Jista' l-Ministru jgħid kemm saru stupri f'pajjiżna fis-snin 2005, 2006 u 2007? X'sentenzi rċevew dawk il-persuni li kkommettew dan ir-reat serju?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab informat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill_Onor. Interpellant jirrikjedi ammont kbir ta' ħin biex ikun kumpilat u gaħlhekk ma kienx possibbli li din i-informazzjoni tingħata f'din is-seduta.
B'referenza għar-rapport ta' investigazzjoni dwar l-inċident serju (AIRPROX) li seħħ fil-21 ta' April 2007, u li tpoġġa fuq il-mejda ta' din il-Kamra ftit ġranet ilu, jista' l-Ministru jgħid jekk ir-rakkmandazzjoni RO1/07/03 ġietx attwata? Jekk le, x'passi ħa s'issa l-Ministru jew l-Ministeru biex din tiġi attwata?
Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra jekk id-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili, li għandu l-obbligu ta' Regolatur fl-Avjazzjoni Ċivili, ħax xi passi biex jassigura li l-iStandard Operating Procedures u l-Works Practices tal-Malta Air Traffic Services jiġu aġġornati biex inċidenti simili titnaqqsilhom il-possibilita' li jerġgħu jiġru? Jekk iva, x'kienu l-passi li ttieħdu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi d-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili kiteb lill-Malta Air Traffic Services Ltd., fejn irrefera għar-rakkomandazzjonijiet tar-rapport u talab għar-reazzjonijiet fuqhom.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' applikazzjonijiet għall-bini ta' serer li huma pendenti bħalissa quddiem bordijiet differenti tal-MEPA? Kemm kien hemm applikazzjonijiet bħal dawn li ġew approvati matul l-2006, 2007 u 2008 sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond is-sistema ta’ l-informatika ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-Awtorità approvat sebgha u tletin (37) applikazzjonijiet ghall-bini u/jew alterazzjonijiet ta’ serer matul l-2006, 2007 u 2008.
Rigward in-numru ta’ applikazzjonijiet għall-bini ta’ serer li huma pendenti bħalissa quddiem il-bord DCC A (il-bord li tieħu d-deċiżjonijiet għall-dan it tip ta’ żvilupp) huma tnejn (2) u ħamsa (5) quddiem il-Bord ta l-Appell.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta ġew Malta l-aħħar esperti barranin f'oqsma diversi ta' l-agrikoltura, ortikoltura u l-avikultura biex jikkondinaw aġġornament xjentifiku lil dawk li jieħdu sehem f'dawn l-attivitajiet lokalment?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-aħħar esperti fil-qasam ta’ l-agrikoltura ġew bejn Frar u Lulju 2006. Dawk fil-qasam ta’ l-Ortikoltura ġew fis-sajf ta’ l-2004 filwaqt li fil-qasam ta’ l-Avikoltura l-aħħar espert kien hawn f’Marzu 2008.
Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' l-istimi li saru biex ikunu jistgħu jsiru xogħolijiet fid-19-il triq li hemm ippjanti f'Santa Marija Estate? Kemm huma l-istimi tal-varjazzjonijiet u meta hu mistenni li jiġi finaliazzat ix-xogħol ikkonċernat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ADT ħarget sitt period contracts f’Santa Maria Estate li jinkludu xogħlijiet fi tnax-il triq differenti. Il-varjanzi saru primarjament fix-xogħlijiet ta’ dranaġġ kif muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Din it-tabella tagħti ukoll breakdown ta’ l-ammonti minfuqa f’kull triq. Ix-xogħol mistenni jitlesta għall-aħħar tas-sena.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hummx il-ħsieb li fir-Rabat, jew l-inħawi tiegħu, jinbena ċimiterju ġdid jew jiġi mkabbar xi wieħed eżistenti?
Response (DALLI, JOHN)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għalkemm fil-preżent m’hemm xejn ippjanat rigward it-tkabbir jew bini ta’ xi ċimiterju ġdid fir-Rabat, mhux eskluża l-possibilita’ li fil-futur tittieħed f’konsiderazzjoni li xi ċimiterji fl-inħawi msemmija, jiġu riabilitati.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' omm armla ta' eta' żgħażugħa, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li għandha tlett itfal u ilha li applikat għal akkomodazzjoni soċjali xi sentejn ilu? Jista' jgħid kemm għandha punti f'din l-iskema u wara kemm-il persuna trid tistenna?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna konċernata li tmur it-taqsima tal-Customer Care ta’ l-Awtorita’ tad-Djar biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna possibbli.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1377 u 1098 u jgħid kemm huwa l-ammont totali ta' kontribuzzjonijiet li Malta sal-lum tat lill-Unjoni Ewropea? Kemm minn din il-kontribuzzjoni hija mill-customs u kemm mill-VAT?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1376 u 1096 u jgħid kemm huma l-multi li s'issa kellha tħallas Malta lill-Unjoni Ewropea? U kemm l-warning għandha u kemm-il każ hemm pendenti quddiem il-Qorti Ewropea? Jista' jagħti d-dettalji tal-każijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1096.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1488 u 1194 u jgħid kemm kien id-dħul totali fl-Enemalta kull sena mis-sena 2000 sa l-2007? Kemm kienet l-ispiża totali (pagi, kapitali, manutenzjoni, tiswija etc) ta' l-Enemalta fl-istess żmien?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1489 u 1195 u jgħid kemm kien l-ammont totali ta' fuel u gas li mporta l-Gvern mis-sena 2000 sa l-2007 sena b'sena? Kemm daħħal mill-bejgħ tiegħu sena b'sena? Kemm minn dan il-bejgħ kien jinvolvi taxxa, kemm surcharge u kemm VAT sena b'sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Gvern ma jimportax fuel u gas.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1491 u 1196 u jgħid kemm hemm households f'Malta u Għawdex? Kemm hemm households f'Malta u Għawdex li ma jħallsux surcharge? Kemm kien l-ammont totali ta' surcharge li daħħal il-Gvern 2007?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Onor Interpellant hu mitlub jirreferi l-ewwel żewġ mistoqsijiet lill-Ministri konċernati.
