Laqgħat bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea — Servizz tal-Baħar bejn Malta u Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi korrispondenza u/jew laqgħat formali jew informali bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea minn Ġunju 2007 ‘l hawn dwar l-Opinjoni Motivata li l-Kummissjoni Ewropea bagħtet lil Malta dwar is-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex (KE Ref Nru IP/06/1777) fejn il-Kummissjoni allegat li l-Gvern kiser ir-regolamenti Komunitarji dwar il-kabotaġġ marittimu? Jekk kien hemm meta? X’kien l-eżitu tagħhom? X’inhi l-pożizzjoni llum? X’inhija l-pożizzjoni tal-Gvern dwar dan il-każ? Il-ħaddiema tal-kumpanija Gozo Channel li jistgħu jitilfu l-impjieg tagħhom ma’ din il-kumpanija qed jinżammu informati bl-iżviluppi li qed ikun hemm u dwar x’inhuma l-prospetti għalihom dwar l-impjieg tagħhom?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx xi tibdil għall-Avviż Legali Nru 150 tal-1995 (dwar l-industrija fid-djar – cottage industry)? Jekk sar, meta? X’inbidel mill-Avviż Legali? Kemm nies ibbenefikaw mit-tibdil li sar?
Awtorità Marittima u Gozo Channel — Kuntratt ta' kera
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx xi kuntratt ta’ kera (Harbour Agreement) bejn il-Gvern/l-Awtorità Marittima u l-Gozo Channel għat-terminals tal-passiġġieri, tal-marshalling areas u tal-parkeġġi fil-portijiet taċ-Ċirkewwa u ta’ l-Imġarr Għawdex? Jekk sar kuntratt, meta sar u għal liema terminu ta’ żmien? X’inhu l-valur tal-kera u fuq liema kriterji ġiet stabbilita? Huwa kkontemplat li l-kera tiġi riveduta meta jitlestew il-faċilitajiet kollha taċ-Ċirkewwa? Jista’ jekk jogħġbu jpoġġi kopja tal-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’jonqos isir biex jitlesta l-proġett ta’ faċiliajiet ġodda fiċ-Ċirkewwa? Jistà jagħti skeda ta’ kif se jitwettqu u meta se jitlestew dawn il-faċilitajiet ġodda?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-proġett tat-terminal taċ-Ċirkewwa mistenni jitkompla fit-tielet kwart (bejn Lulju u Settembru) tas-sena 2009. Id-disinji preżenti ta’ dan il-proġett għandhom jitlestew sa l-aħħar tas-sena 2008, filwaqt li l-fażi tat-tendering mistennija ssir fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2009. Il-proġett mistenni li jitlesta sa l-aħħar tas-sena 2011.
Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-proċess tal-ħatra ta' l-uffiċjali edukattivi, suġġett b'suġġett u kemm inħatru kull suġġett? Kemm applikaw u b'liema kwalifika? Kemm inħatru u b'liema kwalifiki? X'kienu l-kriterji f'kull każ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Informata li l-proċess tal-ħatra ta’ l-uffiċjali edukattivi tlesta. Inħatru 21 uffiċjal:
1. Adult Education 1
2. Arabic 1
3. Basic Skills -
4. Biology 1
5. Chemistry 1
6. Computer Studies 1
7. eLearning 1
8. Early Childhood 1
9. Geography -
10. ICT -
11. Inclusive & Special Education 2
12. Maltese 1
13. Media 1
14. Music 1
15. PE 1
16. Physics 1
17. Primary 2
18. PSD 2
19. Religion 2
20. Science -
21. Social Studies 1
Applikaw 70 u l-applikanti kollha kienu eliġibbli skond is-sejħa għall-applikazzjoni tal-Gazzetta tal-Gvern bid-data 20 ta’ Ottubru 2007.
Inħatru 21 bil-kwalifika skond is-sejħa għall-applikazzjoni tal-Gazzetta tal-Gvern bid-data 20 ta’ Ottubru 2007.
