Legislature:
Category:
Reset
Active:

Miżbla tal-Qortin

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal il-proġett tar-rijabilitazzjoni tal-miżbla tal-Qortin? X'xogħol sar s'issa u x'kienet in-nefqa s'issa? Kemm hemm flus kommessi għal dan il-proġett u għadhom ma tħallsux?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li x-xogħol ta’ ċaqliq ta’ terrapien biex jiġi stabbilit is-sit u jitneħħa l-periklu kif ukoll jitgħatta l-iskart b’terrapien nadif huwa fi stadju avvanzat. Fl-istess stadju waslu t-tħaffir ta’ bjar li b’kollox hemm 30, u x-xogħol ta’ pajpijiet biex jinġibed il-gas minn ġo din il-miżbla. Sar ukoll studju professjonali dwar l-iżvilupp ta’ dan is-sit bħala park għall-familja fejn wara li saret konsultazzjoni pubblika ġie ppreparat Project Description Statement li għandu jiġi sottomess lill-MEPA flimkien ma’ l-applikazzjoni ta’ l-iżvilupp. L-ispiża laħqet € 86,000 li tħallsu kollha. Hemm ukoll allokati min-naħa ta’ l-Unjoni Ewropea fondi għat-trattament tal-gas, li jammontaw għal € 1,300,000 li minnhom madwar € 650,000 huma allokati għall-impjant. S’issa ntefqu madwar € 110,000 f’installazjoni tal-bjar.
Leg 11 PQ #2082 Sitting 35 2008-09-29 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ċentru ta' Back Office

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'sar s'issa fuq il-bini ta' ċentru ta' Back Office ġdid biex jiżdied il-potenzjal ta' Għawdex li joffri opportunitajiet ġodda f'dan it-tip ta' xogħol?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena infurmata li ġie identifikat sit għal xogħol ta' Back Office u li ġiet sottomessa applikazzjoni lil MEPA għal dan l-iżvilupp.
Leg 11 PQ #2083 Sitting 35 2008-09-29 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Taqsima tar-Radjoloġija f'Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'sar s'issa biex tiġi żviluppata taqsima tar-radjoloġija u tiġi mgħammra t-tieni sala ta' l-operazzjonijiet moderna?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

TAQSIMA TAR-RADJOLOĠIJA F’GĦAWDEX L-ONOR. ANTON REFALO: Staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista’ l-Ministru tgħid x’sar s’issa biex tiġi żviluppata taqsima tar-radjoloġija u tiġi mgħammra t-tieni sala ta’ l-operazzjonijiet moderna ? (11.07.2008) Ninsab informata li: 1. Ix-xogħol relatat mal proġett tad- Dipartiment tar-Radjoloġija miexi kif ippjanat. Il-blokk amministrattiv il-gdid li ser jifforma parti mid-Dipartiment tar-Radioloġija huwa lest mill- kostruzzjoni. Fil –preżent qed isir il-kisi w tikħil ta’ dan il blokk minn barra. It- tenders li għandhom x’jaqsmu ma’ dan il-proġett huma lesti. Il- Vetting ta’ dawn it- tenders mid-Dipartiment tal-Kuntratti huwa fi stadju avanzat. Fl-istess waqt dawn it- Tenders qegħdin jigu riferuti lill-Ministeru għar-Riżorsi u Affarjiet Rurali biex ikun aċċertat li x-xogħol relatat ma’ dan il-proġett huwa konformi mal – Green Issues . 2. Ix-xogħol relatat mal-proġett tad- Dipartiment ta’ l-Operazzjonijiet miexi kif ippjanat. L-offerti li għandhom x’jaqsmu ma’ dan il-proġett huma lesti. Il- Vetting ta’ dawn l-offerti mid-Dipartiment tal-Kuntratti huwa fi stadju avanzat. Fl-istess waqt dawn it- Tenders qegħdin jiġu riferuti lill-Ministeru għar-Riżorsi u Affarjiet Rurali biex ikun aċċertat li x-xogħol relatat ma’ dan il-proġett huwa konformi mal – Green Issues . Riċentament ġiet ippublikata sejħa għall-offerti għat-tneħħija ta’ l- Asbestos f’dawn iż-żewġ dipartimenti msemmija.

Talba għal Social Housing

Question

Jista' l-Ministru jara li l-każ ta' Housing li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jingħata l-attenzjoni li tixraqlu minħabba raġunijiet umanitarji?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li l-każ li rrefera għalih l-Onor. Interpellant qed jingħata l-attenzjoni xierqa mill-Awtorita’ tad-Djar.
Leg 11 PQ #2104 Sitting 35 2008-09-29 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Home help

Question

Jista' l-Ministru jara li l-anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tingħata s-servizz ta' home help? L-assessment sar imma għadha ma rċeviet l-ebda risposta?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li deċiżjoni dwar it-talba għal servizz ta' home help għall-persuna konċernata ttieħdet fid-9 ta' Lulju 2008. Is-servizz beda jingħata.
Leg 11 PQ #2105 Sitting 35 2008-09-29 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Talba għal post f'home

Question

Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ quddiem talba umanitarja ta' ġuvni ta' eta' żgħira li spiċċa disabled u li l-ġenituri tiegħu applikaw biex jidħol f'home fil-Mellieħa? Lil dan diġa' għamlulu assessment u qalulhu li dalwaqt jidħol.

