Jista’ l-Ministru jgħid għaliex id-dwal tat-toroq li hemm fit-triq ta' Ħaż-Żebbuġ (by-pass) u fit-telgħa ta' Hal-Luqa jkunu għadhom mixgħulin fis-06:30hrs, meta x-xemx tkun ilha li telgħet mhux ħażin u diġa’ jkunu mixgħula fis-18:00hrs meta jkun għadu d-dawl sew?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Awtorità Dwar it-Trassport beħsieba tibdel is-sistema ta' kif jinxtegħel id-dawl biex tissolva il-problema li qed jindika l-Onor. Interpellant.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk fl-armata Maltija bħalissa hemmx in stock biex suldati jkunu jistgħu jibdlu partijiet mill-uniformi, speċjalment T-shirts u żraben? Jista’ jgħid kemm kienu l-flus ivvutati għall-Forzi Armati ta’ Malta fl-aħħar 10 snin, maqsumin sena b’sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Forzi Armati għandhom fl-istock diversi partijiet ta’ uniformi biex jiġu mibdula mis-suldati. Għall-imsemmija partijiet, T-shirts u żraben jista’ ikun li xi drabi ma jkunx hemm id-daqs mitlub imma proprju x-xahar li għadda wasal stock ġdid ta’ żraben u fl-aħħar ta’ Awissu għandu jasal stock ġdid ta’ T-shirts wara sejħa oħra għal tenders.
Dwar flus ivvutati lill-FAM l-Onorevoli Interpellant huwa ġentilment mitlub jispeċifika għal liema vot qiegħed jirreferi.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid jekk hux qegħdin isiru tentattivi min-naħa tal-Gvern sabiex l-awtoritajiet Taljani jirrilaxxaw mill-aktar fis il-merkanzija kollha ta' 52 importatur Malti li ġiet sekwestrata mill-Guardia di Finanza ta' Catania, Sqallija, fil-15 ta' Novembru 2007? Jekk iva, jista' jispjega x'ħidma qed issir?
Response (BORG, TONIO)
Il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, flimkien mal-Ambaxxata Maltija f'Ruma u l-Konsul Onorarju ta' Malta f'Katanja, segwa dan il-każ mis-16 ta' Novembru, 2007, l-għada li l-merkanzija ġiet miżmuma mill-Awtoritajiet Taljani fil-port ta' Katanja.
Fil-fatt matul dawn l-aħħar disa' xhur, il-Ministeru ħadem mill-qrib mal-Ministeru ta' l-Affarjiet Barranin Taljan kif ukoll mal-Guardia di Finanzia f'Katanja sabiex jassigura li n-negozjanti Maltin involuti fil-każ jingħataw trattament ġust u li ma ssir l-ebda diskriminazzjoni kontrihom. Waqt il-ħidma tiegħu, il-Ministeru żamm ukoll kuntatt kontinwu mal-importaturi Maltin kif ukoll mal-avukat tagħhom f'Katanja.
Dawn l-isforzi Diplomatiċi għenu biex fil-21 t'April, 2008 it-Tribunal tal-Investigazzjoni Preliminari (GIP) ta' Katanja jagħti s-sentenza tiegħu dwar dan il-każ. L-Ambaxxata ta' Malta f'Ruma flimkien mal-Konslu Onorarju f'Katanja bhalissa jinsabu f'kuntatt mal-Guardia di Finanzia ta' Katanja bil-għan li jitħaffef il-proċess tal-ħlas tad-dazju u l-VAT dovuti biex b'hekk il-każ ikun magħluq fl-aħjar interess tal-Maltin fl-inqas żmien possibbli.
Finanzi, Ekonomija u Investiment — Nies impjegati ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fid-dipartimenti, kumpanniji u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2008?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex arblu tad-dawl perikoluż fit-triq li mill-Mosta twassal għall-Imġarr jinqala' kemm jista' jkun malajr u jinbidel bil-bozza b'kollox għaliex ilu xhur sħaħ f'dan l-istat wara inċident tat-traffiku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li dan l-arblu tad-dawl ġie mibdul.
Jista' l-Ministru jagħti struzzjonijiet ħalli ż-zebra crossing li hemm bħalissa li hija perikoluża tiġi modifikata ħalli jonqos dan il-periklu? Din iż-zebra crossing tinsab ġo Valletta Road maġenb il-ground tal-Mosta li l-modifikazzjoni tagħha trid issir fuq naħa minnhom inti u dieħel lejn il-Mosta ħalli karozzi li jkunu ġejjin minn Triq il-Manwella għal Triq Valletta jkunu jistgħu jagħmlu dan b'inqas periklu.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din iż-zebra crossing se titressaq lejn id-direzzjoni tal-Mosta sabiex jitnaqqas il-periklu msemmi.
