Jista’ l-Ministru jikkonferma li huwa ppjanat li tgħaddi triq minn wara dak li huwa magħruf bħala l-Villaġġ Daniż fil-Mellieħa? Huwa konxju l-Ministru li s-sidien ta’ dan il-villaġġ qed jaħsbuha jgħalqux dan il-villaġġ jekk jimmaterjalizza dan il-proġett li skond huma se jeffettwahom negattivament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika waslulux rapporti li numru ta’ nies qed jiġbru ikel bħal tiġieġ iffrizat li jintrema minn supermarket barrani li fetah dan l-aħħar f’numru ta’ lokalitajiet u li dan l-ikel jista’ jkun qed jintuża għal konsum uman b’dertriment għas-saħħa pubblika? Jekk it-tweġiba hija fl-affermattiv, x’passi ttieħdu mill-Ministeru biex jiġi assigurat li dan mhux qed iseħħ?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li matul din is-sena, waslu erba’ lmenti lid-Dipartiment għal Saħħa Ambjentali dwar supermarket barrani li fetaħ dan l-aħħar f’Ħal-Luqa, San Ġwann u Sta.Venera. L-ilmenti kienu dwar allegazzjonijiet li nies kienu qegħdin jiġbru ikel minn ġo l-iskips f’ Sta. Venera (żewġ ilmenti), f’Ħal-Luqa (ilment) kif ukoll San Gwann (ilment).
B’ikel qed nirreferu għal ikel bħal ħaxix u frott mħassar, mhux għal tiġieġ iffriżat jew laħmijiet oħra li l-operatur ta’ l-istabbilimenti ndikat jiddisponi minnhom skond kif titlob il-Liġi minn operatur speċifiku ġo skips għal ta’ l-apposta.
Minn investigazzjonijiet li saru minn uffiċjali għal Saħħa Ambjentali waqt il-ħin tax-xogħol ma nstabet l-ebda persuna tagħmel kif ġie allegat. L-operatur ta’ l-istabbilimenti ġie nfurmat biex l-iskips jiġu mssakra b’katnazzi wara l-ħin tax-xogħol biex jiġi eliminat kull probabilta’ li dan jista’ jiġri matul il-lejl.
Saru ukoll spezzjonijiet matul il-lejl mill-istess uffiċjali bl-assistenza tal-pulizija u l-ebda persuna ma ġiet tiġbor affarijiet ta’ ikel minn dawn l-iskips.
Ma wasal l-ebda lment għand id-Dipartiment għal Saħħa Ambjentali minn xhar u nofs ilu sa’ llum.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-ADT għadha ma reġgħetx waħlet bus stop sign fi Triq l-Imdina Ħ’Attard li kienet inqalgħet b’mod misterjuż biex isir xogħol fuq showroom privata, saret oħra temporanjament biex ir-residenti ta’ dawn l-akkwati ma’ jbatux u din reġgħet inqalgħet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li hemm bus stop sign fil-post indikat mill-Onor. Interpellant.
Jista’ l-Ministru jgħid liema liġi tiġi applikata biex persuni li jkunu għaddew minn operazzjoni ta’ gender re-alignment ma jkunux jistgħu jiżżewwġu lil persuni tas-sess oppost ġaladarba l-istat jagħraf uffiċjalment l-istatus ġdid tagħhom?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Tista' l-Ministru tgħid:
(a) għaliex it-turisti li jżuru l-Palazz fil-Belt Valletta, jitilgħu għas-sular ta’ fuq u jinżlu lura mill-garigor u mhux mit-taraġ ewlieni?
(b) kemm-il inċident ġie rrapurtat li seħħ propju f'dan il-garigor fil-ħin tal-konfużjoni meta turisti jkunu telgħin u oħrajn neżlin?
(c) min jiddeċiedi li jintuża l-
lift
li jwassal għas-sular ta’ fuq, meta jkun hemm xi turisti b’diżabilita’? Xi kriterji jintużaw minn min hu nkarigat biex tintuża l-faċilita’ tal-
lift
?
(d) x’miżuri ta’
health and safety
jeżistu biex jigi assigurat li l-ebda turist/a ma jweġġa’?
(e) x’faċilitajiet sanitarji jintużaw mit-turisti meta jżuru l-Palazz, jigifieri kemm-il
toilet
jew
washroom
hemm għad-dispożizzjoni tat-turisti?
(f) min hu responsabbli minn dawn iż-żjajjar, jigifieri liema dipartiment, entita’ eċċ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Billi fil-Palazz hemm uffiċċini amministrattivi tal-President tar-Repubblika, tal-Kamra tar-Rapreżantanti, tal-Prim Ministru u ta’ l-Avukati Generali, Heritage Malta għaddejja f’diskussjonijiet mal-partijiet kollha konċernati sabiex jintlaħaq qbil dwar aċċess alternattiv. Dan il-qbil għal aċċess alternattiv għall-viżitaturi tal-Palazz għadu ma ntlaħaqx, minkejja għadd ta’tentattivi.
Uffiċċjalment qatt ma kellna rapporti ta’ inċidenti li wasslu għall-korriment minn xi turist fil-garigor.
Il-lift jintuża biss meta jkun xi ħadd b’wheelchair jew inkella anzjani bi problema ta’ mobilita’.Dejjem jintalab permess mis-suldat li jkun għassa u jiġi nfurmat l-Uffiċċju tal-President.
Evalwazzjoni ta’riskju u rakkomandazzjonijiet isiru minn żmien għal żmien.
Hemm unit fl-Armerija isfel li jikkonsisti fi tliett toilets...għall-irġiel, in-nisa u d-diżabbli .