Response (DALLI, JOHN)

Informat li meta l-persuna konċernata mar jagħmel l-Orientation Visit fil-Mellieħa Home flimkien ma' xi familjari tiegħu ma xtaqx joqgħod ma' l-anzjani l-Mellieħa iżda pprefera fejn qiegħed joqgħod bħalissa.
Leg 11 PQ #2106 Sitting 35 2008-09-29 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Każ ta' appell

Question

Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' appell dwar sinjur, li d-dettaljji dwaru qed jitbagħtu separatament, u li din it-talba għal appell saret xi xahrejn ilu?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Leg 11 PQ #2109 Sitting 35 2008-09-29 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Relief u childrens allowance

Question

Jista' l-Ministru jara li jitmexxa każ ta' omm ta' żewġt itfal li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qatgħulha r-relief u ċ-childrens allowance għal dawn l-aħħar ħames xhur? Jista' jara li dan il-każ jitmexxa peress li hemm żewġt itfal fin-nofs u m'għandha l-ebda dħul?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.

Żjara fl-Ukraina

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Malta Enterprise organizzat żjara fl-Ukraina għal diversi negozjanti li akkumpanjaw lill-Presidnet u l-Viċi Prim Ministru? Kif intagħżlu dawn in-negozjanti? Jista' jagħti l-ismijiet tal-persuni/kumpanniji li ffirmaw din id-dikjarazzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ż-żjara lejn l-Ukraina kienet organizzata mill-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin. Għaldaqstant din il-mistoqsija għandha titressaq lil Ministru konċernat.

Avukati — Tariffi Uffiċjali

Question

Jaf il-Ministru bil-linji gwidi x'għandhom jitolbu l-avukati bħala drittijiet professjonali li naturalment ma jirriflettux it-tariffi uffiċjali? Fl-isfond ta' dan, beħsiebu jidħol f'negozjati formali ma' l-istess Kamra ta' l-Avukati sabiex dawn l-istess tariffi jiġu emendati adegwatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Liġi (Art. 47 Tariffa E tal-Kap 12) tippermetti illi kull avukat jiftiehem mal-klijent dwar l-ammont ta' drittijiet dovuti lilu. Il-linji gwida ġew ippublikati mill-Kamra bħala indikazzjoni ta' dak li l-Kamra tħoss li huma drittijiet raġonevoli f'ċirkostanzi normali. Dan il-Ministeru jikkonsulta regolarment mal-Kamra ta' l-Avukati u hekk ser jibqa' jagħmel.
Leg 11 PQ #2112 Sitting 35 2008-09-29 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Garaxxijiet tas-sajjieda

Question

Peress li l-garaxxijiet tas-sajjieda tax-Xlendi għandhom bżonn manutenzjoni urġenti għaliex ħafna minnhom qegħdin fi stat ta' periklu, peress li skond il-mistoqsija parlamentari 159 id-dipartiment għall-proġetti u żvilupp kellu jinvestiga l-każ u jieħu l-azzjoni oppurtuna, peress ukoll li jidher li ma saret l-ebda investigazzjoni u tanto meno ma ttieħdet ebda azzjoni, tista' l-Ministru tara li dak li hemm bżonn isir u jsir immedjatament ħalli jitneħħa l-periklu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li ġie rranġat wieħed mill-garaxxijiet tas-sajjieda fix-Xlendi u oħrajn jitranġaw aktar 'il quddiem meta jkun possibbli u skond l-urġenza.
Leg 11 PQ #2113 Sitting 35 2008-09-29 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Każ dwar ħsarat estensivi

Question

Peress li l-każ li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, dwar ħsarat estensivi ilu pendenti snin ormai u ovvjament il-periklu dejjem qiegħed jiżdied, tista' l-Ministru tara li l-periklu jitneħħa u x-xogħlijiet isiru minnufih?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li saret spezzjoni fil-post u li x-xogħol isir aktar 'il quddiem meta jkun possibbli.

Vapuri għal Għawdex

Question

Peress li kull nhar ta' Ġimgħa qed ikun hemm ħafna ilmenti għax ħafna passiġġieri qed jitħallew l-art mill-vapuri tal-Gozo Channel, jista' l-Ministru jara jekk huwiex possibli li f'dawn il-ġranet peak ikun hemm vapuri extra jew jiddaħħlu ħaddiema extra biex ikunu jistgħu jittgħabbew iktar passiġġieri fuq kull vapur?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi nhar ta’ Ġimgħa l-vapuri kollha jkunu impenjati, b’ħinijiet itwal speċjalment f’dawn il-gimgħat peak. Bejn il-4.45 ta’ filgħodu u nofs il-lejl ikun hemm żewg vapuri dejjem għaddejjin, bit-tielet wieħed ikun xogħol bejn is-6.15 ta’ filgħodu u d-9.15 ta’ filgħaxija. Jekk ikun hemm bżonn anke jitwessa’ l-ħin sabiex il-kumpanija tlaħħaq mad-domanda.

