B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 31976, jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont tas-sitwazzjoni attwali kemm għall-Operative 1 u kif ukoll għall-Operative 2?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, l-lista ta’ indikaturi hekk kif mitlub.
Rabat — San Pawl Kuntent - permess għal żvilupp fl-għerien
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tatx permess sabiex ġewwa San Pawl Kuntent limiti tar-Rabat, ikun hemm żvilupp ta’ farmhouse u jekk is-sidien ingħatawx permess sabiex jiżviluppaw u jkissru saħansitra għerien li jinsabu fl-inħawi? Kemm-il darba ma ngħatax permess mill-awtorità sabiex isir tkissir tal-għerien, jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux spezzjonijiet mis-sezzjoni tal-infurzar u meta saru?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorita kienet ħarġet permess ta' żvilupp PA 7417/07 fi Frar 2009, sabiex ir-raħħal ta' razzett adjaċenti ikun jista' jibni r-residenza tiegħu. Il-permess ma kienx jinkludi xogħolijiet konnessi mal-għerien li hemm fil-viċin tas-sit. Eventwalment is-sezzjoni tal-Infurzar osservat illi l-applikant wettaq żvilupp oltre dak li kien approvat fil-permess, fosthom ifforma rampa, kabbar il-'basement', saqqaf fuq 'drive way' u xi żidiet u olterazzjonijiet oħra. Dwar dawn l-illegalitajiet inħareġ Avviż biex Tieqaf u tat-Twettieq ECF 992/09 f'Novembru 2009.
Sussegwentement ġiet sottomessa applikazzjoni sanatorja f'isem l-iżviluppatur skont PA 5529/09 li pero f'Marzu 2011 ġiet miċħuda skont l-Artikolu 86 (10) tal-Att X tal-2010 fuq talba tas-sezzjoni tal-Infurzar peress li r-rekwiziti fl-ordni tal-Avviz ECF 992/09, fosthom il-waqfien mix-xogħol fuq-is-sit, ma ġewx imħarsa mill-applikant. Il-każ ġie appellat u għadu pendenti quddiem it-Tribunal ta' Reviżjoni skont Appell Numru 284/11.
Ftit ġimgħat ilu, l-uffiċċjali tal-Infurzar kienu reġgħu innutaw illi l-iżviluppatur reġa' kompla wettaq xogħolijiet illegali oħrajn fosthom fil-viċinanza immedjata tal-għerien imsemmija bi ksur tal-Avviż ECF 992/09. Id-Direttorat fil-fatt talab lill-Pulizija biex tiftaħ proċeduri Kriminali fil-Qorti kontra l-iżviluppatur talli dan kompla għaddej bl-iżvilupp bi ksur tal-iStop Notice. L-Awtorita ser tibqa' ssegwi l-każ u tieħu dawk l-passi neċessarji skont il-Liġi.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accomodation) li fiha kien involut huwa u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż uffiċjali li marru magħhom? Fejn kienet id-destinazzjoni u minn akkumpanjahom matul l-2009 u l-2010?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposti li tajt f’Mistoqsijiet Parlamentari W506 u W497.
Ħaż-Żabbar — Triq il-Farfett tal-Fejġel - xogħol fuq it-triq
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta saret Triq il-Farfett tal-Fejġel f'Ħaż-Żabbar? Jista' jgħid jekk qattx kellu kummenti u ilmenti minn residenti dwar xogħol ħażin meta saret din it-triq? Jekk fl-affermattiv, jista' jghid x'kienu dawn il-kummenti u ilmenti, u x'azzjoni ttieħdet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta m’għandhiex ilmenti rreġistrati minn residenti dwar xogħol ħażin li seta’ sar f’din it-triq.
