Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema regolamenti marbuta mal-ġarr ta' passiġġieri minn speed boats, luzzijiet u opri tal-baħar inbidlu jew se jinbidlu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? X'wassal għal dan it-tibdil?
Jista' l-Ministru jara li ssir bankina fi Triq tal-Ġebel , Birżebbuġa (il-parti ta' ħdejn l-flats tal-gvern)? Peress li m'hemmx din il-bankina, il-pubbliku qed ikollu jimxi fit-triq b'ħafna periklu.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li dan ix-xogħol se jiġi nkluż mal-period contract li jmiss għall-istess lokalita'.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex id-dawl tat-triq bejn Ta' Ħemsija u r-roundabout Rabat/Attard/Żebbuġ li ilu maqtugħ diversi ġimgħat jiġi rranġat għaliex bil-lejl qed ikun ta' periklu kbir?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ADT qed tara xi ħsarat hemm fid-dawl tal-imsemmija triq.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fiċ-Ċirkewwa (bejn il-Marfa u ċ-Ċirkewwa) matul il-bankina kollha jsir xi forma ta' ilqugħ bejn il-bankina u l-blat biex jitnaqqas il-periklu għal dawk li jkunu qed jimxu fuq il-bankina?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ADT se tkun qed tevalwa t-talba tal-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jinvestiga permezz tal-Malta Enterprise jekk hux possibli li fil-Mosta Technopark ikun hemm il-faċilitajiet ta' canteen għall-ħaddiema ta' dan l-industrial park?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Malta Industrial Parks Limited flimkien mal-Mosta Technopark Tenants Association (MTTA) għandhom jaraw il-possibilita li jkun hemm faċilitajiet ta’ Canteen għall-ħaddiema ta’dan l-industrial park.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-esperti barranin fil-qasam ta' l-orti kultura u s-serrer li żaru Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar 5 snin? X'rakkmandazzjonijiet saru u kemm minnhom ġew implimentati fl-industrija lokali fil-mument?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li ma ġewx esperti barranin fil-qasam ta' l-ortikultura u s-serrer f’dawn l-aħħar ħames snin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-esperti barranin fil-qasam ta' l-api kultura li żaru Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar 5 snin? X'rakkmandazzjonijiet saru u kemm minnhom ġew implimentati fl-industrija lokali fil-mument?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li fil-qasam ta' l-apikultura f’dawn l-aħħar 5 snin ġew Malta 5 esperti. Ir-rakkomandazzjonijiet li għamlu kienu:
· Protezzjoni tas-sottospeċi tan-naħla Maltija.
· Protezzjoni u restawr ta’ l-imgiebaħ antiki.
Dawn ir-rakkomandazzjonijiet qed jiġu attwati b’enfasi fuq il-protezzjoni tas-sottospeċi tan-naħla Maltija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-esperti barranin fil-qasam tas-siġar taċ-ċitru li żaru Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar 5 snin? X'rakkmandazzjonijiet saru u kemm minnhom ġew implimentati fl-industrija lokali fil-mument?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li fil-qasam tas-siġar taċ-ċitru f’dawn l-aħħar ħames snin ġew żewġ esperti barranin. Ir-rakkomandazzjonijiet tagħhom dwar tnissil, selezzjoni ta’ varjetajiet u ħarsien mill-mard tas-siġar taċ-ċitru qed jiġu attwati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-esperti barranin fil-qasam tal-produzzjoni tal-frott frisk li żaru Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar 5 snin? X'rakkmandazzjonijiet saru u kemm minnhom ġew implimentati fl-industrija lokali fil-mument?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li ġew tlett esperti barranin fil-qasam tal-produzzjoni tal-frott frisk f’dawn l-aħħar ħames snin. Ir-rakkomandazzjonijiet tagħhom dwar tnissil, tilqim u ħarsien mill-mard qed jiġu attwati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-esperti barranin fil-qasam tal-produzzjoni tal-ħxejjex friski l li żaru Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar 5 snin? X'rakkmandazzjonijiet saru u kemm minnhom ġew implimentati fl-industrija lokali fil-mument?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li ġie espert barrani wieħed fil-qasam tal-produzzjoni tal-ħxejjex friski f’dawn l-aħħar ħames snin. Ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar il-kultivazzjoni tal-patata qed jiġu attwati.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1126 u jgħid kemm hemm ħaddiema/persuni in ġenerali li jħallsu kontribuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali bħalissa? Kemm minnhom huma self-employed?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1126.
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed tieħu l-Awtorita' tat-Trasport Pubbliku biex tassigura li dawk li għandhom fil-pussess tagħhom liċenzja tas-sewqan ikunu fiżikament u mentalment kapaċi jsuqu l-vettura tagħhom mingħajr periklu? Jista' jgħid jekk hux qed isiru testijiet mediċi per eżempju tal-vista b'mod partikolari fuq persuni anzjani?
