissu 2006?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru li minn mindu ħareġ id-dokument "A Draft Renewable Energy Policy for Malta" sa llum għaddew sentejn li matulhom kien hemm diversi tibdil fiċ-ċirkostanzi, fosthom żviluppi fil politika ta’ l-EU, kemm fuq biofuels kif ukoll fuq il-produzzjoni tal-enerġija minn-sorsi li jiġġeddu. Ġew miftiehma miri ġodda għall-Malta sat-2020. Kien hemm ukoll żviluppi sinifikanti ħafna fis-suq ta l-enerġija, kemm bħala splużjoni fil prezz taż-żejt, kif ukoll fil-kamp politiku li jaffettwaw is-sigurtà tal-provvista. Għalhekk dan id-dokument irid jiġi aġġornat biex jirrifletti dan kollu.

Abbużi tat-tfal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' abbużi tat-tfal lill-Pulizija f'dawn l-aħħar sentejn u kemm minnhom tressqu l-Qorti? Jista' jgħid ukoll kemm ingħataw sentenzi in konnessjoni ma' abbużi fuq it-tfal fl-istess perjodu u jindika l-etajiet tat-tfal involuti u l-piena nflitta?Jista' jagħti l-informazzjoni separatament għal Malta u għal Għawdex?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra il-Pulizija kellha 42 rapport li b’xi mod jinkwadraw taħt abbuż fuq tfal, li dwarhom gew imressqa quddiem il-Qorti 49 persuna. Minn dawn, s’issa 5 kellhom il-każ deċiż, fejn 2 ġew mogħtija sentenza ta priġunerija, 1 sentenza sospiża u 2 kienu liberati. Infurmat ukoll illi matul din is-sena kien hemm 13 ir-rapport u tressqu 12 il-persuna li l-każijiet tagħhom għadhom pendenti quddiem il-Qorti. Dawn il-każijiet seħħew f'Malta, ħlief għal wieħed.
Leg 11 PQ #1861 Sitting 32 2008-07-14 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Infringements ambjentali

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti l-lista sħiħa u updated ta' l-infringements ambjentali kollha li għandha Malta fil-konfront tal-Liġijiet Ewropej u għal kull każ jagħti dettalji ta' fejn waslu l-proċeduri li suppost kellhom jittieħdu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.