Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu nies b'dehydration kull sena fl-isptarijiet ġenerali ta' pajjiżna għal dawn l-aħħar erba' snin? Kemm minnhom kienu tarbi taħt is-sena? Kemm minnhom kienu anzjani 'l fuq minn 60 sena? Kemm minn dawn li daħlu l-isptar eventwalment mietu minħabba l-kundizzjoni tagħhom?
Response (DALLI, JOHN)
Fit-tabella hawn taħt qegħda tingħata l-informazzjoni dwar in-numru ta’ każijiet li ddaħħlu fl-iSptarijiet San Luqa/Mater Dei matul il-perjodu indikat fejn il-pazjent kellu ‘dehydration’ (ICD-10 codes: E86 and P74.1), kif ukoll in-numru ta’ pazjenti li eventwalment mietu.
Sena
Numru ta’
Pazjenti
Pazjenti
- 1 sena
Pazjenti
+ 60 sena
Numru ta’ Pazjenti li eventwalment mietu
2004
129
1
93
10
2005
148
3
115
23
2006
164
11
95
15
2007
153
5
89
14
Ta' min wieħed jinnota li kull pazjent li jiddaħħal l-isptar b'
dehydration
, f'bosta każi jkun kaġun ta' problemi jew mard ieħor. Normalment il-pazjent ma jmutx minħabba d-
dehydration
, imma minħabba dik il-marda li tikkawżha. Wieħed jista jinkudi bħal infezzjoni fis-sider, kanċer, diarrhoea u ħafna mard ieħor.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern huwiex sodisfatt bil-Horizontal Axis Wind Turbine li ġie stallat bi prova mill-Enemalta f'Ramlet il-Qortin, limiti ta' l-Armier? Kemm ipproduċiet kilowatt hours ta' enerġija bħala medja minn meta ġiet stallata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn vetturi EURO 2, 3, 4 ,5 u 6 f'pajjiżna separatament? X'persentaġġ jagħmlu mill-ammont totali ta' vetturi f'pajjiżna separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġabar il-Gvern minn sisa fuq petrol u diesel matul is-sena 2007 xahar b'xahar?
Response (FENECH, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella li turi d-dazju li tħallas mill-Enemalta matul is-sena 2007 fuq petrol u diesel, kull xahar kemm bl-Ewro u kemm bil-liri Maltin.
Kunsill Lokali għall-Isport — Faċilitajiet sportivi
Question
Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-faċilitajiet sportivi li huma taħt ir-responsabilita' tal-Kunsill Lokali għall-Isport?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-faċilitajiet sportivi li huma direttament taħt il-Kunsill Malti għall-iSport huma:
Kumpless Sportiv Cottonera
Kumpless Sportiv Marsa
Pixxina Nazzjonali Tal-Qroqq
Tal-Qroqq Fitness Centre
Faċilita` Sportiva tal-Kulleġġ San Benedittu wara l-ħin ta’ l-iskola u fil-weekend.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema barranin li kien hemm jaħdmu fit-Tarzna tul is-sena 2007, xahar b'xahar u skond in-nazzjonalita'?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista' l-Ministru tgħid jekk id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni huwiex imħasseb u inkwetat wara li għal sena oħra reġa' kien hemm riżultati negattivi fl-eżamijiet tal-Junior Lyceum fil-Kottonera? Tista' tgħid hemmx xi pjan biex dan il-livell fl-edukazzjoni tat-tfal tagħna jogħla?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Naċċerta lill-Onorevoli Interpellant li bħala Ministru responsabbli mill-Edukazzjoni inkun dejjem imħassba u nkwetata kull meta xi studenti jaqgħu lura u ma jiksbux ir-riżultati mixtieqa.
