Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #2196 Sitting 38 2008-10-06 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Mater Dei — Charges għall-barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma ċ-charges għall-barranin f'Mater Dei : i) Għal sodda kull jum? ii)Għal MRI? iii)Għal CT Scan? iv)Għal X-ray? v)Għall-konsulent? vi)Għat-tabib? Meta ġew reveduti l-aħħar dawn it-tariffi?

Response (DALLI, JOHN)

L-informazzjoni dwar tariffi lill-barranin għas-servizzi indikati hija hekk :- i) sodda kull jum - · € 256.23 f’ ward ġenerali · €489.17 fil- high dependency · €931.75 fil-kura intensiva ii) MRI - · €698.81 iii) CT Scan - · €465.87 iv) X-ray - · €23.29 (għall-pazjenti fil- ward dan jigi inkluż mal-prezz tas-sodda) v ) Għall-konsulent - vi) Għat-tabib - (M’hemm l-ebda distinzjoni bejn konsulent u tabib fl-Avviż legali kurrenti ) · €46.59 - Emerġenza · €34.94 - Outpatient (għall-pazjenti fil- ward dan jiġi inkluż mal-prezz tas-sodda) Dawn it-tariffi ġew reveduti fl-1 ta’ Mejju 2004 ( Avviz Legali 201/04 ). Tajt struzzjonijiet biex isir eżerċizju ta' costing fil-Mater Dei biex jiġu stabbiliti fl-ispiża attwali u għalhekk it-tariffi ġodda.
Leg 11 PQ #2197 Sitting 38 2008-10-06 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Żabbar — St Joseph Street

Question

Jaf il-Ministru bin-numru enormi ta' ġrieden li qed jinfestaw il-parti ta' fuq ta' St Joseph Street Żabbar (in-naħa ta' Ħaż-Żabbar, it-triq li tgħaqqad Ħaż-Żabbar maż-Żejtun) ? Jista' jieħu l-passi neċessarji biex tiġi eliminata l-possibilita' ta' mard u ħsara lill-bidwi?

Response (DALLI, JOHN)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma’ daħal l-ebda’ lment għand id-Dipartiment għal Saħħa Ambjentali rigward infestazzjoni ta’ ġrieden fit-triq imsemmija. Madankollu, ħaddiema tal-Pest Control fi ħdan l-istess Dipartiment, għamlu trattament intensiv fit-triq imsemmija bejn Ħaż-Żabbar u ż-Żejtun bejn is-16 u l-20 ta’ Ġunju 2008. Din it-triq reġgħat ġiet ttrattata fit-18 ta’ Lulju. Dan sar bħala trattament normali tal-lokalitajiet kollha.

Toroq mogħtija t-tarmac

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma t-toroq li sa issa huma mistennija li jiġu mogħtija t-tarmac matul is-sena finanzjarja li qegħdin fiha f'kull wieħed mill-irħula tas-7, 11 u 12-il distrett elettorali ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-Toroq li se jsiru sa l-aħħar ta’ 2008 huma: Is-Seba’ Distrett: · Triq is-Saqwi, l-Imqades u Skorba, Mgarr · Triq l-Imtarfa, Triq il-Palma u Triq G.Galea, Mtarfa · Triq E. Vitale, Rabat · Parti min Triq Wied il-Qlejja, Mtarfa Ħdax-il Distrett: · Parti min Triq il-Htajriet, Mosta It-Tnax-il Distrett: · Jitkompla ix-xogħol f’ Santa Marija Estate, Mellieħa

Regulation Tax Plus Vat

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1040, jista' l-Ministru jgħid x'se jsir fuq ir-Regulation Tax u l-Vat dwar il-karozzi second hand? X'inhuma l-pjanijiet u r-regolamenti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern ser iħabbar id-dettalji tas-sistema l-ġdida ta’ reġistrazzjoni fil-baġit li ġej. It-taxxa ser tkun imsejsa fuq il-prinċipju li karozza tħallas taxxa ta’ reġistrazzjoni skond kemm tniġġes l-ambjent u skond id-daqs tagħha. Huwa il-ħsieb tal-Gvern li jneħħi l-VAT minn fuq it-taxxa ta’ reġistrazzjoni, kif ukoll ir-rata ta’ taxxa minima li bħalissa qed tiġi applikata fuq il-vetturi.

Bajja San Tumas

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2010 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunijkazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jindika x'beħsiebu jagħmel il-gvern biex isebbaħ iż-żona ta' San Tumas f'Masraskala li bħalissa tinsab f'qagħda diżastruża? Xi pjan għandu l-gvern biex gradwalment idawwar il-bajja ta' San Tumas f'bajja ferm u ferm isbaħ, iktar nadifa u iktar attrajenti milli hi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru li tlesta x-xogħol biex jitneħħa kompletament il-periklu li ġie kkawżat mill-grigalata ta' din is-sena.

