Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1747 u 1458 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura,Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament sabiex jiġi mogħti lilha aċċess effettiv għal garage mibni lilha mid-Dipartiment ta' l-Artijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1747.
Jista' l-Ministru jgħid xi proċeduri, liċenzji, permessi u ħteġijiet oħrajn hemm bżonn li jiġu sodisfatti sabiex persuna tkun tista' topera negozju?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi kull attivita’ kummerċjali teħtieġ xi forma ta’ liċenzja. Kif jindika l-avviż legali Numru 1 ta’ l-2006 hemm diversi awtoritajiet li joħorġu xi forma ta’ liċenzja u fost dawn hemm id-Direttorat għas-Servizzi Kummerċjali fi ħdan id-Diviżjoni tal-Kummerċ. Il-liċenzji irregolati minn dan id-Direttorat huma maqsuma fi tnejn jiġifieri dawk marbutin ma’ post kummerċjali u dawk li huma personalizzati.
Biex post ikun jista’ jintuża għal skopijiet kummerċjali, irid l-ewwel u qabel kollox ikun approvat mill-MEPA. Wara jagħmel applikazzjoni ma’ l-awtorita’ kompetenti u jippreżenta numru ta’ dokumenti fosthom pjanta tal-post u oħrajn li huma fuq lista ma’ l-applikazzjoni. Jekk l-attivita’ kummerċjali tikkonsisti fi prodotti ta’ l-ikel ikun meħtieġ approvazzjoni wkoll mid-dipartiment tas-saħħa.
Attivitajiet kummerċjali mhux minn post fiss bhal bejjiegħa fit-toroq (street hawkers), bejjiegħa fis-swieq fil-beraħ (market Hawkers), bejjiegħa sostituti (substitute hawkers) etc jeħtieġu liċenzja personali li għaliha ma hemm l-ebda ħtieġa ta’ awtorizzazzjoni oħra għajr fejn jidħlu prodotti ta’ l-ikel.
L-applikazzjonijiet jistgħu jinġabru mid-dipartiment konċernat, jew mill-uffiċċji tal-kunsilli lokali jew jitniżżlu (downloaded) minn fuq il-portal tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-capping tas-surcharge fuq l-industrija tistax tiġi estiża fuq ċerti negozji li joperaw fil-qasam tal-kummerċ bħal supermarkets u ħwienet li joperaw refrigerators u freezers kbar u ta' bilfors jikkunsmaw ħafna aktar elettriku?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Onor Interpellant żgur japprezza li estensjoni tal-cappingtkun tfisser li l-bqija tal-klijenti tal-Korporazzjoni Enemalta u WSC ikollhom jerfgħu fuqhom żidiet fil-kontijiet tagħhom sabiex jagħmlu tajjeb għal dan.
Importazzjoni/Esportazzjoni ta' Prodotti /Servizzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn imports u kemm kien hawn exports ta' prodotti u servizzi sena, sena fit-2003, 2004, 2005, 2006, 2007 u 2008 (sat-30 ta' Ġunju)?
Response (FENECH, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba għal Mistoqsija Parlamentari Numru 2003.
Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-miżuri sabiex l-elevator fis-suq tal-Belt jerġa' jibda jintuża mill-aktar fis peress li mingħajru jonqos ħafna l-kummerċ tal-ħwienet fis-sulari ta' fuq? Jista' l-watchperson fil-post jieħu ħsieb is-sigurta' fil-każ li l-elevator mhux possibli jintuża short term?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-mistoqsija għandha ssir lill-Ministru responsabli.
