Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2052 u jitlob lill-awtoritjiet konċernati biex jikkonsidraw li jiġu stallati speed cameras fi Triq in-Naxxar, San Ġwann fil-parti residenzjali u kummerċjali (bejn wieħed u ieħor bejn il-Kazin tal-Partit Nazzjonalista u l-Knisja Parrokjali) biex b'mod partikolari jiġi kkontrollat is-sewqan eċċessiv f'din it-triq, specjalment matul il-lejl?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Awtorita dwar it-Trasport se tagħmel l-istħarriġ tagħha dwar it-talba ta' l-Onor Interpellant.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2048 u 1829 u jassigura li Palm Street, Santa Marija Estate, Mellieħa terġa' tiġi ripristinata u mogħtija t-tarmak fl-iqsar żmien possibbli? Niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li r-residenti ta' din it-triq kienu għamlu t-tarmak mal-wiċċ tat-triq minn flushom u din tkissret biex jgħaddu xi servizzi xhur ilu u kollox tħalla mħarbat.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta' kostruzzjoni ta' Triq il-Palm huwa lest.
Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem — Imħallef
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1529 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u l-Ministru ta' l-Affrijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm ilu li suppost skada t-terminu tal-kariga ta' l-Imħallef Giovanni Bonello fil-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem? Jista' jispjega dettaljatament x'inhu l-intopp li nqala' dwar in-nomina l-ġdida, ġiex sorvolat dan l-intopp u min huma t-tliet nomini attwali tal-Gvern għal din il-kariga?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi t-terminu tal-kariga ta’ l-Imħallef Giovanni Bonello fil-Qorti Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem skada fl-2006 meta għalaq l-eta' ta’ 70 sena. Huwa jibqa fil-kariga sakemm jiġi sostitwit.
Wara proċess trasparenti li permezz tiegħu ġew mistiedna japplikaw rġiel u nisa li dehrilhom li kienu jikkwalifikaw għall-kariga ta’ Imħallef fil-Qorti msemmija, il-Gvern innomina tlett persuni li, fl-opinjoni tiegħu, kellhom l-aħjar kwalifiki għal dik il-kariga; il-persuni innominati kienu kollha rġiel.
L-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill ta’ l-Ewropa ma aċċettatx il-lista sottomessa mill-Gvern Malti għaliex din ma kienet tinkludi l-ebda mara. Il-Gvern insista li l-Assemblea Parlamentari ma setgħetx tirrifjuta li taċċetta l-lista li ġiet sottomessa mill-Gvern Malti, għaliex din il-lista kienet tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha meħtieġa mill-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.
Peress li l-Assemblea kompliet tirrifjuta l-lista sottomessa, il-Gvern Malti ressaq il-kwistjoni quddiem il-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill ta’ l-Ewropa u talbu jirreferi l-kwistjoni għal
Advisory Opinion
tal-Qorti Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem. It-talba ġiet aċċettata u l-kwistjoni riferuta lill-Qorti, li eventwalment tat l-opinjoni tagħha essenzjalment favur il-pożizzjoni ta’ Malta u esprimiet il-fehma li l-prassi ta’ l-Assembla, li ma tippermettix eċċezjonijiet għar-regola li għandu jkun hemm mara fil-lista ta’ kandidati, ma kienetx kompatibbli mal-Konvenzjoni, u li l-Assemblea ma setgħetx tirrifjuta l-lista ta’ kandidati sottomessa mill-Gvern meta l-pajjiż konċernat ikun ħa l-passi neċessarji biex jassigura proċess trasparenti li jinvolvi sejħa għal applikazzjonijiet.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1531 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm ġew intavolati kawżi kontra Malta quddiem il-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem fis-snin 2002, 2003, 2004, 2005, 2006 u 2007? Jista' jagħti d-dettalji dwar dawn il-kawżi u jindika b'mod dettaljat kemm minnhom ġew deċiżi kontra Malta?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li ma tinżammx statitiska kompjuterizzata ta' l-informazzjoni rikjesta u għalhekk, ir-risposta teħtieġ konsiderazzjoni sena b’sena u każ b’każ permezz ta’ riċerka essenzjalment manwali li tirrikjedi ħafna żmien u li, fl-aħħar mill-aħħar, tista’ ma tirriżultax preċiża għal kollox. B’danakollu, qed isir tentattiv biex l-informazzjoni mitluba tiġi miġbura minn diversi sorsi oħra. Dan jirrikjedi aktar żmien u għalhekk, ir-risposta għal din id-domanda ser tingħata f’xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid jekk jirriżultax li huwa veru l-ilment li tqajjem li l-mistoqsijaiet ta' l-eżami tal-MATSEC tas-System of Knowledgema kenux koperti fis-sillabu tas-suġġett? Kemm weħlu studenti fis-suġġett Systems of Knowledge fl-aħħar sessjoni tal-MATSEC? Kemm kien hemm studenti kandidati f'dan is-suġġett?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Informata li l-mistoqsijiet ta’ l-eżami tal-MATSEC tas-Systems of Knowledge li sar f’Mejju 2008 kienu koperti mis-sillabu tas-suġġett.
