Legislature:
Category:
Reset
Active:

Siġġiewi — Alley 4, Middle Street - Problema fil provvista tal-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid: a.) Jafx li residenti f'Alley 4 Middle Street, Siġġiewi ilhom għal snin sħaħ isofru minn provvista ta' l-ilma ta' kulur safrani u kannella? b.) X'sar mill-awtoritajiet kompetenti kull meta sar rapport mir-residenti matul dawn l-aħħar tmien snin fuq din il-problema serja? c.) X'sar mill-istess awtoritajiet meta dawn ir-residenti għamlu anke rapporti mal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi, madwar sena ilu? d.) X'passi immedjati se jieħu biex din il-problema ta' provvista ta' ilma inaċċettabli tiġi rrimedjata fl-aħjar interess ta' dawn ir-residenti li jħallsu t-taxxi bħal Maltin kollha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ewwel ilment ġie reġistrat lejn l-aħħar tal-2007. Iżda l-problema kienet temporanja u l-ilma ċċara wara ftit. Dan l-aħħar jidher li l-problema reġgħet qamet u mill-investigazzjoni li saret, hemm bżonn li jinbidel il-main tal-ilma peress li dan huwa qadim. Il-KSI qed tieħu ħsieb li tagħmel l-arranġamenti neċessarji biex dan isir malajr kemm jista’ jkun. Sadanittant, se tieħu passi immedjati biex tnaqqas il-problema kemm tista’ sakemm il-main jinbidel, billi tagħmel wash-out mill-main eżistenti.

Benefiċċju tal-Mard

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li qed jirċievu l-benefiċċju tal-mard? Minn liema lokalitajiet ġejjin?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ċumnija ta' l-Isptar San Luqa

Question

Jista' l-Ministru jivverifika jekk tul dawn l-aħħar xahrejn ċ-ċumnija ta' St Lukes kellhiex xi ġranet fejn bdiet titfa' in-nugrufun? Din kienet okkażjoni waħda jew se tibda ssir kull tant żmien?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li f’dawn l-aħħar xagħrejn iċ- ċumnija tal-Isptar San Luqa daħnet darba waħda. Ninsab informat ukoll li dan ġara meta ġew mixgħula il- boilers , minħabba ħsara fil-mekkanizmu li jaffetwa l-ħruq tal- fuel ta’ dawn il- boilers . Minn dakinhar l-hawn qegħdin isiru testijiet regolari, li jiġu rreġistrati, biex episodji oħra jiġu evitati. Madankollu, jista’ jiġri li ċ-ċumnija terġa’ ddaħħan kaġun ta’ xi ħsarat.

Interventi kirurġiċi posposti

Question

Jista' l-Ministru jgħid xahar b'xahar kemm ġew posposti interventi kirurġiċi fl-Isptar Mater Dei bejn Diċembru 2007 u l-aħħar ta' Marzu 2008?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li n-numru ta’ ‘Elective’ operation episodes posposti/kanċellati fi Sptar Mater Dei kienu hekk : Diċembru 2007 – 110 Jannar 2008 – 155 Frar 2008 – 147 Marzu 2008 – 169 Informat ukoll li fi kważi 95% ta’ dawn l-episodes, kien il-pazjent li ‘naqas li jattendi’.
Leg 11 PQ #223 Sitting 36 2008-09-30 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Tobba barranin — Kwalifiki