Dwar il-Kottonera, infurmata li qed jinħadem pjan strateġiku edukattiv għall-Kulleġġ Santa Margerita bil-ħsieb li jissaħħu il-prattiċi edukattivi biex ħadd ma jaqa’ lura.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa totali tal-gvern fuq Lejliet Lapsi Notte Gozitana li saret fl-2007? Min kienu l-kuntratturi li nagħtaw kuntratti ta' xogħol, servizz, makkinarju u apparat għal dik l-attivita'? Kif ingħata kull kuntratt?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoggi fuq l-mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tagħti breakdown tal-valur ta' l-investiment tal-gvern fl-2006 u fl-2007 fir-reklamar ta' Għawdex b'riżq it-turiżmu domestiku? Fuqiex sar l-investiment?
Tista' l-Ministru tgħid fiex jikkonsisti ċ-ċentru temporanju għall-viżitaturi fil-Ġgantija li tlesta fl-2007? Kemm kienet in-nefqa totali fuq dan il-proġett? Min kien/kienu l-kuntrattur/i li għamlu x-xogħol? Kemm tħallsu kull wieħed?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-ċentru temporanju tal-viżitaturi li ġie inawgurat fit-13 ta’ Settembru 2007 jikkonsisti f’ticket booth, museum shop u tisqifa għall-viżitaturi. Ix-xogħol kollu sar mill-impjegati ta’ Heritage Malta u ġie jiswa LM7000.
Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħol sar fuq ir-rijabilitazzjoni ta’ widien f’Għawdex permezz ta' l-Environmental Landscapes Consortium? Tista’ tgħid kemm qed iħaddem nies f’Għawdex dan il-consortium? Fuq liema bażi, (ie fuq bażi permanenti, temporanja, każwali, eċċ) ġew ingaġġati dawn il-ħaddiema?
Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jinbeda l-proġett ta' rijabilitazzjoni tal-Port l-antik ta' l-Imġarr? Tista' tgħid x'sar s'issa fuq dan il-proġett?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jispeċifika għall-liema proġett qiegħed jirreferi.
Tista' l-Ministru tgħid meta hu mistenni li l-Gvern iniedi l-programm imwiegħed biex iż-żewġ teatri ta' l-opra f'Għawdex ikunu jistgħu jintużaw għal konferenzi matul is-sena kollha? X'sar s'issa għat-tnedija ta' dan il-programm? Saru xi konsultazzjonijiet mas-soċjetajiet li jmexxu dawn it-teatri? Jekk saru, ma' min minnhom u meta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kienu saru tahdidiet mal-Ministru tat-Turizmu biex tigi esplorata din il-proposta kif ukoll saru laqghat maz-zewg socjetajiet lli jmexxu dawn it-teatri biex ikunu diskussi xi proposti li saru. Dawn il-proposti qed ikunu evalwati.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux policy biex l-ekonomija Maltija u l-familji jilqgħu għal għoli fil-prezz tal-petrol, diesel u fuels oħra? Għalkemm l-għoli fil-prezz taż-żejt ġej mis-swieq internazzjonali, ħafna pajjiżi qed jilqgħu għal dawn l-isfidi ġodda billi jikkonservaw u jaħlu anqas u jsibu sorsi ta' enerġija alternattiva. X'qed jagħmel il-gvern f'dan ir-rigward?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Rigward l-ewwel parti tad-Domanda nitlob lill-Onor Membru biex jagħmilha lill-ministru kkonċernat.
Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija ninfurmaħ li l-Gvern hu konxju mill-isfidi li qegħdin niffaċċjaw biż-żieda fil-prezz taż-żejt fis-swieq internazzjonali. Tant hu hekk li l-Gvern nieda diversi inizjattivi sabiex tiżdied l-konservazzjoni u l-effiċjenza ta’ l-enerġija waqt li jiżdied ukoll l-użu ta’ enerġija alternattiva. Dawn jinkludu:
(i) skemi finanzjarji sabiex jippromovu l-użu ta’ enerġija alternattiva fis-settur domestiku bħal
solar water heaters
, sistemi fotovoltajċi u sistemi ta’
microwind
.