Il-kriterji kienu skond is-sejħa għall-applikazzjoni tal-Gazzetta tal-Gvern bid-data 20 ta’ Ottubru 2007 (kopja tal-paġni relevanti se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra).
Investigazzjoni dwar xiri ta uniformijiet tal-iskejjel
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-investigazzjoni li ordna ssir dwar ix-xiri tal-uniformijiet tal-iskejjel? Jikkonferma li kien wiegħed li l-investigazzjoni kellha tintemm qabel il-bidu ta' sena skolastika li digà bdiet u allura l-uniformijiet laħqu nxtraw?
Skejjel primarji F'Malta u f'Għawdex — Junior Lyceum
Question
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-iskejjel primarji kollha ta' Malta u Għawdex? F'kull skola kemm kien hemm studenti li kienu fl-età li joqogħdu għall-eżami tal-Junior Lyceum? Kemm fil-fatt qagħdu għall-eżami? Kemm għaddew studenti fis-suġġetti kollha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid f'kull skola primarja ta' Malta u Għawdex kemm għandna klassijiet sena b'sena (year 1, year 2 eċċ)? F'dawn l-iskejjel kemm għandna klassijiet li huma streamed u kemm klassijiet li mhumiex streamed?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li n-numru ta’ klassijiet fl-iskejjel primarji ta’ Malta u Għawdex kif ukoll in-numru ta’ klassijiet li huma streamed u dawk li m’humiex streamed huw kif muri hawn taħt:
Year1
Year 2
Year 3
Year 4
Year 5
Year 6
Year 7
Numru ta’ Klassijiet
120
115
116
129
127
134
11
Streamed
-
-
-
12
111
124
-
Mhux Streamed
120
115
116
117
16
10
11
Postijiet vakanti fl-iskejjel primarji u sekondarji
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm postijiet vojta segretarjali, klerikali, amministrattivi u ta' personnel inkarigat mit-tindif u manutenzjoni fl-iskejjel primarji u sekondarji f'Malta u f'Għawdex? Meta se jintlew dawn il-postijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'Seduta oħra.
Peress li issa għandna l-infurzar tal-liġi dwar is-sidien ta' klieb li jħamġu fit-toroq, jista' l-Ministru jgħid jekk din l-istess liġi tgħoddx għaż-żwiemel ukoll? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm kien hemm taħrikiet fuq ħmieġ magħmul minn żwiemel?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi r-regolamenti dwar il-kontroll tal-klieb li għamel referenza għalihom l-Onorevoli Interpellant ma japplikawx għaż-żwiemel.
Ir-reat dwar ħmieġ magħmul minn żwiemel huwa stabbilit fl-Art. 4 tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 435.63, partikolarment ir-regolament (e) taħt l-ewwel Skeda.
Din is-sena tressqu ħames persuni b'konnessjoni ma' dan ir-reat.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari W2 fejn staqsejt lill-Ministru dwar xogħol ta' titjib fi Triq Santa Liena Bormla, u r-risposta tal-Minstru fejn irreferieni għat-tweġiba li tani f'mistoqsija parlamentari W1, nixtieq li l-Ministru jivverifika peress li dawn huma żewġ toroq differenti, u allura nerġa nistaqsi lill-Minsitru: Meta ser isir ix-xogħol fuq Triq Santa Liena, Bormla, triq li ilha xhur li beda x-xogħol fiha, u t-trabijiet kbar li hemm qed ikunu ta' inkonvenjent għar-residenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Bormla — Pjazza Santa Margerita - Multi Storey Car Park
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk sarx xi progress dwar il-proġett tal-Multi Storey Car Park fi Pjazza Santa Margerita Bormla? Jista' jgħid x'inhu dan il-progress wara tant snin ta' stennija?
