Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijijiet parlamentari 1138, 833 u 607 u jgħid kemm hu l-ammont ta' arretrati : a) taxxi tad-dħul u b) VAT li l-Gvern għandu jdaħħal sal-lum mingħand persuni privati u soċjetajiet kummerċjali?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 833.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 1143 u 431 u jgħid fil-mument liema huma d-dekasteri, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu li għandhom xi forma ta' Assigurazzjoni Privata (Private Insurance) għall-vetturi, bini, apparat, pitturi, eċċ? Kemm huwa l-ħlas globali f'ċifra ta' flus li qed titħallas għal dawn l-assigurazzjonijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 431.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet paralmentari 1162 u 904 u jgħid liema huma l-kumpaniji parastatali? Kemm kienu jimpjegaw nies f'Jannar ta' 2008 u kemm f'April ta' l-2008?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1664.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1163 u 905 u jgħid kemm hemm awtoritajiet? Liema huma? Kemm nies kienu jimpjegaw fl-1 ta' Jannar 2008 u kemm fl-1 ta' April, 2008?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1664.
Jista' l-Prim Ministru jiddikjara jekk il-Gvern huwiex edatt mill-fatt li hemm tour agencies lokali li qegħdin jitolbu ħlas addizzjonali għas-surcharge u mbagħad meta l-konsumatur jiċċekkjaw ma' l-Airmalta jiġi ndikat lilu li din mhijiex ġejja mill-Airmalta? X'se jagħmel il-Gvern biex din il-prassi ma taqbadx art fost l-operaturi fis-settur?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1819.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijijiet parlamentari 1324, 1138, 833 u 607 u jgħid kemm hu l-ammont ta' arretrati : a) taxxi tad-dħul u b) VAT li l-Gvern għandu jdaħħal sal-lum mingħand persuni privati u soċjetajiet kummerċjali?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 833.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kif se jitħaddem il-programm PROUD? Hemm xi kundizzjonijiet speċifiċi li jridu jiġu osservati minn dawk li japplikaw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Programm "PROUD" - Promoting Urban Sustainable Development in Local Authorities huwa primarjament immirat sabiex isir taħriġ fuq is-sostenibilita` f'kull qasam ta’ żvilupp u l-immaniġġjar ta' żvilupp f'żoni urbani. Il-mira prinċipali tal-programm hija l-impjegati ta' l-awtoritajiet lokali.
Fil-każ ta' Malta, billi ċ-ċokon tal-kunsilli lokali ma jippermettix l-impjieg ta' riżorsi umani bl-istess mod kif isir f'pajjiżi oħra ewropej, il-programm għalissa se jikkonċentra fuq awtoritajiet ta' livell nazzjonali. Dan ser jibqa’ jseħħ sakemm il-proġett jitlesta.
Il-pilot training phase se jinvolvi impjegati mill-MEPA, WSC, ADT, MIP u Works Division. Meta jkollna r-reazzjonijiet minn dawn l-impjegati, l-e-training platform li sejra tiġi żviluppata tkun tista’ tiġi wżata minn kulħadd, mingħajr ħafna bżonn ta' superviżjoni. Il-website fejn se jkun hemm l-e-training platform se tkun aċċessibbli għal kulħadd, inkluż impjegati tal-kunsilli lokali u uffiċjali oħra f'dipartimenti tal-gvern li jistgħu jibbenefikaw mill-proġett.
Il-proġett jiġi konkluż fl-aħħar ta' Settembru 2008, iżda jista’ jagħti il-każ li l-MEPA tkompli tagħmel promozzjoni immirata sabiex il-proġett jintuża minn faxxa ta' nies aktar wiesgħa. Fil-każ tal-kunsilli lokali, diġà sar kuntatt fejn il-Local Councils Association ġiet mistiedna tipparteċipa fil-forum ta' introduzzjoni li sar fit-30 ta' Ġunju.
Eventwalment, il-ħsieb huwa li issir kampanja ta' reklami u leaflets bl-għajnuna tal-kunsilli lokali sabiex tingħata promozzjoni għal dan il-proġett. Wara kollox, dan huwa servizz ta informazzjoni li ser ikun liberament għal użu ta' kull min għandu interess jeduka ruħu fuq is-suġġett.
Sa issa ma hemm l-ebda ħsieb li jkun hemm xi kundizzjonijiet speċifiċi għal użu ta’ l-e-training platform, iżda din trid tiġi diskussa bejn il-membri kollha li qegħdin jipparteċipaw fil-proġett.
Jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-public convenience li hemm Blata l-Bajda taħt il-kioskjiġu mnaddfa għax hemm abbandun totali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-Kunsill Lokali Marsa qiegħed fil-proċess li joħroġ sejħa pubblika biex isir xogħol ta’ kostruzzjoni biex tiġi modernizzata din il-public convenience.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 1363, 1143 u 431 u jgħid fil-mument liema huma d-dekasteri, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu li għandhom xi forma ta' Assigurazzjoni Privata (Private Insurance) għall-vetturi, bini, apparat, pitturi, eċċ? Kemm huwa l-ħlas globali f'ċifra ta' flus li qed titħallas għal dawn l-assigurazzjonijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 431.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm każi quddiem il-PSC illum? Minn liema dipartiment huma u għaliex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta’ każijiet ta’ dixxiplina quddiem il-PSC, sa l-10 ta’ Lulju 2008, huwa kif ġej:
3 mid-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni,
2 mid-Dipartiment tal-Pulizija,
2 mill-Ministeru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali,
1 mid-Diviżjoni tas-Saħħa,
1 mid-Dipartiment tal-Librerija,
1 mill-Qorti,
1 mill-Uffiċċju tal-President
Ir-raġunijiet għalfejn dawn il-każijiet huma pendenti, huma kif ġej:
· Dwar tnejn minnhom il-kummissjoni bagħtet ir-rakkomandazzjoni tagħha għall-approvazzjoni tal-Prim Ministru.
