Legislature:
Category:
Reset
Active:

Enemalta/WSC — Kontijiet pendenti tad-dipartimenti tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1581 u jgħid kemm huwa d-dejn li d-dipartimenti tal-Gvern għandhom ma' l-Enemalta u WSC?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ammont totali ta’ kontijiet pendenti li d-Dipartimenti tal-Gvern għandhom lejn il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma u l- Korporazzjoni Enemalta huwa ta’ € 2,127,907.50 u €10,773,979.23 rispettivament. Dawn il-figuri huma bbażati skond informazzjoni miksuba fit-3 ta’ Lulju 2008.

Kumpanija MIDI-Art mogħtija

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 1683, 1396 u 1052, li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment u issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm huwa t-total ta' art li ngħatat il-kumpanija MIDI u kemm minn din l-art kellha tinbena ma' l-iffirmar tal-kuntratt oriġinali? Kemm-il darba ġie emendat dan il-kuntratt u x'kundizzjonijiet ġodda ġew introdotti fuq il-kuntratt oriġinali?

Response (GATT, AUSTIN)

Filwaqt li nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 1853, ninforma lill-Onor Interpellant illi il-kuntratt imsemmi ma kienx emendat.

Aċċess għal garage

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1989,1747 u 1458 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura,Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament sabiex jiġi mogħti lilha aċċess effettiv għal garage mibni lilha mid-Dipartiment ta' l-Artijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1747.
Leg 11 PQ #2194 Sitting 36 2008-09-30 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex-Adult Training Centres

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1984, tista' l-Ministru tgħid kemm hemm Adult Training CentresGħawdex? Fejn qegħdin u kemm hu l-average attendance f'kull ċentru kuljum?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

F’Ghawdex hemm Centru wiehed ghat-Tahrig ta’ l-Adulti, li qieghed fi Triq l-Imgarr Ghajnsielem. Hemm 39 persuna registrata, li jattendu b’mod regolari u jircievu is-servizzi provduti mic-Centru. Fil-prezent qed isir xoghol fuq Centru gdid fir-Rabat Ghawdex, li nbena apposta ghal dan l-iskop u li ser jiehu post dak prezenti.

Karrijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' karrijiet reġistrati mal-vetturi, muturi, opri tal-baħar u opri tas-sajd eċċ., li huma reċistrati u għandhom in-number plates pari mar-reġistru?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Awtorita’ dwar it-Trasport ta’ Malta ma tirreġistrax karrijiet. L-ADT tagħti biss il-permess sabiex vettura jkollha t-tielet pjanċa (pjanċa addizjonali li titwaħħal mal-karru). Minn dawn il-vetturi bit-tielet pjanca hemm total ta’ 13704.

Ministeru ta' l-Edukazzjoni,Kultura,Żgħażagħ u Sport — Kuntratti għall-ġarr mogħtija lil Borg Bros.

Question

Tista' l-Ministru tagħti rendikant dettaljat tat-tenders kollha ta' ġarr u trasport ta' għamara u merkanzija oħra, tkun xi tkun, li ġew awarded lid-ditta Borg Bros. ta' Triq id-Demnuq, Siġġiewi, mis-sena 2000 sal-ġurnata tal-lum (xahar b'xahar), inkluż dawk li għadhom operattivi sal-lum? Tista' tgħid liema tenders ingħataw lil din id-ditta b'direct order u liema tenders ingħataw wara sejħa għall-offerti? Tista' tagħti l-informazzjoni mitluba għal kull dipartiment,korporazzjoni u awtorita' li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #2246 Sitting 36 2008-09-30 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministru għall-Politika Soċjali — Kuntratti għall-ġarr mogħtija lil Borg Bros.

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikant dettaljat tat-tenders kollha ta' ġarr u trasport ta' għamara u merkanzija oħra, tkun xi tkun, li ġew awarded lid-ditta Borg Bros. ta' Triq id-Demnuq, Siġġiewi, mis-sena 2000 sal-ġurnata tal-lum (xahar b'xahar), inkluż dawk li għadhom operattivi sal-lum? Jista' jgħid liema tenders ingħataw lil din id-ditta b'direct order u liema tenders ingħataw wara sejħa għall-offerti? Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba għal kull dipartiment,korporazzjoni u awtorita' li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #2247 Sitting 36 2008-09-30 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Kuntratti għall-ġarr mogħtija lil Borg Bros.

