Legislature:
Category:
Reset
Active:

Child Care Centres

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn child cares centres liċenzjati f'Malta u f'Għawdex u fejn qegħdin? Tista' tgħid liema huma tal-gvern u liema huma tal-privat jew tal-Knisja?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamemtari nru 2147.

Għawdex — Xewkija - Qasam Industrijali - Kumpaniji

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-isem tal-kumpaniji li jinsabu joperaw fil-Qasam Industrijali tax-Xewkija, Għawdex? X’tip ta’prodotti jipproduċu? Meta bdew joperaw f’dan il-qasam? Kemm kienu jħaddmu impjegati (i) qabel bdew joperaw f’dan il-qasam fejn hu l-każ, (ii) meta bdew joperaw f’dan il-qasam, u (iii) kemm qed iħaddmu nies illum?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Għawdex — Kumpaniji Megħjuna mill-MDC/Malta Enterprise

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija kienet megħjuna mill-MDC/Malta Enterprise sena b’sena mill-1999 sal-lum biex twaqqaf impriża f’Għawdex? Min huma dawn il-kumpaniji u x’tip ta’ prodott/i jagħmlu? X’investiment sar minn dawn il-kumpaniji f’Għawdex kull sena fl-istess perjodu? Kemm investiment minn dan huwa barrani? X’għajnuna tagħthom l-MDC/Malta Enterprise u kemm hu l-ammont ta’ din l-għajnuna skond is-sena li ngħatat? Kemm kienu jħaddmu nies meta bdew joperaw meta sar il-ftehim mal-MDC/Malta Enterprise u kemm qed iħaddmu llum?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #2395 Sitting 37 2008-10-01 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Inċentivi għall-Industrija - Nefqa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa kull sena mill-1999 sal-lum fuq inċentivi għall-industrija f’Għawdex? Għal liema sena/snin ta’ operat kienet in-nefqa ta’ kull sena? Kemm kumpaniji bbenefikaw minn dawn l-inċentivi kull sena? Kemm hemm għotjiet li huma approvati u għadhom ma tħallsux? Għal liema snin huma u kemm hu l-ammont għal kull sena? Meta huwa mistenni li jitħallsu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena infurmata li n-nefqa kull sena mill-1999 sal-lum u dettalji relattivi huma kif jidhru fl-iskeda annessa. Jiena nfurmata wkoll li dawn il-ħlasijiet imorru lura għal snin ta’ operat li jibdew mill-1996 u li għad hemm ħmistax il-talba (mqassma fuq sitt beneficjarji) għal għotjiet u għadhom ma’ tħallsux li jammontaw għal €885,525 u li jirreferu għal snin ta’ operat li jibdew mill 2001. Il-pagamenti pendenti isiru aktar il-quddiem. Sena Nefqa Numru ta' Beneficjarji Euro 1999 132,774.00 10 2000 179,595.00 16 2001 321,221.00 14 2002 0.00 0 2003 168,362.00 9 2004 135,101.00 14 2005 693,685.00 20 2006 372,700.00 14 2007 320,897.00 12 2008 372,701.00 10

Industrija tal-Manifattura — Dħul Medju għal kull ħaddiem

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul medju għal kull ħaddiem ras għar-ras fis-settur ta’ l-industrija tal-manifattura f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2005 ‘l hawn fi prezzijiet tas-suq u fi prezzijiet kostanti tas-sena 2000? Kemm kienu l-ħaddiema f’dan is-settur f’Malta u f’Għawdex separatament matul l-istess snin? Jista’ jekk jogħġbu, fejn hu possibbli, jagħtini wkoll l-istess tagħrif għas-sotto-setturi ta’ dan is-settur?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Industrija tat-Turiżmu — Dħul Medju għal kull ħaddiem

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul medju għal kull ħaddiem ras għar-ras fis-settur ta’ l-industrija tat-turiżmu f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2000 ‘l hawn fi prezzijiet tas-suq u fi prezzijiet kostanti tas-sena 2000? Kemm kienu l-ħaddiema f’dan is-settur f’Malta u f’Għawdex separatament matul l-istess snin? Jista’ jekk jogħġbu, fejn hu possibbli, jagħtini wkoll l-istess tagħrif għas-sotto-setturi ta’ dan is-settur?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Valur Miżjud Gross — Medja għal kull ħaddiem

