Jista' l-Ministru jispjega x'inhi r-raġuni li persuna b'diżabilita' li d-dettalji dwara qed jintbagħtu separatament, imma tista' tuża sew saqajha, ma ġietx mogħtija l-eżenzjoni li tħallas il-liċenzja tat-triq għall-vetura tagħha, meta oħrajn bħalha jew agħar minnha ġew mogħtija l-eżenzjoni għalkemm m'għandhomx korozza awtomatika, li d-dettalji tal-vettura tagħhom qed jidhru separatament, u ruxxmata oħrajn li jsuqu ġustament il-korozza tagħhom li mhix waħda awtomatika?
Jista' l-Ministru jara li din l-inġustizzja ma tibqax fis-seħħ b'mod immedjat, aktar u aktar meta mill-aħħar ta' Awwissu 'l hawn il-vettura ta' din il-persuna qed ikollha titħalla ggaraxxjata u dan qed jitlef saħansitra ċ-ċans li jmur għall-visti fl-isptar San Luqa kif mitlub?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Prim Ministru jgħid minn meta Malta daħħlet fl-Unjoni Ewropea liema kunsilli lokali ibbenefikaw minn xi programm tal-Unjoni Ewropea? Liema programmi huma?
Jista' il-Prim Ministru jgħid minn meta twaqqfu il-kunsilli lokali, kemm saru courses/taħriġ għall-kunsilliera? F’liema sena? Kemm attendew kunsilliera għal kull course/taħriġ ta’ kull sena?
Kunsilli Lokali — Xogħol mingħajr approvazzjoni ta' l-Awtorità dwar it-Trasport
Question
Jista' il-Ministru jgħid liema huma il-kunsilli lokali f’Malta u Għawdex li wara li saret spezzjoni mill-uffiċjali ta’ Traffic Management Unit irriżulta li kien sar xogħol mingħajr l-approvazzjoni ta’ l-ADT? X’tip ta’ xogħol? X’passi se jitħiedu kontra dawn il-kunsilli lokali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Kunsilli Lokali — Mudell ġdid ta' performance evaluation
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-gvern għandux il-ħsieb li biex jassigura lill-kunsilli lokali jużaw ir-riżorsi kollha tagħhom b’mod effettiv jintroduċi mudell ġdid ta’ Performance Evaluation?
Għalliema/Uffiċjali/Ħaddiema assenti — Bidu tas-sena skolastika
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema/uffiċjali/għalliema eċċ. fl-iskejjel tal-istat li rappurtaw sick/assenti jew off fil-ftuħ tal-istaġun skolastiku 2008/2009 rispettivament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' studenti fl-iskejjel tal-istat li rappurtaw assenti jew sick fl-ewwel jiem tas-sena skolastika 2008/2009?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li kien hemm medja ta’ 1.3% kuljum tat-tfal li ma marrux fl-iskejjel tal-istat fl-ewwel ġimgħa mħabba mard jew għal xi raġuni oħra.
Skejjel tal-istat — Lmenti fuq nuqqasijiet ta' trasport
Question
Tista' l-Minstru tgħid kemm kien in-numru ta' lmenti fuq nuqqasijiet ta' trasport aċċessibli għall-istudenti fl-iskejjel tal-istat fl-ewwel jiem tal-istaġun skolastiku?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li matul l-ewwel 10 ijiem ta’ skola saru 17,680 vjaġġ bit-tfal ta’ l-iskola fuq 684 rotta differenti. Infurmata wkoll li b’kollox matul l-istess perjodu daħlu ilmenti dwar 15-il rotta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu numri ta' serqiet reġistrati lill-Puluzija fuq karozzi, djar privati, u ħwienet/entitajiet kummerċjali minn Jannar sa Settembru ta' din is-sena fil:-
1. Qawra?
2. Mellieħa?
3. San Pawl il-Baħar?
4. Manikata?
5. Mġarr?
6. Buġibba?
7. Xemxija?
8. Dingli?
9. Mtarfa?
10. Rabat?
11. Żebbuġ?