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikant dettaljat tat-tenders kollha ta' ġarr u trasport ta' għamara u merkanzija oħra, tkun xi tkun, li ġew awarded lid-ditta Borg Bros. ta' Triq id-Demnuq, Siġġiewi, mis-sena 2000 sal-ġurnata tal-lum (xahar b'xahar), inkluż dawk li għadhom operattivi sal-lum? Jista' jgħid liema tenders ingħataw lil din id-ditta b'direct order u liema tenders ingħataw wara sejħa għall-offerti? Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba għal kull dipartiment,korporazzjoni u awtorita' li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #2255 Sitting 36 2008-09-30 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Paceville — Pulizija pajzana

Question

Jista' l-Ministru jara li fi stabbilimenti ta' divertiment ġo Paceville l-Pulizija jilbsu bħala pajzana biex iżommu l-bon ordni għaliex bl-uniformi jista' jagħtu dehra negattiva għal industrija tat-turiżmu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li parti mill-ħidma tal-Korp tal-Pulizija hija l-preżenza tagħha f’Paceville. Ovvjament il-membri jkunu lebsin l-uniformi kif tirrikjedi l-Liġi. Ma hemm xejn x’juri li dan il-fatt inaqqas b’xi mod mill-kwantità ta’ turisti li jiġu f’pajjiżna jew f’Paceville, anzi l-preżenza tal-Pulizija hija ta’ deterrent u xhieda tas-serjetà u buon ordni.

Anzjani fir-Residenza San Vincenz de Paule

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-anzjani li ddaħħlu fir-Residenza San Vincenz de Paule, xahar b’xahar, minn April 2008 sal-lum?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li matul il-perjodu indikat daħlu 105 anzjan fir-Residenza San Vincenz de Paule. Informat ukoll hekk :- 2008 Irġiel Nisa Total April 5 24 29 Mejju 5 10 15 Ġunju 9 6 15 Lulju 9 13 22 Awissu 5 13 18 Settembru 2 4 6 (sal-11 ta' Settembru) Total 35 70 105

Uniformijiet fl-Iskejjel

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi l-politika tal-Ministeru biex jintgħażlu dawk li se jissuplixxu uniformijiet lill-iskejjel li jaqgħu taħt id-diversi kulleġġi statali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-politika tad-Direttorat għal Servizzi Edukattivi minn Novembru ta’ 2007 hija li meta skola/skejjel f’kulleġġ ser ikollha/hom uniformi ġdida l-kulleġġ joħroġ tender bl-ispeċifikazzjonijiet ta’ l-uniformi u dan it-tender jinħadem skond ir-regolamenti stabbiliti. Minn Novembru 2007 ħarġu żewġ tenders li wara li nħadem il-proċċess kollu ntagħżlu min ser jissuplixxi l-uniformijiet ta’ l-iskejjel indikati.
Leg 11 PQ #2322 Sitting 36 2008-09-30 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ċertifikati dwar saħħa

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk huwiex minnu li hemm xi direttivi jew regolamenti li jipprovdu li s-servizzi pubbliċi tas-saħħa m’għandhomx jipprovdu ċertifikati tas-saħħa lil nies fiċ-ċirkostazi kif spjegat separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-passi komuni ta' provediment ta' ċertifikat għall-użu personali huma li jekk persuna tkun rikoverat f'xi sptar tal-Gvern, jinħareġ li jkun hemm bżonn, u jekk il-persuna tkun bażi ta' Out Patient jew new case, ċertifikat ma jinħariġx u l-persuna tintalab tirreferi għand it-tabib tagħha.
Leg 11 PQ #2343 Sitting 36 2008-09-30 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Allowance Supplementari u Ceiling

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament ma baqax jibbenifika mill-allowance supplementari? Jista' jgħid kemm huwa s-ceiling bħalissa u meta żdied l-aħħar?