Jista' l-Ministru jgħid liema toroq f'Bormla, il-Birgu, l-Isla, il-Kalkara, ix-Xgħajra, Ħaż-Żabbar u l-Fgura se jsirilhom xi xogħol (u jispeċifika x'inhu fejn hu l-każ) matul is-sena 2008?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fl-aħħar ġranet il-Gvern Ċentrali ħadem fuq il-bini mill-ġdid ta’ Triq San Lawrenz fil-Birgu u ser isir xogħol fuq dawn it-toroq:-
Hamlet Access Road – Kalkara Triq ix-Xilep, Fgura
N/S in Triq il-Knisja, Xgħajra Triq is-Sur, Fgura - water culvert
Triq Kolu Vella, Xgħajra Triq P Sciberras, Zabbar
Triq l-Awrat, Xgħajra Triq Hadd in-Nies, Zabbar
Triq il-Fabbriki, Xgħajra T/G fi Triq Hadd in-Nies, Zabbar
Triq il-Grottli, Xghajra Triq l-Istellarju, Zabbar
Sqaq Qaccawiet, Xghajra
Sqaq il-Grawnd, Xghajra
Triq Dwardu Ellul, Xghajra
p/o Triq il-Fortizza tal-Grazzja, Xghajra
Dawn ix-xogħlijiet jikkonsistu fi tqegħid ta’ servizzi ġodda, kostruzzjoni ta’ bankini, skavar, bini w asfaltar tat-triq.
Ta’ min iżid li x-xogħlijiet konnessi mal-Hamlet tal-Kalkara jinkludu bini ta’ ħajt solidu ta’ lqugħ. Dan ix-xogħol se jinbeda hekk kif jitlesta l-proċess ta’ espropjazzjoni ta’ l-art.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-privatizzazzjoni mħabbra tal-marinas hux se tibqa' issir fuq il-pjan approvat mill-Kabinett xi xhur ilu, inkella hux se jsir kollox mill-ġdid?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li din il-privatizazzjoni ser issir fuq il-pjan li l-Kabinett approva.
Billi fil-jiem li għaddew il-Ministru qal li ser issir il-privatizazzjoni tal-marinas immexxija mill-MMA, jista' l-Ministru jgħid jekk din il-privatizazzjoni hix ser titkompla fuq il-pjan maqbul u approvat mill-Kabinett xi xhur ilu? Jekk le, ser isir xi studju ieħor dwar dan?
Response (GATT, AUSTIN)
Nikkonferma l-informazzjoni li tajt għar-risposta għall-PQ 726.
Pjan ta' Ħidma tal-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment
Question
Filwaqt li nfaħħar l-inizjattiva li ħa l-Ministeru li jorganizza Micro Enterprise and Business Support Unit, jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li l-Ministeru jippubblika pjan ta' ħidma li fiha jidhru l-inizjattivi li l-Ministeru qed jieħu biex janalizza issues li qed jiltaqgħu magħhom self employed u sidien ta' negozi żgħar?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi għal fini ta’ korrettezza l-isem tal unit li twaqqaf huwa MICRO BUSINESS SUPPORT UNIT, u mhux kif ġie referut fil-mistoqsijja.
Rigward il-pubblikazzjoni ta’ pjan ta’ ħidma b’inizjattivi favur is-
self-employed
u negozji zgħar, il-Ministeru għadu kif waqqaf
Enterprise Policy Directorate,
li bħalissa qed ifassal l-istrateġija adekwata ta’ kif dawn l-istess inizjattivi jkunu magħrufa, diskussi, u magħmula accessibbli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali ta' flus li s'issa rċeviet Malta mill-Unjoni Ewropea? Kemm minn dawn il-flus kienu għal proġetti tal-Gvern u kemm għal individwi jew organizazzjonijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-fondi li Malta rċeviet mill-Unjoni Ewropea kienu ta’: minn Diċembru, 2000 sa April 2004 €12,953,120.70; u minn Mejju 2004 sa Ġunju 2008 €349,055,289.15. Dawn kienu għal proġetti tal-Gvern fejn il-benifiċċjarju huwa l-Gvern innifsu. L-unika eċċezzjoni hija fil-każ tal-Fondi Strutturali, fejn għalkemm il-proġetti huma kollha sottomessi minn Dipartimenti u entitajiet tal-Gvern, il-benifiċċjarji jistgħu jkunu fost l-oħrajn individwi, organizazzjonijiet jew kumpaniji privati. Ta’min jinnota wkoll illi anke fl-ambitu ta’ fondi strutturali, l-gvern huwa l-beniffiċċjarju ewlieni tal-proġetti.