(ii) skemi finanzjarji fejn l-element perċentwali ta’ biodiesel huwa eżentat mid-dazju;
(iii) skemi finanzjarji li jippromovu x-xiri ta’
appliances
ċertifikati li huma effiċjenti fil-konsum ta l-enerġija;
(iv) diversi proġetti mid-dipartimenti tal-Gvern u entitajiet pubbliċi li jużaw enerġija alternattiva sabiex ukoll titkabbar
awareness
mill-pubbliku;
(v) xogħol li qiegħed isir fil-qasam ta’ enerġja mill-iskart inkluż ix-xogħol fl-impjant ta’ Sant Antnin sabiex waqt li jiġi trattat l-iskart jiġi ukoll ġenerat l-eletreriku mill-biogas;
(vi) kampanji edukattivi li jippromwovu l-użu effiċjenti ta’ l-enerġija u enerġija alternattiva;
(vii) użu aktar effiċjenti ta’ l-enerġija fil-bini bl-introduzzjoni ta’ numru ta’ regolamenti f’dan il-qasam, kif ukoll skemi finanzjarji sabiex jippromovu l-użu u x-xiri ta’ materjal ta’ insulazzjoni termika għall-bjut ta’ djar residenzjali.
Il-Gvern bi ħsiebu ukoll jintroduċi skemi finanzjarji sabiex jippromwovi teknoloġiji li jiġġeneraw l-enerġija nadifa kemm fuq skala domestika u kummerċjali. Hemm il-ħsieb li jiġu allokati madwar €33 miljun minn fondi nazzjonali u mill-fondi ta’ l-Unjoni Ewropea għal dawn l-iskemi domestiċi u kummerċjali.
Il-Gvern huwa kommess ukoll li jkompli jesplora l-possibilitajiet kollha sabiex jinstabu mezzi alternattivi ta’ kif jiġi ġġenerat l-elettriku f’pajjiżna fosthom l-użu ta’ aktar pannelli solari kif ukoll il-
wind farms.
Ta’ min ifakkar ukoll li skond il-proposta għal direttiva ġdida favur l-użu ta’ enerġija minn sorsi li jiġġeddu (
renewable energy
), il-mira għall-Malta ta’ konsum ta’ enerġija minn sorsi li jiġġeddu sas-sena 2020 hija ta' 10% tal-konsum totali.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni għalfejn irriżenja d-Direttur tar-Rural Development fl-Għammieri? Jista' jgħid jekk dan għandux x'jaqsam ma' xi diffikultajiet illi jista' jkun hemm dwar fondi li suppost kellhom jiġu mill-Unjoni Ewropea?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li fl-ittra ta’ riżenja ma ingħatatx raġuni għar-riżenja.
Jista' l-Ministru jindikalna kemm hu l-perċentaġġ ta' trabi li twieldu f'pajjiżna f'dawn l-aħħar tliet snin (2005-2007) li għandhom imniżżel fuq iċ-ċertifikat tat-twelid tagħhom unknown father? (Vide pq 1421 Sitt 29)
Response (GATT, AUSTIN)
Nixtieq nagħmel korrezzjoni ta' risposta li tajt lill-Kamra għall-mistoqsija parlamentari numru 1421 fejn jien infurmajt lill-Kamra li n-numru ta' trabi mwielda f Malta li 1-paternita' tagħhom ma kinetx magħrufa kienet telgħet għal 19.68 fi1-mija fl-2007.
Jirriżulta li din l-informazzjoni ma kinetx dik korretta billi din kienet tinkludi statistika Ii ma kinetx ġiet finaliżżata u li kienet inġabret mir-Reġistru Pubbliku fid-Diviżjoni tar-Reġistru Pubbliku u ta' lArtijiet, u li minħabba dan u bi żvista kienu ġew inklużi partijiet mill-informazzjoni darbtejn u dan minflok dik riflessa fir-Reġistru tat-Twelid.