L-ammont totali ta' Surcharge li daħħlet l-Enemalta fl-2007, huwa ta' €60,930,040.
Jista' l-Prim Ministru jgħid eżatt kemm hu n-numru ta' xjentisti u mpjegati oħra fil-MEPA nkarigati mill-monitoraġġ tal-kwalita' ta' l-arja f'pajjiżna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fit-taqsima ta’ l-Arja tal-MEPA hemm żewġ persuni nkarigati direttament mill-monitoraġġ ta' l-arja. Dawn jikkonsistu minn xjentist u technician.
Hemm ukoll żewġ impjegati oħra li jaħdmu fuq aspetti oħra ta’ l-implimentazzjoni tad-direttivi Ewropej f'dan il-qasam.
Jista' l-Ministru jgħid, għal matul is-snin 2004,2005,2006, u 2007, kemm priġunieri barranin ġew trasferiti lura lejn pajjiżhom sabiex jiskontaw l-piena tagħhom hemmhekk? Jista' jagħti dettalji u jista' l-Ministru jgħid ma' liema pajjiżi hemm trattat u agreementsimili?
Jista' jgħid kemm priġunieri għas-snin 2004,2005,2006 u 2007 ingħataw l-hekk imsejjaħ study leave? Jista' jispjega x'inhi l-kriterju biex jingħata l-istudy leave?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab informat illi jeżisti ftehim bilaterali mal-Libja u l-Eġittu li jipprovdi għal priġunieri sabiex jiġu trasferiti lejn pajjiżhom u b'hekk jiskontaw il-piena tagħhom hemmehkk.
Barra minn dan, informat ukoll li Malta hija waħda minn dawk il-pajjiżi li iffirmat u irratifikat il-European Convention on the Transfer of Sentenced Persons (ETS No 112), Strasbourg, 1983.
Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzoni bit-tweġiba għal żewġ partijiet ta' din il-mistoqsija, flimkien ma' kopja tal-parti rilevanti tar-Regolamenti tal-Ħabs, li jifformaw il-kriterji li fuqhom priġunier jingħata study leave, b'referenza partikolari għall-artikolu 61 (g).
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed tieħu l-Enemalta sabiex tikkontrolla l-varji tipi ta' emissjonijiet mill-power stations tal-Marsa u Delimara? Jista' jikkonferma jekk l-apparat għall-kontroll ta' l-emissjonijiet hux qiegħed jopera kif suppost kemm fl-impjant tal-Marsa u dak ta' Delimara? Meta kien l-aħħar darba li sar il-manteniment ta' dan l-apparat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jispjega fhiex waslet il-ħidma relatata mal-preparazzjoni tat-Tieni komunikazzjoni ta' Malta lil Konvenzjoni dwar it-Tibdil fil-Klima u għal meta suppost jitlesta u jkun preżentat dan ir-rapportaġġ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li hu maħsub li l-ewwel abbozz tat-Tieni Komunikazzjoni Nazjonali lil Konvenzjoni Dwar it-tibdil fil-Klima, UNFCC, ikun ippreżentat f’Jannar 2009.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern rigward ir-rapport tal-Grupp ta' Konsulenza Lahmeyer dwar l-enerġija alternattiva f'Malta, filwaqt li jagħmel dan ir-rapport pubbliku?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li għadu qed jiġi ffinalizzat l-aħħar abbozz tar-rapport Lahmeyer li analizza x’teknoloġiji jistgħu jintużaw għall-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku f’Malta.
Jista' l-Ministru jikkonferma rapporti li riċentement setgħu ġew ikkanċellati xi titjiriet chartered mir-Russja ma' l-Air Malta bil-konsegwenza li dawn setgħu effettwaw l-għadd kbir ta' studenti li qed jiġu pajjiżna?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Air Malta kienet ikkuntrattata biex tagħmel numru ta’ titjiriet charter mir-Russja.
L-Awtoritajiet Russi ma tawx permess lil Air Malta biex topera dawn it-titjiriet. Biex żgur ma’ jintilfux numru ta’ turisti lejn Malta, l-operatur li huwa Holiday Malta sussidjarja ta’ l-Air Malta, għamel ftehim ma’ kumpanija Russa biex topera dawn it-titjiriet.
Dwana ta' Malta — Attivita' Illegali fil-Portijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-impenn tad-dwana ta' Malta kontra kull attivita' illegali fil-portijiet (inkluż il-Port Ħieles) fil-yatch marinas u fl-ajruport? F'kull każ, x'kien ir-riżultat ta' dan l-impenn mill-2005 'l hawn?