Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pażjenti — Viżti fid-djar u trasport

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 1649, jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-147 terapisti li għamlu visti fid-djar matul Mejju 2008? Jista' jagħti breakdown ukoll tat-terapisti li kienu se jżuru l-142 pażjent li kienu jeħtieġu trasport matul l-istess xahar?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Mediċini

Question

B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 1651, jistgħu jiġu elenkati dawn il-prodotti, sew li ġew irtirati mis-suq u kif ukoll dawk li l-Gvern qed jixtri minn sorsi oħra?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex jirreferi għal-Website ta' l-Awtorità dwar il-Medicini fuq: http://www.medicinesauthority.gov.mt/pub/ma%20withdrawn.pdf. għal-lista ta' prodotti li ġew irtirati mis-suq mid-detentur ta' l-awtorizzazzjoni gћat-tqegћid fis-suq. Informat li l-prodott Estracombi TTS® transdermal patches , li wkoll kien ġie rtirat mis-suq lokali, inxtara mill-Gvern minn sors ieħor.

Pilloli Lexcol

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex matul dawn l-aħħar ġranet ma kienx hemm pilloli Lexcol fl-ispiżerija tal-Health Centre tal Ħal Qormi u dawn li huma ntitolati għalihom ġew mitluba jmorru f'health centres oħra? Jista' jara li dawn il-pilloli jerġgħu jkunu in stock fil-health centre ta' Ħal-Qormi mill-aktar fis?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Procurement irċieva konsenja ta’ 4 xhur ta’ dawn il-pilloli fl-aħħar ta’ Mejju. Din il-konsenja tqassmet kollha lill-ispiżeriji u sptarjijiet tal-Gvern. Konsenja oħra mingħand l-aġenti lokali mistennija din il-ġimgħa. Informat ukoll li d-Dipartiment qiegħed jieħu l-miżuri biex stokk minn spiżeriji oħra tal-Gvern jintbagħat fl-ispiżerija ta’ Ħal-Qormi.

San Ġwann — Speed cameras

Question

Jista' l-Ministru jitlob lill-awtoritjiet konċernati biex jikkonsidraw li jiġu stallati speed cameras fi Triq in-Naxxar, San Ġwann fil-parti residenzjali u kummerċjali (bejn wieħed u ieħor bejn il-Kazin tal-Partit Nazzjonalista u l-Knisja Parrokjali) biex b'mod partikolari jiġi kkontrollat is-sewqan eċċessiv f'din it-triq, specjalment matul il-lejl?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Single Mother

Question

Peress li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament hija single mother ta' tarbija ta' ftit xhur u li minkejja li ilha diversi xhur li applikat għall-benefiċċji soċjali qed tiġi ta' kull darba nfurmata li t-talba tagħha kienet għadha qed tiġi pproċessata, u peress li din il-perusna m'għandiex mezzi u għandha diffikultajiet kbar saħansitra biex tixtri l-bżonnijiet bażiċi għat-tarbija tagħha, jista' l-Ministru jara li dan il-każ jingħata attenzjoni mmedjata?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.

Ħal Qormi — Widien

Question

Jista' Ministru jghid jekk sarx it-tindif tal-widien f'Ħal Qormi, jigifieri: Wied is-Sewda, Wied il-Kbir u Wied iċ-Ċawsli qabel jibda l-istaġun tax-xita? Jekk sar, x'tip ta' xoghol ta' tindif sar? Jekk ma sarx, meta huwa ppjanat li jsir u x'tip ta' xoghol ta' tindif se jsir?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru li t-tindif fil-widien imsemmija jsir minn hawn u ftit gimgħat oħra. Dan ikun jikkonsisti fi tneħħija ta’ skart illegali u materjal ieħor li nġabar matul is-sena u li jista’ jkun ta’ ostaklu għal ilma tax-xita.

Camping sites — Regolamenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma r-regolamenti li jirregolaw il-camping sites? Jista' jidentifika dawk l-areas fejn jistgħu jiġu pparkjati l-caravans? X'inhuma r-regolamenti li jirregolaw dawn l-areas u l-caravans?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #2058 Sitting 33 2008-07-15 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Qorti ta' Għawdex — Book binder

Question

Peress li l-book binder tal-Qorti ta' Għawdex dalwaqt jirtira mix-xogħol minħabba l-eta' u diga' qiegħed fil-pre- retirement leave, tista' Ministru tara li appena jispiċċa mix-xogħol jigi ngaġġat xi ħadd ieħor minnufih u dan biex tigi evitata sitwazzjoni ta' staġnar bħalma normalment jigri meta jkun hemm nuqqas ta' staff fil-Qorti ta' Għawdex, u dan a detriment u b'inkonvenjent kemm għall-avukati prattikanti, għall-istess ħaddiema u iktar u iktar għall-pubbliku?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tinghata f'seduta ohra.
Leg 11 PQ #2067 Sitting 33 2008-07-15 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Żewwieq Waterfornt — Kompetizzjoni għal disinn