Heritage Malta hija responsabbli minn dawn iż-żjajjar , iżda l-aċċess għall-viżitaturi jiddependi mill-esiġenzi tal-Uffiċċju tal-President u tal-Parlament.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm, sena b’sena fl-aħħar 5 snin, żgħażagħ ta’ bejn it-12 u s-16-il sena attendew il-GU Clinic fl-Isptar Boffa u nstabu li qed ibatu minn mard li jittieħed mis-sess (STDs)?
Response (DALLI, JOHN)
Informat hekk :-
Sena
Numru ta’
Żgħażagħ li attendew il-GU Clinic
Numru ta’ żghażagh li nstabu li qed ibatu minn mard li jittieħed mis-sess
2003
15
14
2004
37
17
2005
38
27
2006
31
27
2007
40
20
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2005 u jikkunsidra flimkien ma' l-ADT, li triqat fil-Kappara bħalma huma Triq Antonio Schembri u triqat biswit isiru triqat għar-residenti biss, ġaladarba l-Kappara suppost hija residential area?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proposta tiegħu se tiġi evalwata mill-ADT.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew ivvotati fondi aktar lill-kunsilli lokali ta’ dawk il-bliet u rħula li huma meqjusa bħala żoni turistiċi, speċifikament biex ilaħħqu mal-ħtiġijiet li din l-industrija titlob fiż-żona tagħhom, għal dawn l-aħħar għaxar snin, sena, b’sena, lokal, lokal?
Jista' l-Ministru jgħid għaliex dan id-dewmien esaġerat biex il-familja, li d-dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament, tingħata servizz ġdid ta' l-ilma meta dawn applikaw fit-12 ta' Ġunju 2008 u sal-lum għadhom qed jistennew biex jingħatalhom dan is-servizz minn naħa tal-Water Services Corporation? Jista' jara li din il-familja li għandha bżonn urġenti ta' dan is-servizz minħabba li se tidħol f'din id-dar tinqeda malajr kemm jista' jkun?
Tista’ l-Ministru tgħid meta se tingħata risposta l-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku dwar numru ta’ kazi li ġew mitluba minn individwi sabiex din il-Kummissjoni tinvestiga minħabba li huma qed jallegaw li ġew maqbuża jew inkella ma ngħatawx il-kariga li applikaw għaliha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li t-tweġibiet diġa’ ngħataw lill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku. Fejn il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku talbet kjarifiki dawn ingħataw jew qed jingħataw.
Jista’ l-Ministru jgħid xi sforzi saru f’dawn l-aħħar xhur sabiex flus li huma dovuti minn pajjiżna dwar it-timber carriers jingħataw mir-Russja? Jista’ jgħid ukoll kemm hija s-somma dovuta u jekk tinkludiex l-imgħax jew le?
Jista’ l-Ministru jqabbad lil min jinvestiga jekk il-ħsejjes li l-Hompesch Steel ġewwa Ħaż-Żabbar qed tagħmel humiex accettabbli u skond ir-regoli ta’ l-UE minħabba li qed ikunu ta’ inkonvenjent kbir għar-residenti?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill Onor. Interpelleant sabiex jirreferi l- mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1555, tista' l-Ministru tgħid min iddeċieda li din il-persuna tiġi detailed bħala l-Kordinatur Nazzjonali u fuq liema kriterji?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-Ministeru mexa mal-proċeduri stabbiliti fid-detailing tal-Kordinatur Nazzjonali li dwaru għamel il-mistoqsija l-Onor. Interpellant.
B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1741, jista’ l-Ministru jikkonferma jew jiċħad li minn meta seħħ l-inċident f'April 2007 ‘l hawn, il-MATS bidlet il-proċeduri li bihom ajruplani li ma jkollomx it-transponder mixgħul u jinfunzjoni tajjeb, dawn mhux qed jiġu ppreżentati fuq id-display tal-Kontrolluri, anke jekk ir-Radar ikun qed jarahom? Jekk dan hu veru, id-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili approva dawn il-proċeduri ġodda? Jista’ l-Ministru jgħid li jekk dan hu minnu, sarx dak magħruf bħala Safety Case qabel ma dawn ġew fis-seħħ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern dwar l-impjieg ta’ dawk li se jiggradwaw mill-Università ta’ Malta fil-qasam tal-kriminologija?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, m'hemm l-ebda pjan immirat speċifikament għall-ingaġġ ta' persuni li jiggradwaw fil-qasam tal-kriminoloġija. Il-Gvern jimpjega uffiċjali minn żmien għal żmien skond l-esiġenzi tas-servizz, u f'dan ir-rigward isiru sejħiet skond il-bżonn.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-problema ta' vultaġġ baxx fi Triq l-Iżbandola, Ħal Qormi qed tibqa' tippersisti minkejja li l-Enemalta bniet substation ġdida fi Triq ix-Xitwa, Ħal Qormi biex telimina din il-problema? Jista' jgħid x'passi ħadet l-Enemalta biex tiġi solvuta din il-problema?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' studenti li għaddew mill-eżami tal-Junior Lyceumf'Mejju li għadda, maqsuma skond l-iskejjel (tal-Gvern għalihom u l-oħrajn għalihom), u skond il-lokalità? Jista', jekk hu possibli, jgħid x'kienu r-riżultati li ġabu l-istudenti għall-istess skejjel?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' impjegati tal-Malta Enterprisemaqsumin skond il-grad? Jista' jagħti break-down tal-ħaddiema maqsumin bejn min qala' sa €15,000, sa €30,000, sa €40,000 jew aktar, għas-sena 2007?