Jista' l-Ministru jwiegeb mistoqsija 33758 u jgħid kemm twettqu hold-ups bejn l-2005 u llum sena b'sena? Jista' jgħid kemm minnhom kienu solvuti? Jista' jgħid f'liema lokalitajiet ġraw? Jista' jgħid kemm insterqu flus f'kull hold up fejn dan japplika? Jista' jgħid f'kemm minn dawn il-hold ups intużat il-vjolenza? Jista' jgħid f'kemm minn dawn il-hold ups intużaw armi tan-nar jew armi li jaqtgħu u bil-ponta?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar 2005 u l-aħħar ta’ April ta’ din is-sena ġew irrapurtati lill-Pulizija 329 kaz ta’ serq aggravat bil-vjolenza. Infurmat ukoll illi 211 każ kien irrapurtat illi kienet intużat arma tan-nar, f’105 kien irrapurtat li ntuzat arma li taqta' u bil-ponta u fil-kumplament, xi tip ta’ arma oħra. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, Tabella li turi l-lokalitajiet ta’ fejn ġie rrapurtat li sehhew dawn ir-reati u fejn hemm l-ammonti allegati misruqa.
Jista' l-Ministru jwiegeb mistoqsija parlamentari 33755 u jgħid x'wassal biex l-ispiża tal-proġett tal-Life Science Park tiżdied bi €12-il miljun u xi tħallas s'issa minn dan il-proġett? Jista' jgħid kemm kienet se toħroġ l-Unjoni Ewropea u kemm kin se joħroġ il-gvern Malti meta l-proġett kien se jiġi jiswa €16-il miljun, u x'se jkunu qed joħorġu issa li l-proġett se jiġi jiswa €32 miljun?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-proġett tal-Life Sciences illum jinkorpora fih ‘business incubation facility’ li fil-pjan oriġinali ma kinitx inkluża. Sal-lum tħallsu madwar €1.6 miljuni.
Il-kofinanzjament tal-Unjoni Ewropeja u l-Gvern Malti huwa ta’ 85% u 15% tal-ispejjeż eliġibbli rispettivament filwaqt li l-bilanċ tal-ispejjeż mhux eliġibbli jitħallas ukoll mill-Gvern Malti. Id-dettalji dwar dan qegħdin fit-tabelli li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Minstru jagħti tagħrif dwar kemm nefqet l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, bħala sehem tagħha fl-organizazzjoni tal-Fireworks Festival li nżamm din is-sena fl-inħawi tal-breakwater ta' Buġibba? Minbarra l-awtorità min ħallas għall-istess festival?
Response (DEMARCO, MARIO)
L-Awtorita Maltija ghat-Turizmu hadet l-inkarigu li torganizza l-loghob tan-nar tal-art minn 8 kmamar tan-nar differenti, hadet hsieb il-permessi necessarji u l-insurance mehtiega biex jintrama u jinharaq l-istess nar tal-art, preparazzjoni ta’ toqob fejn jintrama l-loghob tan-nar tal-art, provediment ta’ sound, riklamar u spejjez ohra. Ta’ dan hallset is-somma ta’ € 9,000 (approx, certu kontijiet ghadhom qed jaslu)
Il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Bahar kien responsabbli mill-immanigjar tat-traffiku, armar ta’ stands tal-ikel u s-servizz ta’ banda fost l-ohrajn liema spejjez kienu responsabbli ghalihom direttament il-Kunsill.
Mosta — żona ta' Sriedaq - servizz tat-trasport pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34060 u jinvestiga jekk hux possibbli li f'Triq il-Kbira għall-komunità li tgħix f'żona magħrufa ta' Sriedaq fil-Mosta, ikollhom is-servizz ta' bus shelter li tagħti kenn lil dawk li jużaw it-trasport pubbliku li jgħaddu minn dawk l-inħawi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-waqfa li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant m'għadhiex tintuża.