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta tniedet il-kompetizzjoni għal disinn għaż-Żewwieq Waterfront? Min rebaħha din il-kompetizzjoni? Kemm swiet flus? Fiex jikkonsisti l-proġett skond id-disinn rebbieħ? X'sar s'issa fuq dan il-proġett? Kemm intnefqu u tħallsu flus b'kollox s'issa fuqu? Kemm hemm flus kommessi u għandhom ma tħallsux? Għaliex huma kommessi dawn il-flus? Tista’ l-onor Ministru tgħid meta tnediet il-kompetizzjoni għal disinn għaż- Żewwieq Waterfront ? Min rebaħha din il-kompetizzjoni? Kemm swiet flus? F’hiex jikkonsisti l-proġett skond id-disinn rebbieħ? X’sar s’issa fuq dan il-proġett? Kemm intefqu u tħallsu flus b’kollox s’issa fuqu? Kemm hemm flus kommessi u għadhom ma tħallsux? Għal xhiex huma kommessi dawn il-flus?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghar-risposti tal-mistoqsijiet Numri 27518 u 29310 tal-X Legislatura. Barra minn dan ninsab infurmata li l-kompetizzjoni msemmija fil-mistoqsija swiet €2582 u li sa issa b'kollox ntefqu u thallsu €11,935 (ikluz spejjes tal-kompetizzjoni). Jiena nfurmata wkoll li hemm ammont ta' €25,960 kommessi ghal Feasability Study li qieghed fi stadju avvanzat.
Leg 11 PQ #2068 Sitting 33 2008-07-15 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Proġett Villa Rundle

Question

Tista' l-Ministru tgħid minn min sar ix-xogħol ta' ippjanar fuq il-proġett ta' Villa Rundle? Kemm sewa dan ix-xogħol? Fiex jikkonsisti l-proġett skond dan il-pjan? X'sar s'issa fuq dan il-proġett? Kemm intnefqu u tħallsu flus b'kollox s'issa fuqu? Kemm hemm flus kommessi u għadhom ma tħallsux? Għaliex huma kommessi dawn il-flus?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li x-xoghol ta' ippjanar ta' Villa Rundle sar mill-Periti u Enginiera tal-Ministeru ghal-Ghawdex u tal-Ministeru ghar-Rizorsi u Infrastruttura u d-ditta Test and Measurment Instrumentation bi spiza ta' €1,374. Il-progett jikkonsisti minn upgrading tal-Gonna Villa Rundle kif spjegat fir-risposta ghal-mistoqsija Nru. 25883 tal-X Legistatura. Ninsab infurmata wkoll li sa issa sar Feasability Study, u saru l-applikazzjonijiet mehtiega mal-MEPA, u gew ippreparati tlett dokumenti biex johorgu offerti ghall-Project Management, ghal xoghol ta' Infrastruttura li jinkludi xoghol ta' ingenerija mekkanika u ohra ghall-Istallazzjoni tas-Sistema Eletrika. Jiena nfurmata wkoll li sa issa ntefqu €15,493 u li ma hemmx flus kommessi.

Skola sekondraja ġdida f'Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta inbeda x-xogħol fuq il-bini ta' skola sekondarja ġdida għas-subien f'Għawdex? Tista' tgħid min huma l-kuntratturi fuq dan il-proġett? Kemm se tkun in-nefqa kollha fuqu? Kif se tkun maqsuma fuq id-diversi aspetti tal-proġett? Kif se tkun maqsuma fuq kull kuntrattur? Kemm tħallas s'issa kull kuntrattur? Kemm hemm flus kommessi għal xogħol/servizzi/apparat li għadhom ma tħallsux? Fiex jikkonsistu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li x-xogħol tal-kostruzzjoni fuq l-iskola sekondarja l-ġdida għas-subien f’Għawdex beda fl-24 ta’ Settembru 2007. Sal-lum dan kien l-uniku appalt li ngħata fuq din l-iskola. Il-kuntrattur li qiegħed jagħmel ix-xogħol huwa RCF Joint Venture u l-valur kumplessiv ta’ din l-appalt huwa ta’ Lm2,197,042 li minnhom tħallsu Lm285,000.

Skola ġdida f'Għawdex — Parkeġġ taħt l-art

Question

Tista' l-Ministru tikkonferma li l-proġett ta' bini ta' l-iskola sekondarja ġdida tas-subien f'Għawdex jinkludi parkeġġ taħt l-art? Jekk fl-affermattiv, kemm se tkun i n-nefqa fuq dan il-parkeġġ? Kemm se jkun jesa' karozzi? Għall-użu ta' min se jkun dan il-parkeġġ? L-użu tiegħu se jkun bi ħlas? Jekk fl-affermattiv, x'se jkunu r-rati ta' ħlas? Sar studju ta' vijabilita' finanzjarja dwar dan il-parkeġġ? Jekk sar, min għamlu? Kif ingħata l-kuntratt?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li taħt il-bini ta’ l-iskola sekondarja ġdida tas-subien f’Għawdex qed jinbena parkeġġ. Il-parkeġġ se jkun jesa 125 skond il-permess tal-MEPA. L-istima ta’ l-iskola hija ta’ €7 miljuni meta titlesta, l-istima tal-parkeġġ hija ta’ €1.7 miljun meta jitlesta. L-użu ta’ dan il-parkeġġ se jkun għall-użu tal-blokk kollu li qed jiġi mibni. Il-proġett kien fdat f’idejn l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’Għada u saru l-istudji neċċessarji kollha. Ma ingħata l-ebda kuntratt fir-rigward ta’ dan l-att.
Leg 11 PQ #2071 Sitting 33 2008-07-15 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sistema ta' solar panels