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhuma l-kwalifiki ta' tobba barranin li huma meħtieġa biex ikunu jistgħu jiġu mpjegati fl-isptarijiet Maltin? Minn liema pajjiżi hu possibli li joriġinaw dawn it-tobba biex ikunu jistgħu jipprattikaw fl-isptarijiet tagħna?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li tabib jista jiġi impjegat mad-Diviżjoni tas-Saħħa kemm jekk ikun ġej mill-Unjoni Ewropeja (UE) jew le fuq dawn il-kriterji: Ċittadini ta’ l-UE Il-kwalifiċi mediċi ta’ tobba li ġejjin minn pajjiżi ta’ l-UE huma regolati mill-Att Dwar ir-Rikonoxximent Reciproku tal-Kwalifiki (Mutual Recognition of Qualifications Act). Il-Kunsill Mediku jivverifika dawn il-kwalifiki skond l-Att Dwar il-Professjonijiet tas-Saħħa (Health Care Professions Act), it-Tieni Skeda, u jirreġistra t-tabib skond il-każ. Licenzja sabiex tabib ikun jista’ jipprattika tinħareg mill-President ta’ Malta. Reġistrazzjoni bħala speċjalista trid tiġi akkwistata wara verifikazzjoni mill-Kumitat għall-Approvazzjoni ta’ Speċjalisti (Specialist Accreditation Committee). Il-Kunsill Mediku jinsisti fuq ċertifikat aggornat ta’ “good standing”. Ċittadini mhux ta’ UE Fil-każ ta’ dawk l-applikanti li ġejjin minn pajjiżi terzi, li l-kwalifiki tagħhom ma’ ġewx rikonoxxuti fi Stat Membru, il-Kunsill Mediku jista’, fid-dawl ta’ dawn il-kwalifiki: 1. Jitlob lill-applikant sabiex jogqgħod għal eżami statutorju u/jew jagħmel perjodu ta’ sentejn bħala “Houseman” 2. Il-Kunsill Mediku jista’ jirrikonoxxi l-kwalifiki oriġinali tat-tabib applikant 3. Il-Kunsill Mediku jinsisti fuq ċertifikat aġġornat ta’ good standing u profiċjenza fil-lingwa Maltija jew Ingliża 4. Reġistrazzjoni bħala speċjalista hija meħtiega wara verifika mill-Kumitat għall-Approvazzjoni ta’ Speċjalisti ( Specialist Accreditation Committee ) Informat ukoll li fi kwalunkwe każ, it-tabib ikun irid jattendi għal intervista mal-Kap tad-Dipartiment relevanti sabiex tkun tista’ tingħata r-rakkomandazzjoni jekk jiġix impjegat jew le.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Assigurazzjoni Privata

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-mument liema huma d-dekasteri, dipartimenti u entitajiet li għandhom xi forma ta' Assigurazzjoni Privata (Private Insurance) għall-vetturi, bini, apparat, pitturi, eċċ? Kemm huwa l-ħlas globali f'ċifra ta' flus li qed titħallas għal dawn l-assigurazzjonijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra:

Żgumbrament mill-Kummissarju ta' l-Artijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jispjega għaliex l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, ġiet żgumbrata mill-Kummissarju ta' l-Artijiet mill-fond li qed tgħix fih? Japprezza l-Ministru li dan kien ilu jgħix fih 'l fuq minn disa' snin man-nanniet tiegħu. Nanntu fil-fatt mietet fil-15 ta' April, 2000 u ilu għal dawn l-aħħar snin jikkomunika mad-dipartiment biex jiġi rikonoxxut. Japprezza l-Ministru li l-mod kif mexa l-Kummissarju ta' l-Artijiet kien wieħed diskriminatorju għall-aħħar?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li mill-investigazzjonijiet li għamlet l-Awtorita' tad-Djar fuq diversi snin, ma rriżultax li l-persuna ndikata kienet tgħix fil-fond imsemmi u għalhekk it-talba għar-rikonoxximent ma setgħetx tiġi kkunsidrata.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu mpjegati ġodda ma' l-entitajiet u korporazzjonijiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Awissu sa Diċembru 2007, xahar b'xahar u skond il-grad?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra:
Leg 11 PQ #1086 Sitting 36 2008-09-30 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Għajnuna medika/soċjali

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 489, jista' l-Ministru jgħid kemm mill-każijiet ta' għajnuna medika u għajnuna soċjali fix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007/2008 kien hemm każijiet li din l-għajnuna ġiet mwaqqfa u wara reġgħet ġiet mogħtija?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Unjoni Ewropea — Kontribuzzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont totali ta' kontribuzzjonijiet li Malta sal-lum tat lill-Unjoni Ewropea? Kemm minn din il-kontribuzzjoni hija mill-customs u kemm mill-VAT?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-ammont totali ta’ kontribuzzjonijiet li Malta tat lill-Unjoni Ewropea mill-ewwel ta’ Mejju, 2004 sal-lum kien ta’ €224,195,258.86. Minn dawn €45,397,439.47 huma mit-TOR (Customs) u €33,329,857.49 huma VAT-Based. Fl-istess perjodu Malta rċeviet mill-Unjoni Ewropea €349,055,289.15. Jekk tieħu l-perjodu minn Diċembru 2000 sa April 2004, Malta tkun ħadet total ta’ €362,008,409.85.
Leg 11 PQ #1245 Sitting 36 2008-09-30 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Overdoses