12. Burmarrad?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
International Development Aid — Politika tal-Gvern
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid x'inhija l-Politika tal-Gvern fid-dawl tal-International Development Aid vis-a-vistal-Unjoni Ewropea?
Response (BORG, TONIO)
F'Ottubru 2007, Malta nidiet dokument imsejjaħ "Politika ta' Żvilupp Barrani", li jifforma l-qafas tal-Għajnuna għall-Izvilupp u Għajnuna Umanitarja ta' Malta. Il-bażi ta' dan id-dokument huwa li jiġi eliminat kemm jista' jkun il-faqar permezz tal-Iżvilupp, u torbot mal-Millennium Developemnt Goals u mal-attivita' tal-Unjoni Ewropea.
Din il-politika timxi fuq il-passi tal-Konsensus Ewropew dwar l-Izvilupp, addottat mill-Unjoni Ewropea fl-2005. B'hekk fis-snin li ġejjin, Malta se tkompli tagħti s-sehem tagħha fit-tisħieħ ta l-impenn għall-għajnuna effettiva. Il-politika Maltija tisħaq fuq l-eradikkazzjnoi tal-faqar bħala għan ewlieni.
Malta lesta li taqsam l-esperjenza li kisbet tul is-snin ta' ħidma f'ċertu oqsma bħalma hums l-edukazzjoni u s-saħħa. Dawn iż-żewġ oqsma huma ferm importanti biex jintlaħqu l-Millennium Development Goals sas-sena 2015, kif ukoll sabiex il-popolazzjoni fil-pajjizi konċernati, ikunu jistgħu jgħixu f'kundizzjonijiet aħjar u jgħinu fit-tkattir tal-iżvilupp ta' pajjizhom. Din il-politka tiffoka ukoll fuq il-prinċipji ta'demokarzzija u tmexxija tajba, li huma ezzenzjali sabiex l-għajuna li tingħata tkun effettiva, u tasal għand dawk li huma l-aktar fil-bżonn, mingħajr ebda distinzjoni bejn is-sessi jew twemmin.
Dan id-dokument jisħaq ukoll li l-għajnuna li nagħtu għandha tkun immirata lejn il-pajjizi l-aktar foqra. Il-Konsensus Ewropew dwar l-Iżvilupp jisħaq li l-Unjoni Ewropea għandha tagħmel l-almu tagħha sabiex tikkonċentra parti sostanzjali ta' l-għajnuna tagħha lejn l-Afrika, bħala l-aktar kontinent li qed ibati l-faqar. Fil-qafas ta' din il-politika, Malta ukoll tagħti priorita' lill-Afrika, l-aktar lejn pajjizi fil Qarn ta' l-Afrika.
Malta lesta ukoll turi solidarjeta' ma' Stati żgħar b'mod partikolari ġzejjer li qed jiżviluppaw u tikkonċentra l-għajnuna tagħha lejn pajjizi li qed jizviluppaw fir-reġuni tal-Mediterran u l-Lvant Nofsani.
International Development Aid — kontribuzzjonijiet finanzjarji
Question
Jista' l- Viċi Prim Ministru u l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid kemm kienu l-kontribuzzjonijiet finanzjarji li l-Gvern Malti għamel lill-Unjoni Ewropea sabiex ikun konformi mal-obbligi tal-istrutturi tal-International Development Aid tal-Unjoni Ewropea? Jekk saru kontribuzzjonijiet, jista' jagħti dawn sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern Malti ma għamel l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja lil-International Development Aid tal-Unjoni Ewropea fl-ebda sena.