Jista' l-Ministu jgħid min rebaħ it-tender WSC/T/32/2012 Construction of concrete floor for blowers at North Sewage Treatment Plant? Jista' jgħid jekk dan il-kuntrattur għandux il-makkinarju kollu liċenzjat skont il-liġi?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi din it-tender għada qed tigi evalwata, għal daqstant għada ma ngħatax.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — xogħol mogħti lil kumpanija
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' kuntratti u xogħlijiet, bil-valur ta' kull wieħed, li ngħataw mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħtu, sena b' sena mill-2004, lil kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Għal kull każ, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kien każ ta' tender jew direct order? Jista' jgħid ukoll kemm kien hemm każijiet fejn l-istess kumpanija ngħatat xogħol bħala sub-contracter ta' min ikun rebaħ xi kuntratt jew ingħata direct order?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — xogħol mogħti lil kumpanija
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jagħti lista ta' kuntratti u xogħlijiet, bil-valur ta' kull wieħed, li ngħataw mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħtu, sena b' sena mill-2004, lil kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Għal kull każ, jista' l-Ministru jgħid jekk kien każ ta' tender jew direct order? Jista' jgħid ukoll kemm kien hemm każijiet fejn l-istess kumpanija ngħatat xogħol bħala sub-contracter ta' min ikun rebaħ xi kuntratt jew ingħata direct order?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija Parlamentari 32372.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — xogħol mogħti lil kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti u xogħlijiet, bil-valur ta' kull wieħed, li ngħataw mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħtu, sena b' sena mill-2004, lil kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Għal kull każ, jista' l-Ministru jgħid jekk kien każ ta' tender jew direct order? Jista' jgħid ukoll kemm kien hemm każijiet fejn l-istess kumpanija ngħatat xogħol bħala sub-contracter ta' min ikun rebaħ xi kuntratt jew ingħata direct order?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33468, jista' l-Ministru issa jara li l-anzjana li d-dettalji dwarha (flimkien ma' site plan) qed jingħataw separatament, li kienu ħadulha r-raba xi 30 sena ilu fejn infetħet triq ġewwa l-Gudja (tal-Ħofra), tingħata l-kumpens mistħoq?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Proprjeta’ tal-Gvern qed jagħmel kull ma jista’ biex iħallas kumpens f’każi bħal dan li d-dettalji tiegħu ingħataw separatament u li ilhom pendenti numru konsiderevoli ta’ snin. Però billi n-numru ta’ dawn il-każi huwa sostanzjali u d-Dipartiment għandu ċertu prioritajiet li jrid jimxi magħhom, mhux possibbli li jħallas kumpens għat-talbiet pendenti kollha immedjatament. Però id-Dipartiment qiegħed jieħu nota tal-każ li d-dettalji tiegħu ingħataw separatament biex ikun jista’ jipproċedi bil-ħlas tal-kumpens malli jkollu r-riżorsi neċessarji għal dan il-għan. Sadanittant sejra ssir stima riveduta tal-proprjetà in kwistjoni skont it-termini ta’ l-Ordinanza dwar l-akkwist ta’ Artijiet (Kap 88).
Tista' l-Ministru tikkonferma jekk mill-2008 sallum kienx hemm persuni li taw servizzi jew konsulenzi lill-MCAST liema persuni huma wkoll impjegati, ufficjali jew konsulenti tal-Malta Employers Association – jew ta’ entitajiet affiljati mal-Malta Employers Association? Jekk dan hu l-każ, tista' tagħti d-dettalji ta’ kwalunkwe ħlas jew kumpens li ngħataw dawn il-persuni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-President tal-Bord tal-Gvernaturi tal-MCAST, is-Sur Joe Farrugia, huwa wkoll id-Direttur Ġenerali tal- Malta Employers’ Association.
Għall-ħidma tiegħu fl-MCAST, is-Sur Farrugia jirċievi onorarja ta’ €16,305, telephone allowance ta’ €600 u travelling allowance ta’ €1,800, fis-sena.
Tista' l-Ministru tikkonferma jekk l-MCAST jew id-diriġenti in kariga kenux suġġetti għall-investigazzjonijiet kriminali mill-2008 sallum? Jekk dan hu l-każ, tista' l-Ministru tagħti informazzjoni dwar l-eżitu ta’ dawn l-investigazzjonijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li mill-2008 sal-lum, l-MCAST kien suġġett għal żewġ investigazzjonijiet:
- Tliet membri tal-istaff akkademiku ġew investigati fl-2010
- Membru ieħor tal-istaff amministrattiv kien investigat fuq każ separat fl-2012
Fl-ewwel każ imsemmi, ma nstabet l-ebda indikazzjoni ta’ xi reat jew nuqqas ieħor, u għalhekk l-investigazzjonijiet ma tkomplewx. Fit-tieni każ, wara li ftit tax-xhur ilu l-MCAST għadda l-informazzjoni mitluba mill-investigaturi u ta l-ispjegazzjonijiet tiegħu, sal-lum kien għadu ma kien hemm l-ebda ‘follow up’ minn naħa tal-awtoritajiet.