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu każijiet ta' drug overdoses xahar b'xahar matul dawn l-aħħar 24 xahar fl-isptarijiet San Luqa u Mater Dei? X'kienu l-etajiet medji ta' dawn il-pazjenti? Kemm kien hemm overdoses minn drogi illeċiti u kemm kien hemm overdoses b'tehid ta' mediċini li jkunu qed jintużaw għall-kura?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li skond tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis in-numru ta’ każijiet ta’ overdose li ddaħħlu fl-isptarijiet San Luqa u Mater Dei bħala pazjenti bejn Jannar tas-sena 2006 u Lulju ta’ din is-sena huwa kif jidher fit-tabelli li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #1311 Sitting 36 2008-09-30 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar San Luqa — Maintenance Personnel

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-maintenance personnel li kienu jaħdmu fl-Isptar San Luqa?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-maġġoranza tal-ħaddiema li kienu jaħdmu fuq xogħol relatat mal-maintenance ta’ l-iSptar San Luqa ġew trasferiti lejn l-iSptar Mater Dei. Uħud ġew trasferiti qabel il-migrazzjoni u oħrajn mal-kumplament ta’ l-istaff. Dawn qed jagħmlu xogħol f’diversi oqsma, fosthom ta’ l-Inġinerija, Maniġġjar tal-Materjal u Loġistika, Apparat Mediku u bħala parti mir-Risponse Team f’kas ta’ ħruq u xogħol ieħor relatat mal-Fire Safety. Għadd żgħir ta’ ħaddiema li baqgħu jaħdmu fl-iSptar San Luqa qed jagħmlu xogħol ta’ manutenzjoni f’dan l-iSptar u Sptar Karen Grech f’dawk l-areas li għadhom joperaw.

Koppji Miżżewġa — Children's Allowance

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' koppji miżżewġa li rċivew iċ-children's allowance għall-ewwel darba bejn Jannar u Marzu 2008 u n-numru ta' koppji li rċivew l-istess benefiċċju għall-ewwel darba wara Marzu 2008?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Unjoni Ewropea — Proġetti tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1093 u jgħid kemm kien l-ammont totali ta' flus li s'issa rċeviet Malta mill-Unjoni Ewropea? Kemm minn dawn il-flus kienu għal proġetti tal-Gvern u kemm għal individwi jew organizazzjonijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1093.

Unjoni Ewropea — Kontribuzzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1098 u jgħid kemm huwa l-ammont totali ta' kontribuzzjonijiet li Malta sal-lum tat lill-Unjoni Ewropea? Kemm minn din il-kontribuzzjoni hija mill-customs u kemm mill-VAT?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1098.

Unjoni Ewropea — Proġetti tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1375 u1093 u jgħid kemm kien l-ammont totali ta' flus li s'issa rċeviet Malta mill-Unjoni Ewropea? Kemm minn dawn il-flus kienu għal proġetti tal-Gvern u kemm għal individwi jew organizazzjonijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1093.

Ġbir ta' NI contributions

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1310 li oriġinarjamet saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm ġabar NI contributions il-gvern : i) Mis-settur privat ii)Mis-settur pubbliku sena b'sena matul dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Żimbabwe-President Ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux se jirrikonoxxi lill-President il-ġdid taż-Żimbabwe bħala wieħed legittimu?

Response (BORG, TONIO)

Il-Gvern Malti jħoss li s-sitwazzjoni politika preżenti fiż-Żimbabwe ma tippermettix r-rikonoxximent tal-President il-ġdid taż-Żimbabwe bħala wieħed leġittimu. Malta toppoġġja bis-sħih id-Dikjarazzjoni tal-Presidenza ta' l-Unjoni Ewropea ta' l-4 ta' Lulju li tisħaq li l-Unjoni tkun tista' taċċetta biss formula li jirrispetta r-rieda tal-poplu taż-Żimbabwe u li l-għan ta' kwalunkwe soluzzjoni għandha tkun li l-poplu jiġi kkonsultat mill-ġdid fuq bażi ħielsa, demokratika u trasparenti mill-aktar fis. Il-Gvern Malti jaqbel li wieħed ma jistax jaċċetta il-fait accompli ta' l-eżitu tal-vot tas-27 ta' Ġunju 2008.

Persuni fuq ir-Relief

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni fuq ir-relief illum? Kemm ilhom, x'età għandhom u fejn joqogħdu?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuni li Twaqqfilhom ir-Relief

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li twaqqfilhom ir-relief din is-sena u għaliex?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.