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-medja fis-sena għal kull ħaddiem tal-Valur Miżjud Gross kull sena mill-2001 sal-2007 fl-industrija tal-manifattura f’Malta u f’Għawdex separatament? Jista jagħtini dan it-tagħrif fi prezzijiet tas-suq kif ukoll fi prezzijiet kostanti ta-2000?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Skejjel — Laboratorji tat-teknoloġija

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm għandna laboratorji tat-teknoloġija fl-iskejjel f'Malta u f'Għawdex? Tista' tgħid f'kull każ jekk dawn il-laboratorji humiex jintużaw u għalxiex qed jintużaw? X'attivitajiet edukattivi jsir fosthom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li-fl-iskejjel sekondarji hemm 72 laboratorju tad-Design and Technology li jkopru erba’ taqsimiet: Resistant Materials , Electronics, Food u Textiles. Dawn il-laboratorji qed jintużaw mill-istudenti li jagħżlu dan is-suġġett mill-ewwel sal-ħames sena sekondarja u li wara jkunu jistgħu jersqu għall-eżami tas-SEC.

Budget għall-edukazzjoni

Question

Tista l-Ministru tgħid jekk sarx xi studju mid-Divizjoni tal-Edukazzjoni biex jevalwa kemm mill-budget tal-edukazzjoni fil-fatt imur fuq l-edukazzjoni tat-tfal (riżorsi, materjal edukattiv) fil-klassi flok jeħel f'istrutturi oħra tas-sistema edukattiva peress li fil-pajjiżi bl-aqwa sistemi edukattivi sa 30% tal-budget imur fuq riżorsi u materjal edukattiv fil klassi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi regolarment isegwi in-nefqa tal-budget ivvotat għall-edukazzjoni tat-tfal. In-nefqa ddedikata lill-edukazzjoni tat-tfal hija mmirata li tasal għandhom fil-klassi fil-forma ta’ tagħlim jew f’servizzi oħra li jirċievu. Il-biċċa l-kbira tan-nefqa hija ddedikata f’personal emoluments, riżorsi, servizzi, inizjattivi, programmi u attivitajiet oħra ta’ġid għall-istudenti.

Divizjoni ta' l-Edukazzjoni — Ħatriet

Question

Tista' l-Ministru tgħid matul din is-sena x'ħatriet ingħataw fid-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni ħatra b'ħatra? F'kull każ kemm applikaw? Kemm inħatru u x'kienu l-kriterji tal-ħatra?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li fid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi, din is-sena ngħataw dawn il-ħatriet: HATRA KEMM APPLIKAW KEMM INĦATRU Diretturi - DES 44 3 Diretturi - DQSE 23 2 Prinċipali tal-Kulleġġi 36 10 Service Managers – Human Resources Development 53 4 Service Managers – Student Sevices 71 5 Uffiċċjali Edukattivi 86 21 Kapijiet ta’ Skejjel 21 12 Għalliema 645 applikazzjoni li jammontaw għal 389 individwi u li minnhom 219 kienu ineliġibbli 129 Il-kriterji ta’ l-għażla huma esperjenza, kwalitajiet ta’ tmexxija, abilita’ maniġerjali, personalita’ u għarfien ta’ rwol u kemm il-persuna hija adattata.

Każi ta' Vjolenza fuq għalliema

Question

Tista' l-Ministru tgħid matul is-sena skolastika 2007-2008 kemm kien hemm każi ta' vjolenza fuq għalliema fil-livelli kollha ta' l-iskejjel f'Malta u f'Għawdex? X'passi ttieħdu dwar dawn il-każi? X'miżuri hemm maħsuba għas-sigurtà fl-iskejjel għas-sena skolastika 2008-2009?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li fis-sena skolastika 2007 – 2008 ġew irrapurtati sitt każijiet ta’ vjolenza fizika fuq l-għalliema, tlieta fil-livell primarju u tlieta fil-livell sekondarju. F’kull każittieħdu l-passi skond is-sitwazzjoni li jinkludu eskluzzjoni, twissija, rapport lill-pulizija, bord ta’ dixxiplina u referrals għas-servizzi ta’ appoġġ. L-iskejjel isaħħu s-sigurta’ b’diversi modi kemm strutturali (ezempju gradi, reception areas, eċċ), kif ukoll permezz ta’ referral policies għal servizzi ta’ appoġġ.