Jista' l-Ministru jara li jittieħdu azzjonijiet konkreti biex ix-xufiera li filgħodu jkunu jridu joħorġu minn Santa Luċija għal madwar r-roundabout li hemm kif titla' t-telgħa ta' Maria Addolorata, jiġu ffaċilitati? Saru diversi interpellanzi fil-passat dwar din il-problema iżda s-sitwazzjoni mhux talli ma rranġatx, talli kompliet tiħżien
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ADT hija konxja tal-problema tat-traffiku msemmija tant u hekk li sar disinn ta’ aċċess ieħor fuq Triq Luqa biex jinqata' dak ta’ fuq ir-roundabout. L-għan tal-ADT huwa li timplimenta dan il-proġett matul is-sena d-dieħla.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati karozzi ġodda tat-tip hybrid (jiġifieri dawk li jaħdmu kemm bil-fuel u kif ukoll bil-batterija) sena b'sena matul dawn l-aħħar ħames snin? X'inhuma l-inċentivi fiskali meta wieħed jixtri karozza ta' dan it-tip? Il-gvern qiegħed jikkonsidra li dawn l-inċentivi jitjiebu fid-dawl tal-problemi ambjentali u l-ispiża dejjem tiżdied taż-żejt?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar ħames snin ġew rreġistrati;
Sena
Numru ta’ vetturi hybrid rreġistrati
2003
1
2004
2
2005
6
2006
4
2007
17
L-inċentiv fiskali meta wieħed jixtri karozza ta' dan it-tip hu li t-taxxa tar-reġistrazzjoni hija ta’ 16.5% (minflok 50.5% sa 75%).
Fir-rigward jekk hemmx ħsieb li jiġu kkonsidrati inċentivi differenti minn dawk preżenti, nitolbu lill-Onor Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'logħob bħal lottu, tombla u Super 5 matul is-sena 2005, 2006 u 2007? Jista' jgħid jekk teżistix statistika ta' fejn sejra t-trend? Jekk iva, l-poplu Malti sar jilgħab aktar flus fil-lottu, tombla, Super 5, eċċ jew naqqas il-logħob?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-istatistika miġbura mill-Awtorita’ tal-Lotteriji u Logħob hija din:
Sena
Lottu
Super 5
U*Bet
Quick Keno
Scratchers
Tombla Kummerċjali
Total
€
€
€
€
€
€
€
2005
27,720,975
29,038,157
11,074,983
1,486,208
1,552,212
3,478,002
74,350,536
2006
29,084,176
24,177,998
12,276,786
3,732,521
1,218,699
6,949,644
77,439,826
2007
29,375,608
25,340,487
10,424,068
4,095,165
1,024,557
7,077,055
77,336,941
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1484 u 1126 u jgħid kemm hemm ħaddiema/persuni in ġenerali li jħallsu kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali bħalissa? Kemm minnhom huma self-employed?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1126.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet fuq vejikoli kummerċjali (VRT) din is-sena? Kemm mill-vetturi m'għaddewx?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta' testijiet fuq vejikoli kummerċjali (VRT) bejn Jannar u Awwissu ta' din is-sena kien ta' 17,813. Minn dawn, 2090 m'għaddewx. Minn dawk li m'għaddewx, 1816 reġgħu qagħdu għat-test, u 4 m'għaddewx.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-Qorti din is-sena talli ħaddmu persuni bla permess? Kemm weħlu f'kull każ?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li bejn Jannar u Awwissu, 2008, tressqu 214 każ quddiem il-Qorti kontra persuni li ħaddmu nies bla permess. Minn dawn, 182 instabu ħatja jew ammettew qabel beda s-smiegħ tal-kawża, 10 ġew irtirati u 22 ġew liberati.
Ninsab infurmat ukoll li tħallsu € 12,843 f’multi lill-Qorti u €10,035 f’multi amministrattivi lill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ.