Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tfal Imtellà l-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu tfal il-qorti din is-sena u għaliex?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Persuni Barranin Fuq ir-Relief

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni barranin fuq ir-relief illum? Minn liema pajjiż huma?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li numru ta’ barranin li qed jirċievu xi tip ta’ Għajnuna Soċjali, mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali, hu ta’ 79. Ninsab infurmat ukoll li l-kumplament tal-informazzjoni mitluba hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tfal taħt Care Order

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn tfal taħt care order illum u għaliex?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li bħalissa hawn 243 tifel u tifla taħt Ordni għall-Ħarsien. Ir-raġunijiet għaliex joħorġu dawn l-Ordnijiet jinkludu traskuraġni, abbuż sesswali, fiżiku jew psikoloġiku. Minuri mhux akkumpanjati li jidħlu Malta irregolarmanet ukoll jiġu koperti b’Ordni għall-Ħarsien.

Unjoni Ewropea — Kontribuzzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1377 u 1098 u jgħid kemm huwa l-ammont totali ta' kontribuzzjonijiet li Malta sal-lum tat lill-Unjoni Ewropea? Kemm minn din il-kontribuzzjoni hija mill-customs u kemm mill-VAT?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1098.
Leg 11 PQ #1831 Sitting 36 2008-09-30 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Chronic Labyrintitis — Terapisti

Question

Peress li hawn ħafna pazjenti jbatu minn chronic labyrintitis, jista' l-Ministru jiżgura li jiddaħħal biżżejjed staff biex id-dipartiment ikun jista' jlaħħaq ma' din id-domanda? Kemm hemm terapisti joffru dan is-servizz u x'tul ta' żmien hemm f'din il-waiting list bħalissa?

Response (DALLI, JOHN)

Nassumi li l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għad-Dizziness Clinic. Ninsab informat li ż-żmien ta’ stennija għal din il- clinic huwa ta’ bejn 2 u 3 xhur, sakemm ma jkunx każ urġenti. Fid- Dizziness Clinic ma hemmx terapista imma hija mmexxija minn Senior Reġistrar .
Leg 11 PQ #1903 Sitting 36 2008-09-30 Oral · Interim From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bini/Estensjonijiet ta' Lukandi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni ta' żvilupp ġew sottomessi lill-MEPA għall-bini jew estensjonijiet ta' lukandi għal dawn l-aħħar sentejn? Kif inhuma maqsuma bejn żviluppi ġodda u estensjonijiet? Min huma l-applikanti kkonċernati? Fiex jikkonsisti tali żvilupp u kemm hu stmat li jiswa dan l-investiment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #1904 Sitting 36 2008-09-30 Oral · Interim From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bini/Estensjonijiet ta' Fabbriki

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni ta' żvilupp ġew sottomessi lill-MEPA għall-bini jew estensjonijiet ta' fabbriki għal dawn l-aħħar sentejn? Kif inhuma maqsuma bejn żviluppi ġodda u estensjonijiet? Min huma l-applikanti konċernati? Fiex jikkonsisti tali żvilupp u kemm hu stmat li jiswa dan l-investiment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #1905 Sitting 36 2008-09-30 Oral · Interim From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bini/Estensjonijiet ta' Lukandi — Sottomessi lill-Malta Tourism authoruty

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni ta' żvilupp ġew sottomessi lill-Malta Tourism Authority għall-bini jew estensjonijiet ta' lukandi f'dawn l-aħħar sentejn? Kif inhuma maqsuma bejn żviluppi ġodda u estensjonijiet? Min huma l-applikanti konċernati? Fiex jikkonsisti tali żvilupp u kemm hu stmat li jiswa dan l-investiment? Is-sidien li qed japplikaw biex jagħmlu dan l-iżvilupp qed jitolbu l-għajnuna ta' l-Awtoria'? Jekk fl-affermattiv, x'inhuma jitolbu minnha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Bini/Estensjonijiet ta' Fabbriki — Sottomessi lil Malta Enterprise