Jista' il-Ministru jgħid kemm tqassmu fondi mill-Good Causes Fund minn Jannar 2008 sal-lum? Jista' jgħid min ibbenefika minnhom, x'kienet is-somma u r-raġuni għaliex ingħatat din is-somma?
Awotrità Dwar it-Trasport — Ħal Qormi - Triq l-Imdina - Traffic Lights
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-Awtorità Dwar it-Trasport se tieħu azzjoni biex tiġi solvuta l-problema tar-residenti li jgħixu fl-area ta’ Triq Nikol Montebello u toroq biswit li lkoll jiżbukkaw f’parti minn Triq l-Imdina, Ħal Qormi u li m’għandhom l-ebda ħarsien biex jaqsmu din it-triq traffikuża biex imorru għal kull xorta ta’ servizz fuq in-naħa tal-core ta’ Ħal Qormi? L-Awtorità Dwar it-Trasport qatt għamlet xi xorta ta’ assessment fuq din il-parti tat-triq, fejn hemm mijiet ta’ residenti biex tistabilixxi l-ħtiega urġenti ta’ faċilità ta’ pedestrian crossing b’sistema ta’ traffic lights? Jekk le, meta se jsir dan? Jekk iva, x’kienu l-konklużjonijiet u l-pjani li għandha l-Awtorità Dwar it-Trasport?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Skart Miġbur Separatament — Kuntratturi mhux imħalsa
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta se jħallas lil dawk il-kuntratturi li qed jiġbru l-iskart separat mil-lokalitajiet? Jaf li uħud minn dawn il-kuntratturi għadhom ma tħallsux u oħrajn qed jitħallsu bi tliet xhur b’lura, u dan meta l-ispejjeż għal dawn il-kuntratturi qed jogħlew bil-kbir?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fid-dawl ta’ l-implimentazzjoni tar-riforma fil-ġbir ta’ l-iskart, li jinkludi kemm skart organiku u dak separat, qed jitħejjew dokumenti ġodda għall-kuntratti dwar il-ġbir ta’ skart. Dan l-eżerċizzju qed isir bejn il-partijiet kollha ikkonċernati (li jinkludu l-Ministeri u d-Dipartimenti rispettivi, id-Dipartiment għall-Gvern Lokali, l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u l-General Retailers and Traders Union).
Fejn id-dokumenti mingħand il-kuntratturi ġew mibgħuta skond il-ħtiġijiet tal-ftehim bejn il-partijiet, ma kien hemm l-ebda diffikultà biex il-ħlas issir mill-ewwel. Id-dewmien kien biss f’dawk il-każijiet li l-inkartament ma kienx kif meħtieġ.
Jien infrurmat li għax-xhur ta’ Mejju, Ġunju u nofs Lulju, kważi l-kuntratturi kollha ġew mħallsa tax-xogħol tagħhom. Fadal biss xi whud li ma ppreżentawx id-dokumentazzjoni meħtieġa. Issa qed jiġu ipproċessati l-kontijiet minn nofs Lulju l’hawn liema proċess hu aktar ikkumplikat minħabba rati differenti ta’ ħlas. Qed isir kull sforz biex il-kontijiet pendenti jiġu mħallsa kemm jista’ jkun malajr.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni reġistrati biex iġorru first class water? Kemm hawn trakkijiet reġistrati biex iġorru first class water? Min huma dawk il-persuni jew kumpanniji? Jista' jgħid jekk dawn jistgħux iġorru wkoll second class water bl-istess bowsers/trakkijiet li jġorru first class water? Jekk le, kemm saru spezzjonijiet mill-ewwel tas-sena sal-lum u x'kienu ir-riżultati? Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy u x'inhuma r-regolamenti tal-Gvern fir-rigward tal-ġarr ta' l-ilma first class u second class? Jista' jgħid kull bowser minn liema materjal hu magħmul u jekk dan hux skond r-regolamenti tal-Gvern?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li d-Dipartiment għal Saħħa Ambjentali f’ħdan id-Diviżjoni tas-Saħħa jirreġistra dawk il-persuni jew kumpaniji li jġorru ilma biex jintuża għall-konsum mill-bniedem skond il-provedimenti ta’ l-Avviż Legali 357 ta’ l-2004 dwar ir-reġistrazzjoni ta’ provvisti privati ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.
