Jista' l-Ministru jgħid kemm hu permess li jkun l-użin tal-ħobż Malti skond l-aħħar ftehim milħuq bejn il-Gvern u l-furnara u x'passi qed jittieħdu biex ikun assigurat li qed jinżamm dan il-piż?
Jista' l-Ministru jgħid meta saru l-aħħar studji/riċerki f'Malta u Għawdex dwar l-obesita' fost il-popolazzjoni? Jekk fl-affermattiv, x'kien ir-riżultat ta' tali studju/riċerki li saru fuq irġiel, tfal u nisa? Kif tali riżultat hu pparagunat ma' riżultati ta' studju/riċerki li saru l-aħħar minn pajjiżi barranin jew mill-Unjoni Ewropea jew mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa? X'inhu l-impenn tal-gvern biex l-irġiel, in-nisa u t-tfal ikunu edukati ħalli jieklu bil-qies u ikel tajjeb għalihom u għalhekk ma jkunx hemm ħxuna żejda?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru għid jekk il-liġi kontra t-tipjip tipprojbixxix dan milli jsir fil-pubbliku, fuq il-postijiet tax-xogħol u f'negozji? Jekk fl-affermattiv, kif qed tiġi nfurzata l-liġi u x'kienu r-riżultati? Hemm il-ħsieb li jiżdieidu l-ambjenti mingħajr duħħan u l-pieni biex fost oħrajn ikunu protetti dawk li ma jpejpux fosthom it-tfal?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-Regolamenti ta' l-2004 dwar it-Tipjip f'Postijiet Miftuħin għall-Pubbliku li ġew fis-seħħ f'Settembru ta' l-2004, jipprojbixxu li jsir tipjip f'xi fond magħluq kemm privat kif ukoll pubbliku li jkun miftuħ għall-pubbliku. Tipjip f'dawn il-postijiet jista' jsir biss fi kmamar msemmija fejn jista' jsir tipjip u dawn l-istess kmamar għandhom jkunu skond kriterji maħruġa mill-Awtorita' ta' Malta dwar l-Istandards kif ukoll approvati mis-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika.
L-istess Regolamenti jgħidu li ebda persuna m'għandha tpejjep f'xi żona fejn isir ix-xogħol, ħlief anke f'dan il-każ, tipjip jista' jsir biss fi kmamar msemmija fejn jista' jsir tipjip. Sa’ llum l-uniċi
standards
uffiċċjali li ħarġu huma dawk li jirregolaw, kmamar għat-tipjip ġo stabilimenti ta’ l-ikel.
Dawn ir-regolamenti qed jiġu nfurzati kemm mill-Ispettorat tas-Saħħa Ambjentali fi ħdan il-Ministeru tal-Politika Soċjali kif ukoll mill-Pulizija. L-ispezzjonijiet mill-ispettorat tas-Saħħa Ambjentali jsiru kemm waqt il-ħin normali tax-xogħol kif ukoll f'ħinijiet wara l-ħin normali u dan anke wara xi lmenti li l-istess Dipartiment jirċievi li ċerti sidien ta' stabbilimenti jkunu qed jippermettu li jsir tipjip fl-istabbilimenti tagħhom. Meta waqt l-istess spezzjonijiet jinstab ksur ta' dawn ir-Regolamenti jittieħdu passi legali kontra l-persuna responsabbli ta' l-istabbiliment. Il-figuri t'hawn taħt juru n-numru ta' nies li ġew imħarka mill-2005 sa' llum.
Sena
Numru ta’ Ċitazzjonijiet
2005
21
2006
37
2007
7
Sa’ Ġunju 2008
8
Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Att dwar il-Kontroll tat-Tabakk jipprojbixxi li ebda persuna ma tista' tbiegħ jew tawtorizza li jsir bejgħ ta' prodotti tat-tabakk fi skejjel, kulleġġi jew ġo istituzzjonijiet edukattivi. Kif ukoll huwa projbit li jiġi offrut għall-bejgħ ħelu li jkollu xebħ ma’ prodotti ta’ tabakk. Preżentament m’hemmx ħsieb illi jiżdiedu l-pieni maħruġa taħt dan il-Att.
