Jista' l-Prim Ministru jara l-każ li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament (A) partikolarment tenut kont tal-fatt illi:
a) għadha ma tressqet l-ebda risposta;
b) qed jiġi allegat li d-distanzi ma ġewx obduti (B)
c) dan kollu kkawża impatt negattiv ħafna fuq l-abitanti tal-fond de quo (MJD)
d) iż-żona de quo hi waħda ta' "3 floors plus basement" (C)?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1810, 1377 u 1098 u jgħid kemm huwa l-ammont totali ta' kontribuzzjonijiet li Malta sal-lum tat lill-Unjoni Ewropea? Kemm minn din il-kontribuzzjoni hija mill-customs u kemm mill-VAT?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1098.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1945 u1578 u jgħid kemm huwa stmat li ngħataw mediċini lill-immigranti illegali fis-sena 2007 u fl-ewwel 5 xhur ta' din is-sena?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2013 u jgħid kemm hawn vetturi EWRO 2, 3, 4, 5, u 6 f'pajjiżna separatament? X'persentaġġ jagħmlu mill-ammont totali ta' vetturi f'pajjiżna separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2012 u jgħid jekk il-Gvern huwiex sodisfatt bil-Horizontal Axis Wind Turbine li ġie stallat bi prova mill-Enemalta f'Ramlet il-Qortin, limiti ta' l-Armier? Kemm ipproduċiet kilowatt hours ta' enerġija bħala medja minn meta ġiet stallata?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'laqgħat saru bejn l-Awtorita' dwar it-Trasport u l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku biex jiġi stabilit trasport pubbliku li jitlaq mix-Xemxija? Jista' jgħid ukoll jekk l-Awtorita' dwar it-Trasport stess għamlitx xi survey dwar il-bżonn ta' tali servizz, u jekk sar, jista' jitqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li matul ix-xhur tas-sajf saru diversi laqgħat bejn l-Awtorita` dwar it-Trasport ta’ Malta (ADT) u l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku (ATP) bil-għan li tiġi estiża ir-rotta eżistenti (bin-numru 153) biex tibda’ titlaq mix-Xemxija minflok mill-Mosta.
Ninsab infurmat ukoll li għalkemm ma sarx
survey
dwar il-bżonn ta’ tali servizz, saru diversi spezzjonijiet mill-Awtorita` fi ġranet u f’ħinijiet differenti tal-ġurnata fejn irriżulta li teżisti żieda fid-domanda ta’ passiġġieri li jirkbu mix-Xemxija, partikolarment fil-ħinijiet ta’ bejn it-Tmienja u l-Ħdax ta’ filgħodu.
Infurmat ukoll li għadu ma ntlaħaqx ftehim bejn iż-żewġ partijiet.
Ninforma iżda lill-Onor. Interpellant li l-kunsiderazzjoni li qed isemmi qed titqies fil-pjanijiet li qed jittħejjew fil-preżent għal rotot ġodda ta' trasport publiku.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' membri tal-Korp tal-Pulizija fl-aħħar tas-sena, kull sena mill-1998 sal-lum? Meta kien hemm intake ta' pulizija ġodda li daħlu fil-korp f'dan il-perjodu ta' żmien?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra.
Billi huwa magħruf li numru sostanzjoali ta' Maltin għandhom l-identity card tagħhom fuq Għawdex meta fil-fatt jgħixu b'mod regolari f'Malta, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-gvern hux beħsiebu jieħu xi passi biex fil-fatt dan ma jibqax jiġri?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fil-mument preżenti għad m’hemmx deċiżjonijiet dwar din is-sitwazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid sa tmiem l-iskema energy saving government rebate, jiġifieri sal-Hadd 6 ta' Lulju, 2008, kemm-il persuna bbenefikat minnha u kemm hu l-ammont ta' flus li tqassam? Jista' jgħid ukoll fuq liema prodotti ntalab dan ir-rebate?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li n-numru ta’ persuni li bbenifikaw mill-iskema
energy saving government rebate
kien ta’ 27,047. B’kollox l-ammont ta’ flus mogħti bħala
rebate
kien ta’ € 1,841,792.68. Dan ir-
rebate
intalab fuq
Air Conditioners, Dishwashers, Refrigerators, Tumble dryers
u
Washing machines
.