Għall-eżami ta’ dan is-suġġett kien hemm 542 student li weħlu mill-2358 student/a li rreġistraw għalih. Mill-istudenti li weħlu, 47 ippreżentaw il-proġett iżda ma ġewx għall-eżami.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm Somali jistennew il-ħabs biex tinstema' l-kawża kontra tagħhom? Kemm se jdumu jistennew? Qed tittieħed konsiderazzjoni li wieħed minnhom huwa marid serjament u kull ġurnata li tgħaddi qed ikollu problemi dejjem akbar biex jingħata l-kura xierqa li jistħoqqlu bħala bniedem?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li preżentement hemm 8 Somali jistennew ġewwa l-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin sabiex tinstema' l-kawża kontrihom. Il-Faċilita' Korrettiva m'għandha l-ebda kontrol fuq id-dati ta' meta għandhom jinstemgħu dawn il-kawżii. Għal rigward il-kura medika, il-Faċilita' Korrettiva tieħu ħsieb li kull resident jingħata l-kura medika meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' heavy vehicles reġistrati f'Malta u Għawdex separatament fil-mument?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta' heavy vehicles 'il-fuq minn tnax il-tunellata reġistrati f'Malta u f'Għawdex separatament huwa:
Malta - 3,550
Għawdex - 15.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1996 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jara li jsir it-tindif neċessarju f'għalqa żdingata u abbandunata li hemm fi Triq il-Farinall, il-Mosta biswit il-bring-in site?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-għalqa msemmija hija proprjetà privata u taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tal-Kunsill Lokali. Għalhekk nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lil-Ministru kkonċernat
Jista' l-Ministru jwieġeb mistqosija parlamentari 1983 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ngħataw status ta' refuġjat matul dawn l-aħħar 12-il xahar?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li fis-sena 2007 kien hemm 627 persuna li ġew mgħotija l-istatus ta' protezzjoni internazzjonali u tul din is-sena sat-18 ta' Settembru ingħatat lil 1097 persuna, mill-applikazzjonijiet proċessati tul dak il-perijodu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq is-Sardinell, Zurrieq hix indikata bħala waħda minn dawk it-toroq li ser tingħata wiċċ ġdid? Jista' jgħid meta dan ix-xogħol ser jinbeda?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din it-triq hija nkluża fil-programm ta’ toroq ta’ l-ADT u l-kuntratt għall-bini tagħha għandu jingħata fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jinbeda l-embellishment ta' Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk stantel-fatt li dan il-proġett ilu jiġi mwiegħed diversi drabi għal tant snin?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm studenti li weħlu mis-Systems of Knowledge?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għall-eżami tas-Systems of Knowledge (MATSEC) kien hemm 542 student li weħlu mill-2358 student/a li rreġistraw għalih. Mill-istudenti li weħlu, 47 ippreżentaw il-proġett iżda ma ġewx għall-eżami.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-viżitaturi li jippresjedu l-Qorti ta' Reviżjoni ta' l-Atti Notarili? Meta ġew appuntati u x'inhi l-meżata li biha jitħallsu?
Jista' jgħid kemm dawn il-viżitaturi rnexxielhom jivvisitaw kuntratti f'dawn l-aħħar ħmistax-il sena ġudikant b'ġudikant?
Jista' jgħid kemm hemm kuntratti li għadhom pendenti? Jekk hemm kuntratti li għadhom ma ġewx assenjati, kemm hemm mhux assenjati? Kemm ilhom biex jiġu assenjati? X'inhi r-raġuni li ma ġewx assenjati?
Jista' l-Ministru jispjega kif l-kuntratt, li d-dettalji tiegħu qed jidhru taħt dokument separat, għadu ma ġiex assenjat lil ebda viżitatur? Ma jidhirlux li għadda żmien biżżejjed biex jiġi assenjat u l-fatt li għadu ma ġiex assenjat juri negliġenza grossolana da parti tal-Ministru jew il-Gvern?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-viżitaturi li jippresjedu l-Qorti tar-Reviżjoni ta' l-atti Nutarili huma: L-Onor. Imħallef Franco Depasquale, Dr. Louis G. Vella, Dr. Benny Delia u Dr. Joseph Agius. Dawn ġew appuntati mill-1 ta' Jannar 2008 sal-31 ta' Diċembru 2008 skond avviż fil-Gazzetta tal-Gvern tat-18 ta' Diċembru 2007.
Il-kumplament tal-mistoqsija għandha tiġi riferuta lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tal-għajnuniet finanzjarji li ngħataw mill-State Aid Monitoring Board fis-snin 2003, 2004, 2005, 2006, 2007 sena b'sena sat-30 ta' Ġunju 2008? Jista' jagħti dettalji tal-benefiċċjarji?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi mhix il - kompetenza tal - iState Aid Monitoring Board li jagħti għajnuniet finanzjarji.