· Dwar tlieta minnhom l-uffiċċjali konċernati kellhom aktar minn każ wieħed u l-Kummissjoni qed tistenna d-deċiżjoni dwar il-każi li fadlilhom pendenti quddiem il-Qorti.
· Dwar erbgħa minnhom qegħdin fuq l-Aġenda tal-Kummissjoni biex tittieħed deċiżjoni dwarhom.
· Dwar każ ieħor il-Kummissjoni qed tistenna r-rappreżentazzjonijiet bil-miktub mill-uffiċjal konċernat.
· Dwar każ ieħor il-Kummissjoni qed tistenna d-deċiżjoni tal-Kunsill Mediku dwar l-Uffiċjal konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni il-Qorti fuq każi ta' pedofilija din is-sena u x'weħlu f'kull każ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi sa l-aħħar ta' Lulju ta' din is-sena, tressqu 19 il-persuna quddiem il-Qorti fuq akkużi ta' abbuż sesswali fuq minorenni, liema każijiet għadhom kollha pendenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni u/jew ażjendi kummerċjali li għandhom kontijiet pendenti mal-WSC u/jew l-Enemalta din is-sena? Din is-sena kemm kien in-numru ta' familji u ażjendi li kellhom is-servizz ta' l-ilma u d-dawl maqtugħ minħabba li waqgħu lura fil-ħlasijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra
In vista tal-fatt li Malta għandha l-aktar persentaġġ ta' tfal bejn il-11u 16-il sena li qed jgħixu ġo single parent families meta kkomparat mal-kumplament ta' l-Ewropa, jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jieħu il-Gvern biex il-familja tradizzjonali Maltija tissaħħaħ?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika l-istatistika uffiċjali li fuqha qed jibbaża l-premessa tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn tfal li qed jgħixu ġo single parent families illum għaliex il-familja hija single parent? Jiġifieri kemm minn dawn huma single mothers, kemm ma' omm jew missier armel/armla, separat/separata jew divorzjat/divorzjata?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li, skond ir-rekords ta’ persuni li qed jirċievu xi tip ta’ Għajnuna Soċjali, it-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu trabi lil single mothers is-sena l-oħra u din is-sena u minn liema lokalita' kienu?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li bejn l-ewwel ta’ Jannar tas-sena 2007 u l-aħħar ta’ Marzu tas-sena 2008 ġew irreġistrati li twieldu total ta’ 1,116 tarbija minn ommijiet rapportati bħala “single”.
Ser inpoġġi tabella fuq il-Mejda tal-Kamra li turi l-lokalitajiet ta’ dawn it-trabi.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet, sena b'sena, l-allokazzjoni finanzjarja diretta u indiretta li ngħata kull kunsill lokali mit-twaqqif tagħhom 'il hawn? Hemm il-ħsieb li jinbidel il-mod ta' kif tinħadem l-allokazzjoni? Jekk fl-affermattiv, kif se tinħadem u minn meta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:
a) Lista li turi l-allokazzjoni finanzjarja li ngħatat lill-Kunsilli Lokali mis-sena finanzjarja 1994-1995 sas-sena 2007-2008;
b) Lista li turi l-allokazzjoni finanzjarja li ngħatat lill-Kunsilli Lokali għas-sena finanzjarja li qegħdin fiha, jiġifieri 2008-2009; u
c) Lista li turi l-allokazzjoni indiretta (f’pagi lil ħaddiema assenjati mal-Kunsilli) li ngħatat mis-sena finanzjarja 2002-03 sal-lum.
Barra dan, tul dawn is-snin, il-Gvern investa miljuni ta’ euros f’proġetti oħrajn f’diversi lokalitajiet f’Malta u Għawdex li l-flus għalihom ħarġu mill-fondi tal-Gvern Ċentrali.
Dwar il-formula tal-finanzjament, bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, bħalissa għaddej proċess ta’ konsultazzjoni għal riforma fil-kunsilli lokali u persważ li l-finanzjament ser jiġi diskuss b’mod qawwi waqt din il-konsultazzjoni.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1402 u jgħid kemm intnefqu flus f'logħob bħal lottu, tombla u Super 5 matul is-sena 2005, 2006 u 2007? Jista' jgħid jekk teżistix statistika ta' fejn sejra t-trend? Jekk iva, l-poplu Malti sar jilgħab aktar flus fil-lottu, tombla, Super 5, eċċ jew naqqas il-logħob?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1402.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijijiet parlamentari 1560,1324, 1138, 833 u 607 u jgħid kemm hu l-ammont ta' arretrati : a) taxxi tad-dħul u b) VAT li l-Gvern għandu jdaħħal sal-lum mingħand persuni privati u soċjetajiet kummerċjali?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 833.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jiġu mpurtati rettili jew annimali oħra li jista' jkollhom xi tip ta' velenu li permezz tiegħu jiddefendu lilhom infushom f'każ ta' biża' minn xi annimal ieħor? Jekk jiġu, qed ikollna maħżun is-sustanza u l-mediċini neċessarji ħalli jekk b'aċċident dawn jigdmu lil xi persuna, din tingħata l-kura neċessarja?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li qatt ma ġiet irraportata l-importazzjoni ta’ rettili li jgħamlu użu minn veleni. Annimali oħra li għandhom velenu bħal ma huma ħut ornamentali u brimb ikunu mportati regolarment.
Nitlob l-Onor membru biex jirreferi t-tieni parti tal-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.