Irid jingħad li xerrejja li poġġew
deposit
sas-7 ta' Lulju 2008 għandhom sa tlett xhur minn meta jgħamlu l-aħħar pagament biex japplikaw għar-
rebate
, sakemm dan ma jaqbiżx Ġunju tal-2009. Għalhekk, wieħed jistenna li sa din id-data l-ammonti mgħotija jkunu nbidlu.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1798, jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma r-responsabiltajiet elenkati f'artiklu 33 ta' l-Att dwar il-Kunsilli Lokali u f'liema sena dawn ir-responsabiltajiet ġew mgħoddija lill-Kunsilli Lokali?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1798, jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-Kunsilli Lokali li għamlu użu mid-delega li jagħmlu kuntratt ta' xogħol ta' kostruzzjoni ta' toroq għan-nom ta' l-Awtorita' tat-Trasport? Kemm kienet is-somma ta' flus li kull kunsill lokali ngħata?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1798, jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk l-by-laws li kull Kunsill Lokali għamel sa mill-għoti ta' din id-delega 'l hawn? Liema kunsill lokali għamel kull delega? Meta dawn il-by-laws daħlu fis-seħħ? Hemm talbiet pendenti minn kunsilli lokali għall-approvazzjoni ta' by-laws oħra? Liema kunsilli lokali għamlu dawn it-talbiet? Meta għamluhom u dwar x'hiex inhuma tali by-laws?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1798, jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li ngħataw id-delega li jagħmlu arrangamenti mad-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji biex jamministraw libreriji reġjonali u/jew libreriji friegħi? Meta ngħataw din id-delega? Kull kunsill lokali xi kwalita' ta' librerija qed jamministra?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1812 u jgħid x'kienet, sena b'sena, l-allokazzjoni finanzjarja diretta u indiretta li ngħata kull kunsill lokali mit-twaqqif tagħhom 'il hawn? Hemm il-ħsieb li jinbidel il-mod ta' kif tinħadem l-allokazzjoni? Jekk fl-affermattiv, kif se tinħadem u minn meta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1812.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li għalihom, l-appell tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu sepratament, ġie miċħud?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li, skond il-poteri mogħtija b’ sub-artikolu 3(11) tal-Att dwar is-Servizzi ta’ Impieg u Taħriġ (Kap.343), l-Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol tisma l-appelli in camera.
Ninsab infurmat ukoll li hi prattika kostanti tal-Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol li ma tagħtix ir-raġunijiet li jwasslu għad-deċiżżjonijiet tagħha.
Tista` l-Ministru tgħid kemm ħarġu direct orders fl-aħħar sitt xhur mill-Ministeru u tgħid għall-liema xogħlijiet jew fornutiri, lil min ngħata l-ordni u kemm kien l-ammont involut?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella annessa.
Infurmata wkoll li din id-direct order saret b’approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi peress li t-tender giet pubblikata darbtejn fil-gazzetta tal-Gvern u ma kien hemm l-ebda offerta.
Sezzjoni
Għal-liema xogħlijiet jew fornituri
Lil min ingħata l-ordni
L-ammont involut
Dipartiment tal-Customer Services
7 Air-conditioners għas-swali ta’ l-Irġiel u tan-Nisa – Sptar Ġenerali t’Għawdex
Joe Tabone
8,015.00
Għawdex — Sannat - Triq 28 t'April 1688 - Xogħlijiet
Question
Tista` l-Ministru tgħid x'xogħlijiet qed isiru mill-Ministeru fi Triq 28 t'April 1688 fis-Sannat, Għawdex, għall-liema raġuni u kemm jiswa dan ix-xogħol?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li fi Triq 28 t’April f’Ta’ Sannat qiegħed isir proġett ta’ tisbieħ bi ftehim mal-Kunsill Lokali tal-post, fejn il-Ministeru għal Għawdex qiegħed jipprovdi l-ħaddiema u l-Kunsill Lokali jipprovdi l-materjal neċessarju. Jiena nfurmata wkoll li saret rikostruzzjoni ta’ ħajt baxx f’parti mit-triq li ġie jiswa €406.
Tista` l-Ministru tgħid xi żviluppi hemm sa issa dwar l-Eko Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Bħalissa għaddejja l-ewwel fazi ta' konsultazzjoni pubblika li għandha l-għan li twassal għand il-Gvern x'jixtieq jara l-pubbliku fl-istrateġija Eko-Għawdex.
Tista' l-Ministru tgħid x'passi jew x'miżuri qed tieħu kontra l-vandaliżmu u l-sfreġju tal-wirt kulturali Għawdxi?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Filwaqt li jittieħdu l-miżuri neċessarji biex il-wirt kulturali f'Għawdex jiġi mħares kif xieraq, meta kien hemm kazijiet ta' vandalizmu sar rapport lill-pulizija biex tinvestiga l-kas u ttieħdet azzjoni biex il-ħsara mwettqa tiġi rimedjata.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhu l-involviment tal-Gvern fid-Dwejra Heritage Park u tgħid f'liema stadju wasal dan il-proġett?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-Gvern, permezz tal-Ministeru responsabbli mill-Ambjent u l-MEPA, ħoloq kumitat biex jimmaniġja l-ispazji protetti fid-Dwejra.
Jiena infurmata wkoll li l-ewwel fażi fl-operat ta’ dan il-kumitat issa hija magħluqa u qed jiġu evalwati r-riżultati miksuba biex jingħata bidu għat-tieni fażi li għandha tħares lejn management tas-sit fil-futur.