Jista' l-Ministru jagħti xi statistika għandu l-Gvern dwar:
a) Kemm waslu immigranti, irġiel nisa u tfal (refugjati,
asylum seekers
, klandestini) f'Malta f'dawn l-aħħar għaxar snin?
b) Ta' liema nazzjonalità kienu?
c) Ta' liema reliġjon kienu?
d) Kemm minnhom għadhom Malta?
e) Kemm minnhom ġew diportati f'pajjiżhom jew pajjiżi oħra?
f) Liema pajjiżi ħadu diġà uħud mill-immigranti rregolari u kemm?
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-musulmani reġistrati bħala residenti f'Malta? Kemm minnhom twieldu Malta u kemm minnhom saru ċittadini f'Malta biż-żmien ta' residenza jew żwieġ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant ma tinżamx.
Tista' l-Ministru tgħid kemm huma l-istudenti li jattendu skejjel tal-Gvern dikjarati bħala Musulmani jew minn ġenituri Musulmani?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-istudenti li jattendu skejjel tal-Gvern dikjarati bħala Musulmani jew minn ġenituri Musulmani huma fil-Kulleġġi mniżżla hawn taħt:
Kulleġġi
Studenti Musulmani
Kulleġġ Santa Margerita
17
Kulleġġ San Benedittu
48
Kulleġġ San Ġorġ Preca
58
Kulleġġ Sant’Injazju
24
Kulleġġ Santa Klara
96
Kulleġġ Maria Reġina
61
Kulleġġ San Nikola
19
Kulleġġ Santa Tereża
30
Kulleġġ San Tumas More
35
Kulleġġ Għawdex
12
TOTAL
400
Tista' l-Ministru tgħid kemm huma l-istudenti Maltin reġistrati f'Mariam Albatool School li ġejjin:
a) minn familji fejn l-omm u l-missier huma Musulmani?
b) minn familji fejn l-omm biss hi Musulmana u r-raġel mhuwiex
c) minn familiji fejn il-missier biss hu Musulman u l-mara mhix?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li fl-iskola Mariam Albatool hemm 105 student Malti.
Infurmata wkoll li minħabba n-natura sensittiva tagħha, l-informazzjoni li talbet l-Onor. Interpellant, la tinġabar mill-iskola u lanqas mis-Sezzjoni ta’ l-Iskejjel mhux Statali fid-Direttorat għal Kwalita’ u Standards fl-Edukazzjoni.
San Vincenz de Paule — Xogħol strutturali fis-swali tal-irġiel
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu sejħiet għall-offerti matul l-2006 għal xogħlijiet strutturali bħala parti mill-manutenzjoni ġenerali għas-swali tal-irġiel fir-residenza San Vincenz de Paule? Min rebaħ dawn it-tenders u kemm tħallsu dawn il-kuntratturi?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Sptar San Vincenz de Paule — Xogħol strutturali fi swali Rużar Briffa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu sejħiet għall-offerti matul l-2006 għal xogħlijiet strutturali bħala parti mill-manutenzjoni ġenerali għas-swali ta' l-isptar Rużar Briffa fir-residenza San Vincenz de Paule? Min rebaħ dawn it-tenders u kemm tħallsu dawn il-kuntratturi?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
San Vincenz de Paule — Xogħol strutturali fis-swali tan-nisa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu sejħiet għall-offerti matul l-2006 għal xogħlijiet strutturali bħala parti mill-manutenzjoni ġenerali għas-swali tan-nisa ta' l-Isptar San Vincenz de Paule? Min rebaħ dawn it-tenders u kemm tħallsu dawn il-kuntratturi?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu sejħiet għall-offerti matul l-2006 għal xiri ta' purtieri għar-residenza San Vincenz de Paule? Min rebaħ dawn it-tenders u kemm tħallsu dawn il-kuntratturi?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu sejħiet għall-offerti matul l-2006 għal xiri ta' purtieri għal djar ta' l-anzjani? Liema djar inħarġu għalihom dawn is-sejħiet? Min rebaħ dawn it-tenders u kemm tħallsu dawn il-kuntratturi?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ħlas tal-gvern f'ċifra ta' flus globali li skond ir-records tal-Kummissarju tat-Taxxi Interni jridu jitħallsu lura lit-tax payers lokali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba sal-31 t’Awissu, 2008 hija din:
Individwi €7,666,121 li jridu jitħallsu sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru, 2009.
Kumpaniji €10,291,266 li jridu jitħallsu hekk:
€3,895,486 sal-31 ta’ Diċembru, 2009; u
€6,395,780 sal-31 ta’ Diċembru, 2010.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 607 u jgħid kemm hu l-ammont ta' arretrati : a) taxxi tad-dħul u b) VAT li l-Gvern għandu jdaħħal sal-lum mingħand persuni privati u soċjetajiet kummerċjali?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ arretrati ta’ taxxa dovuta sal-bidu ta’ Ġunju 2008, minn individwi hi ta’ €247,449,447, u minn kumpaniji hi ta’ €331,260,191. Dawn l-ammonti jinkludu talbiet magħmula fuq stima tal-Kummissarju minħabba li ma jkunux intbgħatu l-prospetti u l-assessment li qed jiġu kkontestati jew appellati. Huwa stmat illi madwar 20/25 fil-mija biss ta’ l-ammonti mgħotija hawn fuq huma attwalment dovuti.
Fejn jirrigwarda l-arretrati mill-VAT, mill-1 ta’ Jannar 1999 sal-bidu ta’ Ġunju, 2008, il-Gvern għandu jdaħħal €18,879,812. Dan l-ammont magħmul minn bilanċ mħux imħallas ta’ taxxa ddikjarata, audit assessments maħruġa mid-Dipartiment u minn penalitajiet.
Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Vetturi ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-nurmu ta' karozzi/vetturi ġodda li nxtraw mill-ministeru, dipartimenti u dekasteri oħra li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu matul l-ewwel 5 xhur ta' din is-sena? Kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li swew dawn il-karozzi/vetturi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 833 u 607 u jgħid kemm hu l-ammont ta' arretrati : a) taxxi tad-dħul u b) VAT li l-Gvern għandu jdaħħal sal-lum mingħand persuni privati u soċjetajiet kummerċjali?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 833.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 431 u jgħid fil-mument liema huma d-dekasteri, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu li għandhom xi forma ta' Assigurazzjoni Privata (Private Insurance) għall-vetturi, bini, apparat, pitturi, eċċ? Kemm huwa l-ħlas globali f'ċifra ta' flus li qed titħallas għal dawn l-assigurazzjonijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 431.
Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Vetturi ġodda
Question
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 1019 u jgħid kemm kien in-nurmu ta' karozzi/vetturi ġodda li nxtraw mill-ministeru, dipartimenti u dekasteri oħra li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu matul l-ewwel 5 xhur ta' din is-sena? Kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li swew dawn il-karozzi/vetturi?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1019.