Jista' l-Ministru jagħti l-ammont globali ta' persuni naturali Maltin li huma azzjonisti ta' kumpannija/kumpanniji reġistrati taħt l-MFSA? Minn dawn, kemm hu l-ammont ta' persuni li għandhom bejn 18 u 35 sena separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba mhix disponibbli u mhijiex tat-tip li normalment tinġabar la mir-Reġistru tas-Soċjetajiet u lanqas mill-NSO. Ikun jeħtieġ wisq riżorsi pubbliċi sabiex tiġi miġbura tali statistika.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern huwiex sodisfatt bil-Horizontal Axis Wind Turbine li ġie stallat bi prova mill-Enemalta f'Ramlet il-Qortin, limiti ta' l-Armier? Kemm ipproduċiet kilowatt hours ta' enerġija bħala medja minn meta ġiet stallata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li mill-5 ta Diċembru 2007 sal-11 ta' Lulju 2008 iġġenerat 1800 unit ta' enerġija (kWh), jiġifieri medja ta' 8.5kWh f'jum. l-Enemalta tinsab sodisfatta ħafna bl-installazzjoni tal-micro wind turbine għaliex qed tiġbor u tqassam informazzjoni rejalistika lil kull min hu nteressat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu b'difett konġenitali fl-aħħar sena jiġifieri bejn l-1 ta' Jannar 2007 u l-1 ta' Jannar 2008? Liema kienu d-difetti konġenitali l-aktar komuni f'dawn l-aħħar għaxar snin? Kemm minn dawn it-tfal kellhom bżonn trattament fir-Renju Unit?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ħarġu kotba mislufin mill-Librerija Nazzjonali sena b'sena fl-aħħar għaxar snin? Kemm huwa l-persentaġġ tal-popolazzjoni Maltija li sselfet imqar ktieb wieħed mill-Librerija Nazzjonali
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Librerija Nazzjonali (Biblijoteka tal-Belt) ma tipprovdix servizz ta’ self ta’ kotba iżda hija ċentru li jipprovdi l-aħjar faċilitajiet għall-istudju u r-riċerka.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn djar jew postijiet t'akkomodazzjoni battala f'Malta u Għawdex? Liema huma l-għaxar irħula li fihom hemm l-aktar djar jew postijiet battala? Kemm intlaqgħu applikazzjonijiet għall-bini ta' units ġodda (jiġifieri postijiet ta' akkomodazzjoni ġodda) kull sena mill-MEPA għal dawn l-aħħar għaxar snin?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati kitarri elettriċi, drum kits u bass giutars sena b'sena separatament fl-aħħar erba' snin?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba fuq il-kitarri elettriċi, drum kits u bass guitars ma tistax tingħata kif mitluba minħabba li l-kitarri ta’ kull tip huma miġbura taħt Nomenklatura Magħquda waqt li d-drum kits jaqgħu taħt il-kategorija ta’ percussion musical instruments bħal drums, xylophones, cymbals, castanets, maracas etc.
Għaldaqstant din l-informazzjoni qiegħda tiġi murija fit-tabella mpoġġija fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm berths f'kull marina li nsibu f'Malta u f'Għawdex?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta rmiġġi provduti minn yacht marinas ġewwa Malta u Għawdex huwa kif ġej:-
Portomaso 110
Manoel Island Marina 400
Grand Harbour Marina 250
Msida / Ta’Xbiex Yachting Centres 791
Mgarr Marina 204
Total 1755
Jista' l-Ministru jispjega kif ihni mqassma l-Legal Section tal-Malta Financial Service Authority mil-lat organizzattiv? Kemm-il darba sar safar minn ħaddiema tal-Legal Section tal-Malta Financial Service Authority fl-aħħar sena u fejn? Kemm ġie jiswa' dan is-safar?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Uffiċċju Legali tal-MFSA huwa mwaqqaf skond l-artikolu 12 ta’ Kap 330 tal-Liġijiet ta’ Malta u fil-preżent jikkonsisti f’direttur, senior manager, manager u administrative assistant. Skond ir-records tal-MFSA, bejn l-1 ta’ Lulju 2007 u it-30 ta’ Ġunju 2008, membri tal-Uffiċċju bħala total intbgħatu fuq ħames żjarat ta’ xogħol sabiex jattendu għal meetings jew attivitajiet barra minn Malta.