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa totali sal-lum fuq is-sistema ta' solar panels għall-produzzjoni ta' l-elettriku li qed jintuża miċ-ċentru amministrattiv tal-Ministeru għal Għawdex? Fiex tikkonsisti n-nefqa? Meta bdiet titħaddem din is-sistema? Kemm kien il-konsum ta' elettriku mixtri mill-Enemalta li ġie ffrankat? Sar studju ta' vijabilita' finanzjarja dwar dan il-proġett? Jekk sar, min għamlu? Kif ingħata l-kuntratt?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li n-nefqa fuq il-photovoltaic panels (PV's) fic-Centru Amministrattiv tal-Ministeru ghal Ghawdex tammonta ghal €60,198 li tkopri il-provvista u stallazzjoni ta' sistema ta' pannelli solari tal-kobor ta' 10KW u apparat ta' monitoragg tal-pannelli. Ninsab infurmata wkoll li din is-sistema bdiet tithaddem f'Dicembru 2006 u li sal-lum ggenerat 27,553 KWh - li huma ekwivalenti ghal tnaqqis ta' madwar 24,000 kg ta' Carbon Dioxide mill-arja. L-aspett finanzjarju ma kienx l-uniku kinsiderazzjoni f'dan l-investiment, izda pjuttost l-kbar skop ta' din l-inizjattiva kien li l-Gvern imexxi bl-ezempju. Jiena nfurmata li din l-inizjattiva kienet wahda kongunta bejn il-Ministeri kollha tal-Gvern u intuza process ta' tendering ghas-Servizz Pubbliku kollu.
Leg 11 PQ #2072 Sitting 33 2008-07-15 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Immodernizzar u l-bini ta' faċilitajiet ġodda

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa totali sena b'sena mill-1999 'l hawn fuq l-immodernizzar u l-bini ta' faċilitajiet ġodda : i) f'kull waħda mill-iskejjel primarji ta' Għajnsielem, Nadur,Victoria, Xewkija u Żebbuġ ii) fl-iskola sekondarja tal-bniet Aguis de Soldanis iii)fiċ-ċentru għal Studji Ogħla Sir Mikelanġ Refalo

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress li l-informazzjoni ghadha qed tingabar, risposta tinghata f'xi seduta ohra.

Finanzi, Ekonomija u Investiment — Membri/Bord tad-Diretturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-elezzjoni ġenerali 2008 'l hawn min huma l-membri/diretturi tal-bord/entitajiet kollha li nħatru taħt il-ministeru tiegħu? Kif saret l-għażla? Min minnhom huwa jew kien xi darba kandidat għal xi elezzjoni ġenerali? Min minnhom huwa jew kien xi darba kandidat għal elezzjoni ta' xi kunsill lokali? Min minnhom kien u fil-preżent huwa Membru Parlamentari u min minnhom huwa kunsillier?

Response (FENECH, TONIO)

Il-Bordijiet li ġew maħtura mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment ġew ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern. L-għażla saret mill-Kabinett wara li saru rakkommandazzjonijiet mill-Ministeru. Fil-każ tal-Malta Enterprise, is-Sinjura Helga Ellul ġiet nominata mill-Federazzjoni għal Industrija waqt li s-Sur Tancred Tabone mill-Kamra tal-Kummerċ. Ħadd minn dawk appuntati sa l-4 ta’ Lulju, 2008 ma kien kanditat għal Elezzjoni Ġenerali jew għall-Kunsilli Lokali jew preżentant membru fuq Kunsill Lokali. Membri Parlamentari ma jistgħux ikunu membri fuq Bordijiet.

Differenza fil-prezz tal-Fuel

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi differenza fil-prezz tal-fuel mibjugħ Malta u dak mibjugħ f'Għawdex, u jekk fl-affermattiv, kemm hi din id-differenza u għall-liema raġuni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-prezz tal-fjuwil mill-pompi għall-konsumatur kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex hu l-istess.

San Pawl il-Baħar — Mina

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-ADT għandhiex il-ħsieb li twettaq xi proġett ta' mina fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar/Xemxija, f'liema mina tkun tista' ssir triq? Jekk iva, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fejn hu mistenni li ssir u x'konsultazzjoni saret jew għad trid issir dwar dan?

Response (GATT, AUSTIN)

Peress illi l-ħsieb hu etern nitlob l-Onor. Interpellant jillimita ż-żmien li qed jaħseb dwarhu !

Sigurta' Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema/persuni in ġenerali li jħallsu kontribuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali bħalissa? Kemm minnhom huma self-employed?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi hemm total ta’ 160,923 ħaddiema li ħallsu Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali matul l-2007, u li minnhom 20,406 ħallsu kontribuzzjonijiet ta’ Klassi 2.