Skejjel Primarji — Inizjattivi

Question

Tista' l-Ministru tgħid matul is-sena 2007-2008 x'inizjattivi ttieħdu fl-iskejjel primarji ta' Malta u Għawdex biex jissaħħaħ: a) il-litteriżmu tal-Malti u l-Ingliż b) il-qari fost it-tfal ċ) il-ħila fil-matematika d) il-kultura xjentifika u teknoloġika fost it-tfal?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li dwar il-litteriżmu,il-qari fost it-tfal u l-ħila fil-matematika: il-prattika u l-metodoloġija tat-tagħlim fl-oqsma kurrikulari kollha li l-interprellant għamel referenza għalihom huma tat-tip li jindirizzaw mhux biss il-ħtiġijiet partikulari tal-grupp/i li wieħed ikun qiegħed jgħallem, iżda wkoll il-ħtiġijiet individwali ta’ kull student. Metodoloġija u inizzjattivi partikulari li ttieħdu f’dan ir-rigward huma: · Dħul ta' kotba ġodda tal-qari bil-Malti fl-iskejjel ta' l-istat. · Skejjel Primarji komplew jibnu l-iskemi tal-qari tal-Ingliż. · In-service training għall-għalliema tas-sitt klassi tal-Primarja dwar kotba ġodda għat-tagħlim ta’l-Ingliż li jgħinu biex jissaħħah it-tagħlim tal-qari u l-kitba. · Lezzjonijiet fil -litteriżmu lil gruppi sħaħ / klassijiet ta’ tfal minn għalliema mħarrga fil-litteriżmu – għalliema ta’ l-Edukazzjoni Kumplimentarja. · L-Edukazzjoni Kumplimentarja f’year 1 sa year 4 tal klassijiet tal-primarja kollha fl-iskejjel ta’ l-istat. · Il-Programm tal ‘Let Me Learn’ fejn numru ta’ għalliema ġew imħajra f’dan il-programm. · Ir-‘ Writing Workshop’ fejn numru ta’ għalliema ġew imħarrga f’dan il-programm. · Literacy Tutors li jqassmu numru ta’ kotba biex iħeġġu t-tfal jaqraw. · L-użu tal-metodu tal- ‘phonics’ fil- qari. · Sar kors ta’ taħrig mifrux fuq sena sħiħa għall-għalliema fil-ħiliet bażici. · Id-dipartiment ipproduċa sitt kotba biex jintroduċu l-flus ġodda. · Handbook bħala guidelines għall- Learning Support Assistants fuq L- Abacus F1 kif ukoll bħala gwida għall - għalliema. · Sensiela ta’ taħdidiet għall -ġenituri fuq The New Maths Fil–qasam tax-Xjenza u t-Tekonoloġija fost it-tfal infurmata li: · It Twettiq tal- Kurrikulu mill-għalliema ‘ peripatetic’ tax-xjenza u t- teknologija fl-iskejjel ta’ l-istat. · Il-providiment ta’ esperjenzi memorabli f‘ambjent informali ta’ tagħlim. L-iskop huwa l-introduzzjoni u konsolidazzjoni ta’ topiċi xjentifiċi fil-kurrikkulum tal-primarja. L-attivitajiet kollha jiżviluppaw ħiliet u attitudnijiet relatati max-xjenza permezz ta’ esperjenzi prattiċi. F’dawn l-attivitajiet sar użu mid-drama, ICT u l-metodoloġija investigattiva biex jingħata l-kontenut xjentifiku. · L-istudenti ngħataw esperjenzi prattiċi kif ukoll opportunitajiet biex isiru jafu aktar fuq il-Flora u Fawna Maltija permezz ta’ ‘fieldwork’ ħdejn iċ-ċentru tax-xjenza fl-attivita ‘In Touch with Nature’ . · Proġetti ta’ Comenius · Laqgħat għal Staff Development · Produzzjoni tal-Programm Xjentifiku : Fil-Gżira tat-Teżor · It-tħaddim ta’ Progetti fuq it-Teknologija ma’ gruppi varji ta’ studenti mill-għalliema ‘peripatetic’ tax-xjenza flimkien maċ-Ċentru tat-Teknologija (Naxxar). Madwar 60 student minn klassijiet ta’ year 5 u year 6 mill-iskejjel ta’ l-istat ħadu sehem f’attivitajiet pratiċi fiċ-Ċentru tat Disinn u t-Teknoloġija (Naxxar). Huma ħadmu fuq Ikel u Tessuti. Għamlu użu mill-kompjuter u magni tal-Lazer biex id-disinjaw proġetti fuq tessuti u ikel, u materjal reżiżtenti. Mijiet ta’ studenti ukoll ipparteċipaw f’attivitajiet f’diversi postijiet fosthom; Science Center, Playmobil Fun Park u Saint James Cavallier .