Dwar in-numru ta’ ċitazzjonijiet maħruġa mill-Pulizija fuq dan ir-rigward, nissuġerixxi li l-Onorevoli Interpellant jirreferi lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed jittieħdu biex aktar nies jaqtgħu l-vizzju tat-tipjip u x'inhu r-riżultat ta' dawn il-miżuri?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li d-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard jieħu diversi mizuri biex jgħin in-nies jaqtgħu il-viżżju tat-tipjip fostħom;
1. Riċentement id -dipartiment temm kampanja imsejħa ‘Ieqaf Pejjep u Irbaħ’. Din kienet immirita għall dawk in-nies li jpejpu. Kien hemm 901 persuna li applikaw u nistennew li nevalwaw din il-kampanja biex naraw l-efett tagħha. Wara l-aħħar kampanja ‘Ieqf Pejjep u Irbaħ’ ta’ 2006 saret riċerka biex tiġi evalwata il-kampanja u irriżulta’ li 23.3 % ta’ dawk li ipprteċipaw kienu għadħom ma’ jpejpux sa Frar ta’ 2008.
2. B’kollaborazjoni ma l-Unjoni Ewropeja ħadna sehem fil- ‘European Smoke Free Award’ li għada kemm għalqet u ir-rebbieħa ser jitħabru aktar il-quddiem din is-sena.
3. Maż- żgħażagħ saru attivitajiet qrib iż-żgħażagħ li kienu jinkludu taħdidiet dwar it-tabakk u testijiet tal-‘carbon monoxide’;
4. Partiċipazzjoni attiva għall-Jum Dinji Kontra it-Tabakk permess ta’ reklamar fuq it-televiżjoni u iċ-ċinema immirat lejn iż- żgħażagh biex iħeġġiehom jieqfu mill viżżju u ma’ jibdewx ipejpu.
5. Programmi għal fuq il-postijiet tax-xogħol dwar il Vizzju Tat- Tipjip u biex iħeggu u jedukaw il-ħaddiema jieqfu mill-vizzju.
6. Il-kampanja tal-Kummissjoni Ewropea
HELP
- Għal Ħajja Bla Tabakk, għada ghaddej matul din is-sena wkoll kemm mal-kbar u kif ukoll iz-zghazagh. It-tlett prioritajiet ta’ din il-kampanja huma il-prevenzjoni tat-tipjip, li tieqaf tpejjep u il-perikli tat-tipjip passiv.
7. Regolarment jsiru klassijiet tas-‘Smoking Cessation’ fic-Centri tas-Sahha u
counselling
fuq livelli personali meta jkun meħtieġ. Fit-2006/2007 ipparteċipaw għall-klassijiet 555 persuna u minnhom waqfu il-vizzju 127.
8. Jingħata wkoll sevizz permes ta’ telephone
’Quitline 23266116’
għall dawk in-nies li jixtiequ jieqfu jew għandħom bżonn għajnuna jew aktar informazzjoni.
9. Artikli u intervisti fuq stazzjonijiet tar-radju u l-istampa biex jedukaw il-poplu fuq il-ħsara li jġib miegħu t-tabakk, ma jonqsux;
10. Ktejjeb ta’ Informazzjoni utili dwar it-tabakk ser jiġi ppublikat din is-sena biex in-nies jkunu jistaw jinformaw ruħom aktar dwar x’ passi għandħom jittieħdu biex jaqtgħu il- vizzju tat-tipjip.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijijiet parlamentari 1560,1324, 1138, 833 u 607 u jgħid kemm hu l-ammont ta' arretrati : a) taxxi tad-dħul u b) VAT li l-Gvern għandu jdaħħal sal-lum mingħand persuni privati u soċjetajiet kummerċjali?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1585 u1447 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hu l-livell ta' nitrati fl-ilma tax-xorb li jasal fid-djar skond is-sors, jiġifieri jekk jasalx unikament mill-aquifers jew jekk jitħallatx mill-ilma tar-reverse osmosis plants, skond ir-reġjun ta' distribuzzjoni ta' ilma?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Riġward l-aħħar parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 1748.
