Awtorita' Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent — Applikazzjonijiet pendenti
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għall-bini ta' djar/appartamenti quddiem l-Awtorita' Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent ? Kemm hi l-aktar waħda antika?
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-ġibjun li hemm f'Santa Liena, Bormla, hux responsabbilità tal-Kunsill Lokali ta' Bormla jew tal-Gvern Ċentrali? Jista' jgħid ukoll x'inhi r-raġuni li kulmin ifettillu jista' jmur u jiġbed l-ilma għal ġol-bowser mingħajr kontroll? Jista' jgħid jekk hemmx xi kontrolli sanitarji fuq dan l-ilma, li fl-akbar probabilità qed jinbiegħ għall-konsum domestiku?
Tista' l-Ministru tgħid x'għajnuna ta l-Ministeru lill-Kunsilli Lokali Għawdxin fl-aħħar sena u tindika wkoll it-tip ta' għajnuna li ngħatat lil kull Kunsill Lokali u meta ngħatat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux mistenni li jsir investiment ġdid biex jiġi żviluppati diving sites ġodda, madwar Malta u Għawdex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta żviluppat diving site ġdida fiċ-Ċirkewwa billi għarraqna l-patrol boat P29. Qed isiru studji u permessi sabiex tkun tista’ tegħreq l-patrol boat P31 biex b’hekk jinħolqu artificial reefs / wrecks ġodda. Barra minn hekk qiegħed jitjieb l-aċċess għal dive sites eżistenti fosthom iċ-Ċirkewwa. Qiegħed isir improvement ta’ sigurtà fuq is-siti permezz ta’ installazzjoni ta’ cameras.
Ser isir ukoll investiment ġdid fl-aċċess tal-ponta tal-Qawra bil-għajnuna ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea.
Barra minn hekk dalwaqt ser toħroġ
tender
sabiex jiġi kkummisjonat
Diving Master Plan
għal Malta fuq l-istess linji ta’ dak li ġie kkummisjonat għal Għawdex. Din il-
Master Plan
qed taħseb sabiex jiġu identifikati dawk ix-xogħlijiet li hemm bżonn isiru fuq id-
diving sites
eżistenti u anke jiġu identifikati
diving sites
ġodda.
Jista' l-Prim Ministru jara li ssir investigazzjoni permezz tal-MEPA sabiex isir magħruf x'kienet ir-raġuni li fil-Ġnejna, fl-inħawi ta' slipway magħrufa bħala it-Trozz, fejn kien hemm taraġ li kien ilu hemm għal dawn l-aħħar 40 sena u li qabel ma sar fl-istess post kien hemm passaġġ permanenti li kienu jgħaddu minnu s-sajjieda u l-bdiewa, dan l-aħħar tneħħa bir-riżultat li issa min irid jgħaddi minn naħa għall-oħra jrid jimxi max-xifer tal-baħar jew mill-baħar stess? Jista' jara li ssir din l-investigazzjoni ħalli jkun magħruf għaliex dan it-taraġ/passaġġ issa m'għadux jeżisti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li saret spezzjoni minn uffiċjali ta’ l-Infurzar tal-MEPA fil-lok indikat fil-Mistoqsija jiġifieri qrib is-slipway fin-naħa tal-Ġnejna magħrufa bħala t-Trozz. Però ma nstabet l-ebda indikazzjoni ta’ taraġ li ġie maqlugħ fl-inħawi.
Għaldaqstant intalbet l-għajnuna kemm ta’ nies midħla tal-post u kemm tal-Kunsill Lokali. Barra minn hekk ġew ukoll konsultati ritratti uffiċjali meħuda mill-ajru u xorta waħda dan it-taraġ li allegatament twaqqa’ ma kienx identifikat. Għaldaqstant ikun apprezzat li, jekk hu possibli, l-Onorevoli Interpellant jipprovdi aktar informazzjoni sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa.
Jista' l-Prim MInistru jgħid jekk l-Armata u l-Pulizija jikkonrdinawx ħidma komuni flimkien? Jekk iva, f'liema oqsma? Kemm tkun regolari din il-ħidma komuni matul s-sena kalendarja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Iva, ninsab infurmat li l-Forzi Armati ta’ Malta (FAM) u l-Pulizija jikkordinaw ħidma flimkien fl-oqsma tas-sigurtà u ta’ l-immigrazzjoni rregolari.
Fil-qasam tas-sigurtà ta’ min isemmi l-ħidma konġunta bejn iż-żewġ forzi waqt iċ-CHOGM2005, Euro Changeover u l-Elezzjonijiet Ġenerali. Ta’ min isemmi s-
support
kontinwu li tagħti l-iskwadra ta’ l-
Explosives Ordnance Disposal (EOD)
lill-Pulizija waqt żjarat statali u uffiċjali minn dinjitarji barranin kif ukoll waqt investigazzjonijiet li jikkonċernaw theddid ta’ bombi li jkun hemm minn żmien għal ieħor. Qasam ieħor ta’ kollaborazzjoni huwa fejn jidħlu
roadblocks
li tagħmel l-Armata b’koordinazzjoni ma’ l-istess Pulizija.