Jista' l-Ministru jgħid:
a.) Meta l-Gvern wasal għad-deċiżżjoni li jwaqqaf il-pjan tal-estensjoni taċ-Ċimiterju Addolorata?
b.) Jekk hemmx il-qbil tal-kabinett rigward din id-deċiżżjoni?
c.) Jekk għarrafx lill-medja b'din id-deċiżjoni u lil dawk l-elfejn u ħames mitt persuna li kienu ġew mwegħda qabar?
d.) Kemm kienet tkun in-nefqa tal-Gvern li kieku l-Gvern żamm kelmtu ma' dawk l-elfejn u ħames mitt persuna li applikaw għall-oqbra?
e.) Xi spejjeż daħal għalihom il-Gvern mindu ssottometa l-applikazzjoni tiegħu lill-MEPA fid-29 ta' Jannar 2002?
f.) Meta ħarġu t-tenders għall-estensjoni taċ-Ċimiterju Addolorata u min ħadhom?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-gvern ma ħax deċiżżjoni li jwaqqaf l-estensjoni taċ-Ċimiterju Addolorata. Il-Gvern wara li ra il-ġawra arkitettonika illi għandu dan l-istess ċimiterju ħass li l pjan ta’ estensjoni għandu jsir fil-kuntest li jissalvagwardja is-sbuħija arkitettonika taċ-ċimiterju u għaldaqstant qed jirrevedi l-pjanti ta’ l-estensjoni biex jirrifletti tali deċizjoni. Fil-kuntest li l-pjan ma twaqqafx ma nħassx il-bżonn li tiġi nfurmata l-medja u l-pubbliku ġenerali.
Ninsab infurmat ukoll illi l-estimi magħmula mil-perit tal-Works Department rigward il-proġett ta’ l-estenzjoni taċ-ċimiterju ta’ l-Addolorata huma ta’ Euro 8,385,744. Din il-figura ma’ tinkludhiex il-valur ta’ l-art meħtiega għal estenzjoni taċ-Ċimiterju. In-nefqa tal-gvern wara l-applikazzjoni tal-MEPA sa issa kienet ta’ Euro 6483. Din tinkludi l-ħlas dwar l-applikazzjoni tal MEPA, kif ukoll
survey
ta’ l-art li jammonta għal Euro 2668. Sa issa ħareġ biss it-
tender
għat-tħammil u ġarr ta’ materjal miz- zona ndikata għat-tkabbir taċ-Ċimiterju u dan ħareġ fl-10 ta’ Awissu 2007. l-offerta milqghuha sabiex isir dan ix-xogħol kienet dik mitfuha mill-kumpanija AG Joint Ventures.
social housing għal familji b'persuna b'diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm familiji b'persuni b'diżabilità li qed jistennew għal social housing? Kemm ilhom jistennew mid-data tal-applikazzjoni tagħhom u xi prospetti hemm biex jingħataw akkomodazzjoni?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-Awtorita’ tad-Djar għandha 457 applikazzjoni pendenti għal akkomodazzjoni alternattiva minn persuni b’diżabilita’, li minnhom 274 għandhom diżabilita’ relatata mal-mobilita’. L-aktar applikazzjoni antika hi tas-sena 1988.
Kif żgur taf l-Onor. Interpellanti, l-għoti ta’ akkomodazzjoni altenattiva jiddependi minn diversi fatturi fosthom il-lokalita’ preferita u n-numru ta’ kmamar tas-sodda li l-applikant ikollu bżonn u l-akkomodazzjoni disponibbli. F’każ ta’ persuna b’diżabilita’ jiġi kkunsidrat ukoll it-tip ta’ diżabilita’ li, ħafna drabi, titlob li tingħata akkomodazzjoni fil-pjan terran jew li tkun fornuta b’
lift
. Dawn il-fatturi kollha jagħmluha diffiċli li wieħed jirrispondi l-aħħar parti tal-Mistoqsija b’mod kategoriku.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-ispiżerija tal-għażla tieġħek? Hemmx xi ħsieb biex jinfirex dan is-servizz?