Response (DALLI, JOHN)

Dwar l-Ewwel Parti tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew iċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa. Is- ceiling preżenti tal-għajnuna supplimentari hu € 9,966 għal persuna miżżewġa li tmanti lil konjugi u € 7,799 għal persuna li tgħix waħedha. L-aħħar li żdied dan is- ceiling kien b’seħħ mill-1 ta’ Lulju 2008.
Leg 11 PQ #2344 Sitting 36 2008-09-30 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Reinstatement jew kumpens minħabba tkeċċija nġusta mill-impjieg

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew deċiżi talbiet għal-reinstatement jew kumpens minħabba tkeċċija nġusta mill-impjieg fis-snin 2004, 2005, 2006, 2007 sat-30 t'Awwissu 2008, sena b'sena? Jista' jgħid kemm minnhom ġew deċiżi favur il-prinċipal u favur l-impjegat sena b'sena?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #2355 Sitting 36 2008-09-30 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Qorti ta' Għawdex — Book Binder

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2058, peress li l-book binder tal-Qorti ta' Għawdex dalwaqt jirtira mix-xogħol minħabba l-età u digà qiegħed fil-pre- retirement leave, tista' l-Ministru tara li appena jispiċċa mix-xogħol jigi ngaġġat xi ħadd ieħor minnufih u dan biex tigi evitata sitwazzjoni ta' staġnar bħalma normalment jiġri meta jkun hemm nuqqas ta' staff fil-Qorti ta' Għawdex, u dan a detriment u b'inkonvenjent kemm għall-avukati prattikanti, għall-istess ħaddiema u iktar u iktar għall-pubbliku?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li id-dipartiment għamel talba biex toħroġ sejħa għal book-binder ieħor.
Leg 11 PQ #2356 Sitting 36 2008-09-30 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Nadur - Triq Madre Gemma Camilleri - Xogħlijiet

Question

Tista` l-Ministru tgħid x'xogħlijiet qed isiru mill-Ministeru fl-isqaq li jagħti għal Triq Madre Gemma Camilleri fin-Nadur, Għawdex? Għall-liema raġuni qed isir dan ix-xogħol u kemm jiswa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li fl-isqaq imsemmi qed issir trinka biex jitpoġġew katusi għall-ilma tax-xita peress li l-art taqleb il-ġewwa, u li dan ix-xogħol hu stmat li jiswa 700 Euro.
Leg 11 PQ #2357 Sitting 36 2008-09-30 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Xewkija - Pjazza San Ġwann Batista - Ilma

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1982 u għar-risposta relattiva peress li l-problema fi Triq il-Knisja fix-Xewkija ġejja in konsegwenza ta' l-ilma li jinżel minn Pjazza San Gwann Battista u peress li din il-parti tar-raħal taqa` f'idejn il-Gvern ċentrali, tista' l-Ministru tara li tinsab soluzzjoni għal din il-problema?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li Pjazza San Ġwann Battista hija responsabilita tal-Kunsill Lokali tal-lokalita, għaldaqstant nitlob l-Onorevoli nterpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #2358 Sitting 36 2008-09-30 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Għasri - Triq Fanal - hump

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1179 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilha, peress li r-residenti ta' Triq Fanal, Għasri qed jilmentaw minħabba l-fatt li qed jgħaddu ħafna vetturi b'ċertu veloċità, tista' l-Ministru tara l-possibilità li ssir hump biex jiġi evitat l-perikolu li qed jilmentaw dwaru dawn ir-residenti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress li t-triq imsemmija hija responsabilita tal-Kunsill Lokali tal-lokalita, nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #2359 Sitting 36 2008-09-30 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Child Care Centres

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 295, tista' l-Ministru tgħid f'liema stadju waslu t-tħejjijiet tal-pjanijiet għall-ftuħ ta' child care centre f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-pjanijiet imsemmija f'risposta 295 jinsabu fi stadju avvanzat.

Gozo Channel — Biljetti Mibjugħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbiegħu biljetti mill-Gozo Channel għas-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex xahar xahar minn Awwissu 2007 sal-lum lill-: a) Passiġġieri residenti f’Għawdex bla vettura; b) Passiġġieri residenti f’Għawdex bil-vettura; c) Passiġġieri residenti Malta u passiġġieri barranin bla vettura; u d) Passiġġieri residenti Malta u passiġġieri barranin bil-vettura?

Response (FENECH, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.