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni ta' żvilupp ġew sottomessi lill-Malta Enterprise għall-bini jew estensjonijiet ta' fabbriki għal dawn l-aħħar sentjen? Kif inhuma maqsuma bejn żviluppi ġodda u estensjonijiet? Min huma l-applikanti konċernati? Fiex jikkonsisti tali żvilupp u kemm hu stmat li jiswa dan l-investiment? Is-sidien li japplikaw biex jagħmlu dan l-iżvilupp qed jitolbu għajnuna tal-Malta Enterprise? Jekk fl-affermattiv, x'inhuma jitolbu minnha?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija kif ġej: § Applikazzjonijiet għal intrapriżi ġodda - approvati (2006-2007): 72; mhux approvati: 18 § Applikazzjonijiet għal Estensjonijiet - approvati (2006-2007): 65; mhux approvati: 20 § L-ismijiet ta’ l-applikanti ma jistgħux jingħataw – l-informazzjoni hija ta’ natura kummerċjalment sensittiva. § L-applikanti huma fis-setturi tal-Farmaċewtika, Apparat Mediku, Elettronika, ICT u Call Centres, immaniġjar ta’ skart, riċiklar, tessuti, għamara, stampar, Audio-visual, Inġinerija, apparat u makkinarju industrijali, apparat ta’ trasport, u plastika. § Intrapriżi ġodda - Investiment huwa stmat li jilħaq il- €60 miljun f’għeluq it-tliet snin mill-bidu tal-proġetti Espansjonijiet - Investiment huwa stmat li jilħaq il- €163.5 miljun f’għeluq it-tliet snin mill-bidu ta’ l-espansjoni tal-proġetti § Dawn li ġejjin huma dawk l-intrapriżi li jitolbu għajnuna mill-Malta Enterprise (il-Malta Enterprise ma jkollhiex informazzjoni fuq kumpaniji li ma jitolbux l-assistenza tagħha). It-tipi ta’ assistenza mitluba huma: o Garanziji o Art (mill-MIP) – għal fabbriki kemm fiż-żoni industrijal prominenti kif ukoll f’Ta’ Qali u ta’ Dbieġi o Innovative Start-up u spazju fil-KBIC o Kreditu fuq taxxa o Soft Loans o Trasferiment ta’ ismha o Royalties o Sussidju fuq interessi ta self o Training Aid o Employment Aid o ‘Grants’ taht numru ta skemi amministrati mil-ME o Konverzjoni fuq kreditu ta taxxa

Ftuħ ta' negozji ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fetħu negozji ġodda matul s-sena 2007? Kemm minn dawn in-negozji kienu jħaddmu iktar minn 20 persuna u kemm minn dawn in-negozji jgħaddmu inqas minn 5 persuni? Kemm minn dawn in-negozji kienu ta' persuni mhux b'ID Card Maltija u kemm minn dawn kienu ta' proprjetarji Maltin? F'liema settur fetħu dawn in-negozji?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Għeluq ta' negozji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għalqu negozji matul is-sena 2007? Kemm minn dawn in-negozji kienu jħaddmu iktar minn 20 persuna u kemm kien hemm minnhom li kienu jħaddmu inqas minn 5 persuni? F'liema settur kienu dawn in-negozji u jekk dawn in-negozji kenux kollha ta' proprjetarji Maltin?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Drug Rehabilitation Programme

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm gradwaw żgħażagħ mill-Programm ta' Rehabilitation tad-Droga "TAMA" fis-sena 2007? Kemm minn dawn iż-żgħażagħ sabu xogħol wara li għamlu dan il-programm? Kemm damu sabiex sabu dan x-xogħol? Kemm minnhom għadhom jaħdmu sal-lum? Xi rwol għandu l-Gvern biex jgħin biex dawn jiġu ngaġġati f'xogħol wara li jlestu programm ta' rijabilitazzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Il-Programm li rrefera għalih l-Onor. Interpellant mhux immexxi mill-Gvern jew xi entita’ li taqa’ taħt ir-responsabbilta’ tiegħu. Dwar l-aħħar Parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li fil-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħrig hemm it-taqsima ta’ Supported Employment li, fost klijenti oħra, tieħu ħsieb persuni li jlestu programmi ta’ riabilitazzjoni mill-vizzju tad-drogi.