Fil-qasam ta’ l-immigrazzjoni rregolari, wieħed irid isemmi l-ħidma konġunta u kontinwa matul l-operazzjoni
Nautilus 2008
fejn membri tal-korp tal-Pulizijja jaħdmu spalla ma’ spalla ma’ membri tal-FAM ġewwa l-
Operations Centre
tal- FAM. Wieħed jista’ faċilment jgħid li l-ħidma komuni hija kontinwa, tkopri s-sena kollha u li m’hiex limitata għal xi perjodi partikulari.
Jista' l-Ministru jgħid min huwa responsabli li jara li l-bajjiet ikunu tajbin għall-għawm? Kemm-il kampjun ta' ilma jittieħed sabiex jiġi vverifikat li t-tali bajja hija nadifa? Kemm-il kampjun jittieħed u jiġi eżaminat biex jibqa' assigurat li dik l-istess bajja tibqa' tajba għall-għawm matul l-istaġun tas-sajf?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li għal fini tal-provedimenti tad-direttiva ta' l-Unjoni Ewropea 79/160/KKE għal kwalita ta' ilma baħar, ir-responsabilita hija maqsuma bejn d-Dipartiment għal Saħħa Ambjentali f'ħdan id-Diviżjoni tas-saħħa fir-rigward għal parametri microbioloġiċi u d-Direttorat għall-Awtorita' għall-Ambjent u l-Ippjanar fir-rigward għal parametri kemikali.
Kif diġa ġie spjegat f'Mistoqsija 1599, kampjuni ta' l-ilma baħar jinġabru kull ġimgħa tul it-23 ġimgħa ta' l-istaġun uffiċċjali minn 87 sit madwar Malta, Għawdex u Kemmuna. Fejn u meta ikun hemm il-bżonn, kampjuni addizzjonali jittieħdu anki matul s-Sibt u l-Ħadd u festi pubbliċi biex jiġi assigurat li l-kwalita' ta' l-ilma baħar tkun skond dawk il-livelli rikjesti mill-istess direttiva.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1221 u jgħid kemm hawn klieb irreġistrati mal-Pulizija? Kemm klieb inġiebu minn barra matul is-sena 2007? Kif isir ir-reġistrazzjoni? Jista' jgħid jekk il-mod ta' reġistrazzjoni għandux il-ħsieb li jinbidel? Kemm klieb ġew irraportati li ġew maħqura matul is-sena 2007? Kemm-il ġlieda tal-klieb organizzata ġiet irraportata matul l-istess sena? Kemm inqabdu persuni li organizzaw dawn il-ġlidiet matul is-sena 2007?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li dwar it-tieni parti tad-Domanda tiegħu, inġiebu f’Malta 287 kelb matul 2007.
Nitolbu li jagħmel il-kumplament tal-Mistoqsija, lill-ministru kkonċernat
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1225 u jgħid kemm iddaħħlu pazjenti l-emerġenza wara li waqgħu mill-għoli matul is-sena 2007? Kemm minn dawn kellhom bżonn operazzjoni minħabba ksur fl-għadam? Kemm minn dawn saritilhom operazzjoni f'dik il-ġurnata stess? Kemm minn dawn tħallew jistennew għal aktar minn ġurnata sabiex ġew operati? Kemm tħallew jistennew dawk li ma ġewx operati mill-ewwel?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li m'huwiex possibli tinġabar l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1231 u 878 u jispjega fhiex wasal il-proġett tal-crafts village ta' Ta' Qali? F'liema stadju wasal u meta qed jippjana li jibda u jispiċċax ix-xogħol fuq il-proġett?
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti fuq każi relatati mad-droga din is-sena? Kemm inqabdet droga din is-sena u x'tip kienet?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, il-Pulizija bdiet proċeduri kriminali quddiem il-Qorti kontra 171 persuna fuq akkużi relatati ma’ droga. Rigward it-tieni parti tad-domanda, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-mistoqsija parlamentari numru 2023.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn nisa impjegati maċ-ċivil illum u xi grad għandhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi hemm 11,713 impjegati nisa fis-Servizz Pubbliku.
Informazzjoni dwar il-gradi tagħhom u kemm hemm persuni f’kull grad tinstab fil-lista li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' persuni barranin li għamlu użu minn xi servizz tas-saħħa din is-sena? X'kien is-servizz offrut?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
M’huwiex eskluż li l-istess persuna setgħat għamlet użu ta’ xi servizz aktar minn darba. Il-figuri mogħtija fit-Tabella li ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra jirreferu għan-numru ta’ episodji u mhux għal persuni.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1379 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttur, Transport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti time frame meta sejjer jibda x-xogħol ta' asfalt fi Triq Ta' Mlit, fil-Mosta li tinstab wara l-ground tal-football, liema triq tinstab fi stat ħażin ħafna u qed tikkawża ħsarat fil-vetturi tar-residenti?
Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu l-persuni reġistrati bħala editur jew aġent editur tal-gazzetta "In-Nazzjon" mill-1 ta' Lulju, 1970 'l hawn u l-perijodu li damu f'din il-kariga?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.