Id-Dipartiment għal Saħħa Ambjentali fir-reġistru miżmum minnu skond il-provvedimenti tar-Regolament 6 ta’ l-istess Avviż Legali għandu sitt persuni jew kumpaniji rreġistrati biex iġorru ilma biex jintuża għall-konsum mill-bniedem u li bejniethom għandhom 16 il
bowser
jew
trailer
irreġistrati biex jintużaw għal ġarr ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. Lista ta’ dawn il-persuni kif ukoll dettalji tal-
bowsers
jew
trailers
ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dawk il-
bowsers
jew
trailers
irreġistrati għal ġarr ta’ ilma għall-konsum mill-bniedem ma jistgħux jintużaw għal kwalunkwe ġarr ta’ ilma ieħor. Il-persuna responsabbli għal fini ta’ dawn ir-regolament għandha l-obbligu li tagħmel monitoraġġ skond il-provedimenti ta’ l-Avviż Legali 116 ta’ l-2004 Regolamenti ta’ l-2004 li jemendaw ir-regolamenti dwar il-kwalita’ ta’ Ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem u dan għandu jsir kull tlett xhur minn kull
bowser
jew
trailer
irreġistrat. Ir-riżultati ta’ l-analisi jitbagħtu lid-Dipartiment għal Saħħa Ambjentali regolarment, fejn jiġu mmonitorjati. Fin-nuqqas jittieħdu il-miżuri neċessarji legali kif ukoll titneħħa rreġistrażżjoni ta’ l-istess
bowser
.
Matul din is-sena saru ukoll tmintax il-spezzjoni minn uffiċjali ta’ dan id-dipartiment sabiex jiġi kkonfermat li l-ilma f’dawn il-
bowsers
jew
trailers
kien dak li huwa rreġistrat u li kien ta’ kwalita’ skond il-provedimenti tal-liġi għall-Kwalita’ ta’ Ilma Maħsub għall-Konsum mill-Bniedem. Kien hemm żewġ każijiet
fejn bowsers ġew imwaqqfa b’ordni ta’ kontroll t’emergenza. Tali ordnijiet ġew irtirati wara li saru t-trattamenti neċessarji u ħarġu r-riżultati tat-testijiet ta’ l-ilma tajbin.
Rigward l-
policy
u r-regolamenti tal-Gvern dwar il-ġarr ta’ l-ilma
first class
u
second class
kif diġa ġie spjegat id-Dipartiment għal Saħħa Ambjentali jirregola l-ġarr ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. Għaldaqstant, jeżistu regolamenti taħt A.L. 167 ta’ 1997 kif emendat b’A.L. 426 ta’ 2007 – Regolamenti dwar ir-Reġistrazzjoni ta’ Water Tankers maħruġa taħt l-Att dwar il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-ilma li dawn ma jaqgħux taħt ir-responsabbilita’ ta’ dan id-dipartiment u għaldaqstant tali informazzjoni tista’ tintalab lill-Ministru kkonċernat.
Informat ukoll li l-materjal ta’ kull
bowser
hija ir-responsabbilta tal-operatur li jiżgura li il-materjal li jkun qed jinforra t-tank fejn jinġarr l-ilma jkun konformi ma' l-Avviż Legali 138/2003 kif amendat bl-AL 176/2008 dwar il-materjali li jkollhom kuntatt mal-affarijiet tal-ikel. Id-Dipartiment ma jżommx din l-informazzjoni iżda jagħmel il-verifiki neċessarji f’każ ta’ investigazzjoni.