Id-destinazzjonijiet kienu kif ġej:
1. Madrid
2. Pariġi darbtejn;
3. Praga
4. Maastricht
In-nefqa totali li ħalset l-MFSA għal dawn is-safriet ammontat għal EUR 5,231.66, li magħhom iridu jiżdiedu EUR 344.65 fir-rigward tas-safra li kienet ġiet ikkanċellata u posposta għal data sussegwenti. Is-safriet minn 1 sa 3 kienu kollha konnessi mal-parteċipazzjoni regolari ta’ dan tal-Uffiċċju f’
meetings
li jsiru kull tliet xhur f’kapitali ewropej minn
sub-group
tas-CESR, li jgħaqqad ir-regolaturi tas-
securities
ta’ l-Unjoni Ewropea, liema
sub-group
jieħu ħsieb – fost ħwejjeġ oħra - ko-operazzjoni u skambju ta’ informazzjoni bejn ir-regolaturi speċjalment fil-kamp tal-
market abuse
. In-numru 4 kienet żjara għal skop ta’ taħriġ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn postijiet t'akkomodazzjoni li tellgħu solar water heater? Liema tipi ta' solar water heaters huma l-aktar popolari maċ-ċittadini ta' pajjiżna? Kemm hemm familji ġodda li bbenefikaw mis-sussidju tal-gvern fuq solar water heaters? Din l-iskema se tkompli tissaħħaħ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li skond ċifri maħruġa mill-Awtorità ta’ l-Istatistika dwar l-aħħar ċensiment tal-Popolazzjoni u d-Djar li sar fl-2005, jirriżulta li kien hawn 5010 solar water heater installati.
Ma nistax ngħid liema tipi ta'
solar water heaters
huma l-aktar popolari minħabba li din hija informazzjoni ta’ natura kummerċjali.
Matul l-2007 applikaw 1664 persuna għas-sussidju tal-Gvern dwar
solar water heaters
u l-ammont imħallas kien ta’ € 382,143.48. Mill- 1 ta’ Jannar 2008 sa’ t-18 ta’ Awissu 2008 kien hemm 475 applikazzjoni u l-ammont ta’ sussidju imħallas kien ta’ € 109,077.57.
Il-pjan tal-Gvern hu li jkompli jsaħħaħ din l-iskema, permezz ta’ fondi strutturali Ewropej, kif tħabbar fil-Budget għal din is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-Gvern fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispażju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-Taqsima Proprjeta’ tal-Gvern m’għandhiex l-informazzjoni mitluba. Hemm xi entitajiet/Awtoritajiet illi wkoll installaw dan l-apparat, għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel it-talba tiegħu lill-Ministri konċernati.
Tista’ l-Ministru tgħid x’sar s’issa mill-Gvern biex joffri art lil istituzzjonijiet edukattivi ta’ reputazzjoni internazzjonali li jkunu interessati jiżviluppaw
campus
tagħhom ġewwa Għawdex u jipprovdu programmi edukattivi primarjament indirizzati lejn studenti internazzjonali?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-art għal dan il-proġett ġiet identifikata u se jsiru diskussjonijiet ma istituzzjonijiet edukattivi ta' reputazzjoni internazzjonali.
Tista' l-Ministru tgħid jekk bediex il-proċess biex f'Għawdex jitwaqqaf mużew ta' arti moderna u kontemporanja ta' livell nazzjonali? Jekk fin-negattiv, meta hu mistenni li jinbeda? Fejn hu mistenni li jitwaqqaf dan il-mużew?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata, li Heritage Malta għandha l-ħsieb li jitwaqqaf Mużew ta’ l-Arti f’Għawdex. Bħalissa Heritage Malta għadha fil-fażi li tidentifika l-post adegwat għal dan il-proġett.