Għaqdiet Sportivi — Testijiet tal-anti doping

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'għajnuna qed tingħata lill-għaqdiet sportivi sabiex ikunu jistgħu jsiru testijiet tal-anti-doping? Liema huma dawk id-dixxiplini sportivi li qed ikunu megħjuna u x'inhi l-għajnuna?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Kunsill Malti għall-iSport, taħt l-iskema tiegħu Doping Assistance, ta din l-għajnuna lil dawn l-entitajiet: Entita’ Skop Ammont f’Assistenza Kunsill Malti għall-iSport Twaqqif ta’ Doping Unit EUR 16,958.00 Malta Amateur Athletic Association Testijiet kontra d-Doping EUR 2,096.44 Malta Football Association Testijiet kontra d-Doping EUR 18,634.99 Malta Triathlon Association Testijiet kontra d-Doping EUR 745.40 Malta Weightlifting Association Testijiet kontra d-Doping EUR 1,164.69 Total EUR 39,599.52

Ground Pace Grasso — Proġett

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk sarx xi progress fuq il-proġett għall-post fejn illum hemm il-groundPace Grasso? Tista' tgħid fiex jikkonsisti dan ix-xogħol?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-proġett imsemmi fil-Mistoqsija Parlamentari jaqa’ taħt il-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Kommunikazzjoni. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Flus imqassma lil għaqdiet sportivi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm tqassmu flus matul is-sena 2008 lill-għaqdiet sportivi? Kemm ħadet kull għaqda u għal liema skop ingħataw dawn il-fondi? Tista' tgħid jekk kienx hemm talbiet għall-għajnuna li ġew rifjutati? Tista' tgħid liema huma u r-raġunijiet wara dan ir-rifjut?

Response (CRISTINA, DOLORES)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Tieni Distrett Elettorali — Toroq b'wiċċ ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li ser jingħataw wiċċ ġdid fit-Tieni Distrett Elettorali? Jista' jgħid ukoll jekk għandux informazzjoni dwar liema toroq ser isiru mill-kunsilli lokali?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-mistoqsija numru 725. Barra minn hekk qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista ta' toroq li jridu jsiru mill-ADT fit-Tieni Distrett Elettorali. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #2442 Sitting 37 2008-10-01 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Impjieg lil persuni li jkunu skontaw sentenza fil-Faċilita Korrettiva ta' Kordin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni, li kienu għadhom kemm skontaw xi sentenza fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, li nstabilhom xogħol matul din is-sena? Jista' jgħid jekk hemmx xi skemi (u jgħid liema huma) li qegħdin hemm sabiex dawn il-persuni jerġgħu jintegraw fid-dinja tax-xogħol?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi d-detenuti ġewwa l-Faċilita` Korrettiva ta’ Kordin, grazzi għall-għajnuna ipprovduta minn entitajiet bħalma huma l-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ, l-Istitut għall-Istudji Turistiċi u oħrajn, għandhom l-opportunita` li, fuq bażi volontarja, isegwu korsijiet ta’ taħriġ f’dawn il-mestieri: Shutter Frame Work Welding MMA ( Manual Metal ACC) Introduction to Pipe Welding Malta Shipyards Spray Painting (vehicles) Food Preparation & Culinary Arts Food Handling Cat. A & B Electrical services level 1,2,3, ( City & Guilds) (diskussjonijiet dwar dan il-kors għadhom mhux konklużi). Dawn il-korsijiet jingħataw bl-iskop li jgħinu lid-detenuti jerġgħu jintegraw fid-dinja tax-xogħol. Barra minn dan, id-detenuti jingħataw il-permess li jibdew ifittxu x-xogħol tliet xhur qabel ma jkunu skontaw is-sentenza. Statistika dwar in-numru ta’ dawk li jkun sabu xogħol wara li jkunu nħelsu mill-Faċilita` Korrettiva ma tinżammx.

Cash Grants lil SMEs

Question

B'referenza għat-€ 38 miljun cash grants lil SMEs f'dawn l-aħħar tliet snin, jista' l-Ministru jagħti rendikont detteljat ta' dawk li kollha bbenefikaw (inkluż persuni, ditti u kumpanniji) minn dawn il-grants, x'kien l-iskop tal-grants u d-data ta' l-għotja tal-grant?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.