Tista' l-Ministru tikkonferma jekk l-MCAST kienx suġġett għall-multi jew penali mid-Dipartimenti tat-Taxxi jew tal-VAT mill-2008 sal-lum? Jekk dan hu l-każ, tista' tagħti d-dettalji dwar dawn il-multi jew penali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-multi u l-penali mid-Dipartimenti tat-Taxxi jew tal-VAT li l-MCAST kien suġġett għalihom mill-2008 sal-lum huma dawn:
26/5/11 €200 Late return submission - CIR
10/01/12 €50 Additional Tax & Interest - CIR
Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-figuri ta’ kemm irriżenjaw lecturing staff kemm fuq bażi full-time kif ukoll part-time, eskluż irtirar bl-età, mill-MCAST, sena b’sena, minn meta twaqqaf il-kulleġġ sal-lum?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mis-sena 2007 sal-lum qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Għas-snin preċedenti bejn 2001 u l-2006, minħabba li l-informazzjoni trid tinġabar manwalment u titħu ħafna ħin u riżorsi, l-informazzjoni l-oħra mitluba se tingħata ‘l quddiem.
Tista’ l-Ministru tagħti, sena b’sena, minn mindu twaqqaf l-MCAST sal-lum, kemm ingħataw kuntratti definiti għal lecturing posts, kemm fuq bażi full-time kif ukoll part-time, u kemm minnhom ma ġewx imġedda għal bażi indefinita?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Peress li dan ix-xogħol irid isir manwalment u jieħu ħafna ħin u riżorsi, l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar.
Università ta' Malta — assciate professor jew professor - lista ta' applikazzjonijiet għall-promozzjoni
Question
Tista' l-Ministru, mingħajr ma semmi ismijiet ta' individwi, tagħti lista ta' applikazzjonijiet għall-promozzjoni għall-gradi ta' associate professor jew professor fl-Università ta' Malta minn Jannar 2006 'il quddiem u jgħid f'kull każ:
a) minn liema fakultà, istitut jew ċentru kien l-applikant;
b) għal liema grad kienet l-applikazzjoni;
ċ) id-data meta l-università rċeviet l-applikazzjoni;
d) jekk sal-lum l-applikant rċeviex risposta finali dwar l-eżitu tal-applikazzjoni tiegħu/tagħha; u
e) f'każ li l-applikant irċievu risposta finali:
i) id-data li fiha l-applikant ingħata risposta dwar l-eżitu tal-applikazzjoni; u
ii) jekk l-applikazzjoni kinetx pożitiva jew le?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
nutara li mhumiex jiddepozżtaw il-kopji tal-kuntratti
Question
Jista' l-Ministru jgħarraf lil Kamra kemm hemm nutara li mhumiex jiddepożitaw il-kopji tal-kuntratti minnhom ippubblikati fl-arkivju miżmuma minn nutar tal-gvern? X'passi ttieħdu kontra nutara li mhumiex qed jimxu skont il-liġi?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninsab infurmat li hemm numru ta’ nutara li għadhom ma ddepożitawx l-atti tagħhom fl-Arkivji Nutarili. Rigward superviżjoni fuq in-nutara, bħalissa din qegħda f’idejn il-Qorti tar-Reviżjoni tal-Atti Nutarili. Ta’ min jinnota li s-sistema ta’ reviżjoni tal-atti nutarili sabiex dawn jiġu depożitati fl-Arkivji Nutarili se tinbidel radikalment bl-emendi riċenti u estensivi fil-liġi nutarili bis-saħħa tal-Att XXIV tal-2011. Dawn jorbtu lin-nutara sabiex jippreżentaw l-atti għall-iskrutinju ta’ review officers imqabbda mill-Kunsill Nutarili fi ftit żmien u hemm penali ħorox għal min ma jimxix skont din il-liġi.