Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu sewwieqa bil-cameras li kienu għaddejjin over speeding matul is-sena 2007? B'kemm-il kilometru fis-siegħa dawn is-sewwieqa kienu għadejjin iktar milli mitlub mil-liġi?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat peress li l-infiurzar hi responsabilta' tal-Kunsilli Lokali.
Jista' l-Prim MInistru jgħid kemm saru raids mill-armata matul is-sena 2007? Fejn saru u jekk f'dawn ir-raids sabux affarijiet irregolari u kontra l-liġi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jispeċifika iktar xi jrid ifisser bil-kelma RAIDS.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar skond l-ADT kemm hu n-numru ta' reserved parking spaces li huma approvati fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar,Bugibba, Xemxija u Burmarrad?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex fit-telgħa tax-Xemxija ssir xi forma ta' trinka biex l-ilma li qed jiġri fit-triq, b'danni għat-traffiku ma jibqax joħroġ fit-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li se ssir spezzjoni fuq il-post biex jiġi stabbilit x’inhi n-natura tal-problema u biex jiġu proposti soluzzjonijiet b’konnesjoni mal-każ imsemmi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ġurijiet pendenti quddiem il-Qorti Kriminali? Kemm ġew introdotti ġurijiet għas-snin 2005, 2006 u 2007? Kemm ġew konklużi ġurijiet għall-istess snin u minn liema mħallfin?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew determinati rikorsi kostituzzjonali mill-Qorti Kostituzzjonali għas-snin 2005, 2006 u 2007 u kemm minn dawn ġew deċiżi kontra l-Gvern Malti?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika dwar l-eżitu ta' dawn il-kawżi.
Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni meta beħsiebu jiskatta l-liġi li kkreat it-tribunal amministrattiv l-iskop ta' liema kien sabiex jiġu eliminat 'l fuq minn 130 tribunali u bord li jeżistu preżentament?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qegħdin nagħmlu dak kollu possibbli sabiex din il-miżura tidħol fis-seħħ mill-aktar fis possibbli.
Jista' l-Prim Ministru jelenka liema huma dawk il-kunsilli lokali li għandhom twinning agreement ma' kunsilli oħra u ma' fejn ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ listi li juru: (a) dawk il-Kunsilli li għandhom ġemellaġi u (b) dawk il-Kunsilli li għandhom l-approvazzjoni biex jagħmlu ġemellaġġ imma s’issa għadhom ma ffirmawx tali ġemellaġġ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew introdotti kawżi ċivili quddiem il-Qorti tal-Maġistrati (Malta) u l-Qrati Ċivili Superjuri għas-snin 2005, 2006, 2007 u 2008? Kemm minn dawn ġew assenjati lil diversi ġudikanti u kemm minn dawn ġew deċiżi ġudikant b'ġudikant?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li għandhom surplus illum u kemm? Kemm min-naħa l-oħra għandhom dejn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-pożizzjoni finanzjarja uffiċjali ta’ kull Kunsill Lokali hi indikata fl-Annual Audited Accounts. L-aħħar Audited Accounts ikopru sal-31 ta’ Marzu 2007 (peress li dawk li jkopru sal-31 ta’ Marzu 2008 għadhom m’humiex finalizzati).
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ listi: waħda li turi dawk il-Kunsilli li kellhom bilanċ pożittiv fil-working capital tagħhom (58 Kunsill) – Lista A; u l-oħra li turi dawk il-Kunsilli li kellhom żbilanċ fil-working capital tagħhom (10 Kunsilli) – Lista B.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hux veru li l-Budget tal-kunsill lokali taż-żgħażagħ ġie mnaqqas għal €50,000?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-budget għall-proġett tal- Kunsill Nazzjonali taż-żgħażagħ għal din is-sena se jkun €50,000.Il-budget tal-2009 għadu fi stadju ta’diskussjoni.
B'referenza għar-rapport ta' investigazzjoni dwar l-indiċent serju (AIRPROX) li seħħ fil-21 t'April 2007, u li tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra ftit ġranet ilu, jista' l-Ministru jgħid min awtorizza li l-Malta Air Traffic Services tirtira mill-ftiehem li kien sar fl-1 ta' Awissu, 2006 dwar Air Traffic Managements Investigation Board, ftit ġranet qabel ma seħħ dan l-inċident? Il-Ministru u/jew il-ministeru kienu jafu b'dan? Għaliex ħadd ma nforma lill-Bureau of Air Accident Investigation li kien jagħmel parti min dan il-Bord b'din id-deċiżjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi l-ftehim bejn il-Malta Air Traffic Services Ltd (MATS) u d-Dipartiment ta’ l-Avjazzjoni Ċivili kien wieħed li sar bi qbil bejn iż-żewġ naħat u għalhekk il-MATS setgħet tirtira minn dan il-ftehim mingħajr il-ħtieġa ta’ l-approvazzjoni tad-Dipartiment ta’ l-Avjazzjoni Ċivili.
La l-Ministru u lanqas il-Bureau of Air Accident Investigation ma kienu avżati bid-deċiżjoni tal-MATS għaliex din kienet ingħatat lid-Dipartiment verbalment waqt laqgħa li saret il-Ġimgha 20 ta’ April, propju lejliet l-inċident li seħħ is-Sibt 21 ta’ April.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hux minnu li l-EUPA tħallas kera lill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni talli tuża l-bini fi Triq Zekka l-Antika? Jekk fl-affermattiv, kemm tħallas il-EUPA lill-gvern? Tista' tgħid ukoll min iħallas il-kont tad-dawl u ilma?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-ammont ta’ kera li l-EUPA tħallas lill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport huwa ta’ €16,300 fis-sena. Il-kontijiet tad-dawl u l-ilma għall-istess fond jitħallsu mill-EUPA.