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra t-timetable uffiċjali ta' l-eżamijiet tat-tfal li jattendu year 4 u 5 fl-iskejjel tal-gvern? Tista' tiddikjara jekk taqbilx illi l-eżamijiet isiru fuq timetable ta' main subject kuljum fl-aħħar ġimgħa skolastika u mhux tnejn kuljum? Dan peress li t-tfal ikunu lestew is-sillabu u fuq l-ewwel jumejn ma jkollhomx lezzjonijiet ġodda, tant li l-għalliema u t-tfal joqgħodu jiżbarazzaw il-klassi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-iskop li l-eżamijiet isiru fuq tlett ijiem u mhux fuq ħamsa huwa ntiż biex it-tfal ikollhom jumejn addizzjonali ta’ tagħlim.
Kopja tat-timetable uffiċjali ta’ l-eżamijiet qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn Adult Training Centres f'Malta u Għawdex? Fejn qegħdin u kemm hu l-average attendance f'kull ċentru kuljum?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub dwar iċ-Ċentri f’Malta hu kif jidher fit-Tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Għal dak li jirrigwarda l-informazzjoni dwar Għawdex, nitlob l-Onor. Interpellanti biex tagħmel il-Mistoqsija tagħha lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1804 u 1482 li oriġinarjament saret lill-Ministru Għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid liema awtorita' hi responsabbli li tara li l-kwalita' ta' l-ilma mtella' mill-ispieri privati għall-konsum tal-bniedem hi tajba għas-saħħa ta' l-istess bniedem? X'inhi l-proċedura li tintuża biex titkejjel il-kwalita' ta' l-ilma tax-xorb ta' l-ispieri privati? Kemm-il darba fis-sena din l-entita' tkejjel il-kwalita' ta' l-ilma tax-xorb li ġej minn spieri privati?
Jista' in oltre jgħid liema awtorita' hi responsabbli li tara li l-kwalita' ta' l-ilma mtella' mill-bjar fid-djar privati għall-konsum tal-bniedem hi tajba għas-saħħa ta' l-istess bniedem? X'inhi l-proċedura li tintuża biex titkejjel il-kwalita' ta' l-ilma tax-xorb tal-bjar tad-djar privati? Kemm-il darba fis-sena din l-entita' tkejjel il-kwalita' ta' l-ilma tax-xorb li ġej mill-bjar tad-djar privati?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onorevoli Membri sabiex jirreferi għat-tweġiba tal- Mistoqsija Parlamentari numru 1804.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1747 u 1458 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura,Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament sabiex jiġi mogħti lilha aċċess effettiv għal garage mibni lilha mid-Dipartiment ta' l-Artijiet?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li tressqu l-qorti matul is-sena 2007 sal-lum fuq użura?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra il-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti 9 persuni fuq akkużi relatati ma' usura, filwaqt li matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena tressqu 2.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti matul is-sena 2007 sal-lum fuq prostituzzjoni?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra, kien hemm 58 persuna li tressqu l-Qorti fuq akkużi ta’ tlajjar għal skop ta’ prostituzzjoni, filwaqt li matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena kien hemm 27 persuna.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li jiftaħ xi open centre ieħor għall-immigranti rregolari u jekk fl-affermattiv jgħid fejn tinsab din il-lokalita'?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Il-Gvern qiegħed f'diskussjonijiet biex post f' Sta Venera jiġi kkonvertit f'ċentru miftuħ bil-għan li jkun jista' jilqa' fih familji u persuni vulnerabbli.
Peress li r-residenti tax-Xewkija qed ibatu minn inkonvenjenti kbar ta' rwejjaħ jintnu u dħaħen, speċjalment issa fis-sajf, kull meta jitqabbad l-inċinetur tal-biċċerija f'Għawdex u peress li dan l-aħħar l-inkonvenjent żdied li allura jindika li qed issir xi ħaġa differenti minn qabel, tista' l-Ministru tindirizza din il-problema minnufih?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-incineratur tal-biccerija qieghed jahdem b'mod regolari u xejn differenti minn tas-soltu u li dan jigi spezzjonat minn enginier sabiex jizgura li l-apparat ikun qieghed jahdem kif suppost u ghalhekk ikun hemm mill-inqas inkonvenjent.
Jista' l-Ministru jgħid matul l-aħħar 4 xhur xi studji saru dwar it-twaqqif ta' impjanti ta':
i)
photovoltaic
fuq il-bjut tal-bini tal-gvern
ii) on-shore wind energy plants
iii) shallow water off shore wind energy plants
iv)deep sea off shore wind energy plants?
X'jirriżulta' minnhom, kategorija b' kategorija?