Gambling Halls — Spezzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 1397 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern u issa ġiet riferuta lilu, u jagħti statistika ta' kemm-il spezzjoni għall-għarrieda u bla avviż saret ġo gambling halls sabiex jaraw jekk hemmx tfal minorenni jilgħabu fuq dawn il-magni tal-logħob? Jekk iva, kemm-il darba saret din bejn Jannar 2007 u Diċembru 2007? X'kien ir-riżultat ta' dawn l-investigazzjonijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Xiri ta' żejt u petrol — Sisa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħal sisa l-Gvern minn fuq xiri ta' żejt (petrol, diesel u pitrolju) fis-snin 2004, 2005, 2006 u 2007? Kemm huwa maħsub li jdaħħal sisa fis-sena 2008 fuq dawn il-prodotti? X'inhu l-persentaġġ tas-sisa li l-Gvern idaħħal fuq ix-xiri taż-żejt minn barra l-pajjiż? Jista' jgħid jekk dan il-persentaġġ huwiex beħsiebu jċaqalqu?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Għassa tal-Pulizija wara l-bieb

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom l-għassa tal-pulizija wara l-bieb tagħhom? Din l-għassa ġiet fis-seħħ wara talba personali, ġiet imposta bil-qorti, jew wara talba lill-Kummissarju tal-Pulizija? Għal liema raġunijiet persuna tista' tingħata l-għassa tal-pulizija wara darha? Kemm ilhom dawn il-pulizija jgħassu d-djar ta' dawn iċ-ċittadini każ, b'każ? Kemm jiġi jiswa lill-kaxxa ta' Malta l-għassa tal-pulizija f'dawn il-każijiet?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mhix il-prassi li tingħata informazzjoni dwar miżuri ta' sigurta' li jittieħdu mill-Awtoritajiet meta u fejn ikun meħtieġ.

Energy efficiency measures

Question

Jista' l-Ministru jelenka dawk il-każi kollha fejn il-Gvern Malti huwa mifhum li jinjora direttivi ta' l-Unjoni Ewropea dwar energy efficiency u sostenibilita' fejn b'riżultat għall-akkuża f'dan ir-rigward minn idroloġista prominenti fil-gżejjer Maltin, uffiċjal għoli tal-MEPA ġab l-iskuża li l-MEPA kienet għadha għaddejja minn learning curve?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru li l-gvern qatt ma jinjora direttivi ta' l-Unjoni Ewropea dwar energy efficiency u sostennibilità.
Leg 11 PQ #1954 Sitting 36 2008-09-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

State of the Environment Report

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta hu mistenni li jiġi ppubblikat l-iState of the Environment Report li jmiss?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li huwa mistenni li r-Rapport dwar l-Istat ta’ l-Ambjent 2008 ser jiġi ppublikat fl-ewwel nofs tas-sena 2009.
Leg 11 PQ #1955 Sitting 36 2008-09-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Noise and light pollution

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-istrateġija tal-Gvern dwar tniġġiż tal-ħsejjes u tad-dawl (noise and light pollution)? X'action plan qed jiġi implimentat bħalissa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li sabiex Malta tkun tista’ tilħaq l-obbligi tagħha fir-rigward tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/49/KE dwar il-Ħsejjes Ambjentali, l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ħa toħroġ tender sabiex fost affarijiet oħra, jiġu stabbiliti metodi li ħa jintużaw għall-istabbiliment tal-mapep tal-ħsejjes ambjentali, kif ukoll pjani ta’ miżuri ta’ tnaqqis tal-ħsejjes ambjentali. Għad ma jeżisti l-ebda qafas legali f’livell Ewropew dwar tniġġiż mid-dawl. Madanakollu, f'zoni sensittivi mill-aspett ambjentali, l-istudju tal-impatti mid-dwal huma parti importanti mill-Istudju tal-Impatt Ambjentali (EIA).
Leg 11 PQ #1960 Sitting 36 2008-09-30 Oral · Interim From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni dwar is-Servizzi Pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huma d-deċiżjonijiet ta' l-Ombudsman u tal-Kummissjoni kontra l-Inġustizzja li marru quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku biex jingħata rimedju u dawn ma kenux milqugħa? X'kienet ir-raġuni għal dan każ b'każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

sistema tar-radar

Question

Issa li ġie ppubblikat ir-rapport dwar l-investigazzjoniijet li għamel il-BAAI jista' l-Ministru jagħti tagħrif jekk is-sistema tar-radar hix qed taħdem kollha, kemm dik primary kif ukoll dik secondary? Hemm il-ħsieb li jsir xi upgrade tas-sistema tar-radar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi s-sistema tar-radar qed taħdem kollha. Infurmat ukoll li l-Malta Air Traffic Service Ltd mistennija illi dalwaqt jibdew jinstallaw sistema ġdida ta' radar.