Response (DALLI, JOHN)
Il–proġett tal-ispiżerija tal-għażla tiegħek inbeda bħala proġett pilota fiż-żbatax tà Diċembru 2007. Sa llum l-iskema ġiet estiża għall-tminja u sittin spiżerija. Fil-preżent qed isir eżerċizzju ta' evalwazzjoni u konsolidazzjoni tas-sistema. Il-proġett ikompli jiġi estiż wara li jitlesta dan l-eżerċizju.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma dawk li qed jistennew operazzjoni tal-kataretti u kemm huwa ż-żmien li wieħed jistenna biex imissu din l-operazzjoni?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li numru ta’ pazjenti fuq l-waiting list għall-operazzjoni tal-kataretti sa’ Lulju 2008 kien 5,544. Il-medja ta’ stennija hija ta’ erba’ snin u nofs.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux sal-lum xi stimi ta' spejjes relatati mat-twaqqif tal-windmills:
a.) fuq baħar
b.) fuq l-art
li jipproduċi enerġija alternativa mir-riħ? Meta huwa pproġettat li jinbeda, jekk jinbeda dan il-proġett?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li l-Gvern permezz tal-konsulent Mott MacDonald, kien investiga fid-dettal il-possibiltà ta’ l-użu ta' diversi sorsi ta' enerġija rinovabbli f’Malta, fosthom il-ġenerazjoni ta’ l-elettriku mir-riħ. F’dan l-istudju kienu identifikati numru ta’ siti, kemm fuq il-baħar, kif ukoll fuq l-art li jistgħu jintużaw għal dan l-skop. Saret ukoll evalwazzjoni tal-potenzjal ta’ dawn is-siti flimkien ma’ stimi preliminari ta’ l-ispejjes, kollox abbażi ta’ l-informazzjoni, teknoloġija u kundizzjonijiet li kienu applikabbli dak iż-żmien.
Ir-rapport ta’ Mott MacDonald jinsab fil-website tal-MRA fuq www.mra.org.mt.
Bħalissa l-Gvern qed jiddentifika numru ta’ siti fuq l-art kif ukoll fil-baħar biex jiġu proposti għall-iżvillup ta’
wind farms
.
Tista' l-Ministru tgħid kemm sewa l-proġett tal-visiting centre f'Ħaġar Qim? Kemm ser jiswew it-tined li ser jgħattu t-tempji? Kif ġie ffinanzjat dan il-proġett? Meta ngħataw il-fondi u fuq liema pjanti u deskrizzjoni tal-proġett ngħataw? Meta ġew approvati l-fondi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-valur totali tal-kuntratt ghall-kostruzzjoni tac-Ċentru għall-Viżitaturi f’Ħagar Qim jammonta għal 1.7 miljun ewro (qabel il-VAT).
Il-valur totali tal-kuntratt għat-tined protettivi fuq Ħagar Qim u l-Imnajdra huwa ta’ 2.5 miljun Ewro (qabel il-VAT).
Il-Proġett għall-Konservazzjoni u Preżentazzjoni ta’ Ħagar Qim u l-Imnajdra qiegħed jibbenefika minn 4.2 miljun Ewro taħt il-programm ta’ Fondi Strutturali għas-snin 2004-06.
Ma’ l-ispejjez imsemmija, wieħed irid iżid il-ħlas lill-perit Walter Hunziker, li f’April 2004 intgħazel bħala r-rebbieħ tal-kompetizzjoni internazzjonali għad-disinn tal-proġett, u li jammonta għal 200,000 Ewro (qabel il-VAT).
Wieħed irid iżid wkoll l-ispejjeż ta’ Heritage Malta, partikolarment is-salarji ta’ l-impjegati tagħha għall-hin li ħadmu fuq il-proġett u azzjonijiet relatati, li huma stmati mal-140,000 Ewro.
Figuri aktar preċizi ta’ l-infieq attwali jkunu jistgħu jingħataw wara li jkun tlesta il-progett.
Il-Fondi Strutturali ġew konfermati f’Diċembru ta’ l-2004, jiġifieri wara li kien żviluppat il-qafas tal-proġett li qiegħed jitwettaq, kif dettaljat fil-Project Description Statement preżentat lill-MEPA f’Diċembru, 2004