Għaqdiet tal-Bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il għaqda tal-bdiewa hawn f'pajjiżna? Jista' jgħid liema huwa dawn l-għaqdiet u liema minn dawn l-għaqdiet huma rikonoxxuti mill-Ministeru kkonċernat?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor Membru li f’pajjiżna hawn 14-il Għaqda tal-bdiewa (Producer Organisation & Producer Group). Dawn huma kollha rikonoxxuti mid-Direttur tal-Agrikoltura u mill-Unjoni Ewropea. L-Għaqdiet huma : · Għaqda tal-Produtturi/Koperattiva Agrikola Għawdxija - Gozitano Ltd · Koperattiva/Għaqda tal-Produtturi Gomriza Maltese Agri Products Ltd · Ta' Qali Producer Group · Għaqda Għawdxija tal-Produtturi tat-Tadam · Għaqda Produtturi tat-Tadam Maltin · Għaqda Bdiewa Produtturi tat-Tadam · Produtturi tat-Tadam ta’ Malta · FCCS – Farmers Central Cooperatives Society · ATB – Assoċjazzjoni tal-Bdiewa · Agriculture Cooperative · Soċjetà Vitikultura Maltija · Għaqda Bdiewa Progressivi · Farmers Wine Cooperative

Imgarr — Triq l-Iskorba, Triq is-Sawqi u parti minn Triq l-Imqades

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta Triq l-Iskorba, Triq is-Sawqi u parti minn Triq l-Imqades fl-Imġarr ser jingħataw wiċċ ġdid ta' tarmak?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-kuntratti neċessarji biex it-toroq imsemmija mill-Onorevoli Nterpellant jitlestew bit-tarmac inħarġu f’Awissu. Huwa mistenni li x-xogħol jibda la darba jinħarġu l-permessi meħtieġa.

Kaxxi ħodor tal-pitkalija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn kaxxi ħodor (minn dawk li jintużaw fil-pitkalija) kbar u żgħar, fiċ-ċirkulazzjoni bħalissa? Jista' jghid jekk il-Ministeru kkonċernat hux konxju mill-ħafna ilmenti li qed jagħmlu l-bdiewa bħalissa fis-sens li mhux qed isibu kaxxi disponibbli biżżejjed sabiex jimlew il-prodott tagħhom u dan b'detrement li xi prodotti li ma jkunux jistgħu jistennew jintremew? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li n-numru ta' kaxxi jiżdied? Jekk fl-affermattiv meta u b’kemm?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-kaxxi ħodor, kemm kbar u kemm żgħar, li jintużaw fil-pitkalija, huma proprjetà ta’ kumpanija privata li titmexxa mill-bdiewa, mix-xerrejja u mill-pitkala. Il-gvern hu konxju tal-problema, u għalhekk qiegħed jiddiskuti mal-kumpanija biex itejjeb l-operat.

Manoel Island — Proprjeta' pubblika

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1853, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2037 u 1853 u jpoġġi sempliċement fuq il-mejda tal-Kamra pjanta taż-żoni pubbliċi f'Manoel Island?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-mistoqsija numru 2037.

Attivitajiet Għat-Turiżmu f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1994, 1660, 1366 u 1206 u jgħid kif u fuqhiex intefqu €116,000 maħruġin mill-Fond għall-Kawżi Ġusti fuq attivitajiet għat-turiżmu f'Għawdex? Liema organiżżazzjonijiet ingħataw dan il-fond?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant, illi l-avvenimenti imsemmija hawn taħt qed jikkontribwixxu lejn l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet kulturali, fosthom dawk organizzati minn Kunsilli Lokali Għawdxin, b’intenzjoni li jattiraw turiżmu lejn Għawdex fix-xhur tax-Xitwa. Is-sejħa kellha allokazzjoni ta’ massimu LM50,000 / €116,468.66 li minna kienu applikabbli s-somma ta’ €81,500. Okkażżjoni Ammont Opera 'Macbeth' / Festival Mediterranea organizzata mis-Soċjeta Filarmonika La Stella 12,000 Opera 'La Forza Del Destino' organizzata mis-Soċjeta Filarmonika Leone 12,000 Malta Int. Folk Festival / New Years Eve Popular Event - (Il-Festa / New Years Concert / Traditional Carnival Party ) – organizzat mill-Kunsill Lokali tar-Rabat 9,000 Qala International Folk Festival organizzat mill-Kunsill Lokali tal-Qala 9,000 Karnival tan-Nadur organizzat mill-Kunsill Lokali tan-Nadur 9,000 'Seħer il-Punent' organizzat mill-Kunsill Lokali ta’ l-Għarb 9,000 Typical Mediterranean Gastronomy organizzat mill-Gozo Cultural Council 9,000 Vocal and Orchestral Concert organizzat mill-Classic Foundation 8,500 Kunċert fl-okkażżjoni tal-ħames anniversarju (li sar fit-30 ta' Marzu 2008) organizzat mill-Gozo Youth Wind Band 2,000 Theatrical Experience Show organizzat mill-Helping Hands Group 2,000