Response (GATT, AUSTIN)
Hekk kif stipulat bil-Liġi dwar Vetturi bil-Mutur (Liċenżji tas-Sewqan) Kapitlu 65 (18) kull persuna li tapplika għall-liċenzja tas sewqan trid tippreżenta ċertifikat tat-tabib li jiggarantaxxi li l-persuna hija fiżkament u mentalment kapaċi biex issuq vetturi mingħajr periklu. Dan iċ-ċertificat jidiskrivi ukoll l-aspetti kollha li għandom x'jaqsmu mal-vista.
F’każijiet ta’ persuni li jsuqu vetturi ta’ transport pubbliku, il-Liġi dwar Vetturi bil-Mutur (Liċenzji tas-Sewan) Kapitlu 65 (18) (46) tistipula li persuna li tkun awtorizzata ssuq vetturi tat-trasport pubbliku għandha tipproduċi ċertifikat mediku ta’ saħħa fiżika meta tagħlaq il-ħamsin sena, u kull ħames snin wara sakemm tagħlaq is-sittin sena. Wara dan, ic-ċertifikat mediku għandhu jigi muri kull sena qabel ma tiġġedded il-licenza tas-sewqan.
F’kaz ta’ persuna li għalqet is-70 sena u kull ħames snin wara, din għandha wkoll tipproduċi ċertifikat tat- tabib li hija fiżikament u mentalment stabbli. L-Liċenzja tas-sewqan ma tingħatax u ma tiġix mġedda jekk il-persuna ma tippreżentax dan iċ-ċertifikat.
Tista' l-Ministru tara li l-akwadott li hemm fit-triq li mix-Xemxija tieħu lejn Għajn Tuffieħa jiġi restawrat? B'mod partikolari tista' l-Ministru tara li l-parti ta' l-istess akwadott waqgħet is-sena li għaddiet, tiġi rranġata qabel jinsteraq il-ġebel tiegħu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhu ż-żejt maħruġ li jidher fuq waħda mit-tappieri fil-ġenb tat-triq in-naħa t'isfel ta' Tarġa Gap, bejn il-Mosta u Għajn Rihana (Burmarrad) billi jidher li xi ħadd ma kellux fejn jarmi dan iż-żejt? Saret xi ħsara oħra barra dik li tidher fl-istess triq?
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kif se jitħaddem il-programm PROUD? Hemm xi kundizzjonijiet speċifiċi li jridu jiġu osservati minn dawk li japplikaw?
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-elezzjonijiet għall-kunsilli lokali jinbidel t-terminu tagħhom u minflok kull 3 snin jibdew isiru kull 4 snin, u minflok terz tal-poplu jibda jivvota l-poplu kollu għall-kunsill tiegħu?
Jista' l-Ministru jgħid min hu/huma (sezzjoni) responsabbli li jara li tiġi mħarsa l-liġi u r-regolamenti fuq il-baħar? Kemm għandha opri tal-baħar din is-sezzjoni biex tagħmel dan? Jista' jgħid jekk din is-sezzjoni hijiex l-istess waħda li trid tgħin lill-klandestini jimbarkaw f'Malta meta dawn jidħlu fl-ibħra territorjali tagħna?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi t-Taqsima ta' l-ALE fi ħdan il-Korp tal-Pulizija hija responsabbli li tagħmel rondi max-xtut u fil-bajjiet biex tara li tiġi mħarsa l-liġi u r-regolamenti fuq il-baħar. Fil-preżent, din it-Taqsima għandha għad-dispożizzjoni tagħha ħames dgħajjes. Il-Forzi Armati ta' Malta huma responsabbli mir-rondi li jsiru 'l barra minn xtutna.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tiġi tiswa lill-Gvern elezzjoni ġenerali? Kemm tiġi tiswa elezzjoni tal-kunsilli lokali u elezzjoni ta' l-MEP's? Jista' jgħid kemm jiffranka l-Gvern meta dawn l-elezzjonijiet jsiru fl-istess ġurnata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-ispiża ta’ Elezzjoni Ġenerali waħedha tiġi tiswa’ madwar €3,800,000 filwaqt li meta jsiru l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali waħedhom, l-ispiża tkun ta’ madwar €904,000.
F’Mejju ta’ l-2004, meta saru l-elezzjonijiet tal-Membri Parlamentari Ewropej flimkien ma’ tal-Kunsill Lokali, ġew jiswew €2,300,000. Meta l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali isiru flimkien ma’ elezzjoni nazzjonali l-Gvern jiffranka madwar €548,000.
Jista' l-Ministru jgħid min huwa responsabbli mill-approvazzjoni ta' l-istampi fuq il-BillBoards? Jeżistu ċensura u regolamenti dwar x'tip ta' ritratti u stampi għandhom jitwaħħlu fuq il-billboards? X'għandu jagħmel ċittadin jekk xi stampa fuq xi billboard jħossha baxxa u li toffendi s-sentimenti tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.