L-istatistika korretta kellha tkun kif ġej:
2005: twieldet 3858 tarbija ħajja, 328 minn missier mhux magħruf (8.50%)
2006: twieldet 3885 tarbija ħajja, 371 minn missier mhux magħruf (9.55%)
2007: twieldet 3871 tarbija ħajja, 352 minn missier mhux magħruf (9.09%)
Nitolb skuża ta' dan l-iżbalI li ma kienx jirrifletti s-serjeta' neċessarja u li normalment tingħata fi twegibiet Ii jingħataw lill-Kamra. Nixtieq ninforma lill-Kamra li esprimejt mad-Dipartiment ikkonċernat id-diżappunt tiegħi għal dan in-nuqqas. Ordnajt li jittieħdu l-passi biex il-proċeduri li normalment jintużaw biex tiġi verifikafia statistika qabel tinħareġ jissaħħu biex żbalji bħal dawn ikunu evitati.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk għandux il-ħsieb li lill-kunsilliera jagħtihom xi forma ta' onorarja? Jista' jgħid jekk kunsillier għandux dritt li jitħallas għall-mobile calls li jagħmel u tal-fuel li juża' waqt il-qadi ta' dmirijietu? Jista' jgħid jekk dawn l-allowances humiex se jiġu reġolarizzati b'xi mod?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skond ir-Regolamenti dwar Kunsilli Lokali (Finanzi), Kunsillier li jkun għamel spejjeż relatati max-xogħol tiegħu bħala Kunsillier, għandu dritt li jagħmel talba għal rifużjoni tagħhom. Wara li s-Segretarju Eżekuttiv ikun ivverifika u iċċertifka dawn l-ispejjeż, dawn jgħaddu għar-rifużjoni.
Dwar jekk kunsilliera jingħatawx xi forma ta’ onorarja, din il-proposta hija waħda minn dawk li ser jiġu diskussi fid-dawl tar-riforma tal-Kunsilli Lokali.
Jista' l-Ministru jgħid liema linji gwida jiġu segwiti sabiex tittieħed deċiżjoni għandhiex titwaħħal speed camera jew le? Min jieħu din id-deċiżjoni? Il-kunsilli lokali jiġu kkonsultati jew le qabel ma titwaħħal speed camera?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Awtorita tat-Transport, fir-rwol ta’ regolatur, teżamina w tevalwa t-talbiet għal speed cameras li jiġu sottomessi skond il-kriterji definiti fil-linji ta’ gwida maħruga mid-Dipartiment tat-Trasport tar-Renju Unit fis-sena elfejn u erbgħa (2004).
Fil-proċess ta’ evalwar tat-talbiet għal
speed cameras
, l-awtorita tikkonsulta ma’ l-entitajiet responsabbli mis-sigurta fit-toroq kif applikabbli.
Jista' l-Ministru jgħid min huwa responsabbli mill-management ta' l-ispeed cameras f'Malta u f'Għawdex? Min jieħu l-flus li jinġabru minn dawn il-cameras permezz ta' ċitazzjonijiet? Kif jitqassmu u bejn min dawn il-flus? Hemm il-ħsieb li jinġiebu mobile speed cameras?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li r-responsabilita ta’ l-installazzjoni ta’ speed cameras hi ta' l-ADT. L-immanigjar tal-infurzar tal-ligi bl-ispeed cameras hi delegata lill-Kunsilli Lokali li għandhom arranġamenti kontrattwali ma kumpaniji li jipprovdu servizzi ta’ infurzar tal-liġi, bħala parti mis-sistema ta’ enforzar lokali. Bħal kull multa oħra, il-flus jinġabru mill-kunsill lokali. Minnhom, il-kunsilli lokali jhallsu 16.67% lill- ADT għal kampanji fuq is-sigurta fit-toroq.
Rigward il-bqija tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.