Orkestra Filarmonika Nazzjonali

Question

Tista' l-Ministru tindika jekk l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali hijiex se tiġi fornuta b'post iktar addattat minn dak preżenti sabiex tkun tista' tagħmel ir-rehearsals tagħha? Tista' tgħid kemm hi l-ispiża ta' l-Orkestra fis-sena u kemm minnha hi allokata għall-manutenzjoni jew jekk ikun il-każ kiri tal-post li fih isiru r-rehearsals preżentement?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-Ministeru tiegħi qed jagħmel dak kollu possibli sabiex issib post alternattiv għar-rehearsals ta’ l-Orkestra Filamonika Nazzjonali. L-ispiża totali ta’ l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali tilħaq madwar miljun u nofs ewro fis-sena. Infurmata li meta sar refurbishment sħiħ tal-post allokat lill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali fl-2005 sar mill-Ministeru tat- Turiżmu u Kultura waqt li xogħol ordinarju jitħallas mill-fondi ta’ l-Orkestra. Infurmata wkoll li ma jsir ebda ħlas għall-kiri tal-post li fih l-Orkestra tagħmel ir-rehearsals tagħha riċentement.
Leg 11 PQ #2223 Sitting 38 2008-10-06 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Complement tal-Forzi Armati Maltin

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm suppost li hu l-complement tal-Forzi Armati Maltin? Kemm fil-fatt hemm membri u f'liema kariga qegħdin? Kemm hemm membri nieqsa (jekk inhu l-każ) f'kull rank u meta hemm il-ħsieb li jimtlew dawn il-karigi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-istabbiliment approvat tal-Forzi Armati ta’ Malta huwa ta’ 1954 persuna u li fil-preżent il-Forzi Armati ta’ Malta huma komposti minn 1636 uffiċjal u suldati oħra mqassmin kif muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra. Sejħiet għall-ingaġġ ta’ suldati ġodda isiru fuq bażi annwali u għaldaqstant il-mili tal-vakanzi jiddependi fuq in-numru ta’ applikanti u kemm minn dawn jirnexxilhom itemmu b’suċċess it-taħriġ tagħhom. Ta’ min isemmi li f’Awwissu ta’ din is-sena hemm pjanat li jiġu ngaġġati 109 rekluta li bħalissa għaddejin bit-taħriġ bażiku tagħhom.
Leg 11 PQ #2224 Sitting 38 2008-10-06 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Complement tal-Korp tal-Pulizija

Question

Jista' l- Ministru jgħid kemm suppopst li hu l-complement tal-Korp tal-Pulizija ? Kemm fil-fatt hemm membri u f'liema kariga qegħdin? Kemm hemm membri nieqsa (jekk inhu l-każ) f'kull rank u meta hemm il-ħsieb li jintlew dawn il-karigi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #2225 Sitting 38 2008-10-06 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Complement tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm suppost li hu l-complement tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili? Kemm fil-fatt hemm membri u f'liema kariga qegħdin? Kemm hemm membri nieqsa (jekk inhu l-każ) f'kull rank u meta hemm il-ħsieb li jintlew dawn il-karigi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi r-reklutaġġ fid-dipartimenti tal-Gvern, inkluż ovvjament dak tal-Protezzjoni Ċivili, jiddependi prinċipalment mill-ħtiġijiet attwali ta’ riżorsi umani li jistgħu jitbiddlu maż-żminijiet, b’enfasi partikolari fuq il-ħtieġa li jsir l-aqwa użu mir-riżorsi disponibbli inkluż redeployment, jekk ikun possibbli. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, ninsab infurmat li fil-fatt qed isir studju sabiex jiġi deċiż jekk in-numru ta' impjegati regolari preżenti hux adegwat għall-ħtieġijiet preżenti. Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant fit-tieni parti tal-mistoqsija.
Leg 11 PQ #2226 Sitting 38 2008-10-06 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gwidi Turistiċi — Persuni Liċenzjati

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1889 u jgħid kemm hu n-numru ta' persuni liċenzjati biex jaħdmu bħala gwidi turistiċi u f'liema lingwi huma liċenzjati biex jagħmlu dan? X'inhu l-impenn tal-Gvern biex jikkontrolla l-abbużi f'dan il-qasam u cioe' biex Maltin u barranin li m'humiex liċenzjati bħala gwidi ma jkomplux jagħmlu dan ix-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 1889.

Abbużi minn Dgħajjes

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1890 u jgħid liema huma dawk il-bajjiet u x-xtut dikjarati għall-għawm biss u f'dan il-każ xi spezzjonijiet isiru minn impjegati ta' l-Awtorita' Marittima biex ikun assigurat li f'tali bajjiet u xtut m'humiex isiru abbużi minn dgħajjes, eċċ.? X'kienu r-riżultati s'issa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li ż-żoni riservati esklussivament għall-għawwiema huma skond il-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ir-responsabbilta` għall-infurzar tar-regolamenti taqa` taħt il-kompetenza tal-pulizija u kull informazzjoni mitluba f’dan ir-rigward għandha tiġi ndirizzata lill-Ministru responsabbli.

Kumpaniji Privatizzati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1894 u jgħid liema kienu dawk il-kumpanniji parastatali li ġew privatizzati minn amministrazzjonijiet Nazzjonalisti mill-1987 'l hawn? X'investiment għamlu minn dak iż-żmien 'l hawn? Jista' jgħid jekk tali investiment kienx possibli li jsir kieku ma kenux pprivatizzati? Kemm qed iħaddmu nies illum? X'ammont ta' taxxa ħallsu fuq il-qliegħ li kellhom kull sena minn dak iż-żmien 'l hawn?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Żejtun — Triq Toni Zahra - Skart

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Awtorità dwar it-Trasport tneħħi l-iskart li tħalla fil-ġenb tal-parti ta' fuq ta' Triq Toni Zahra, iż-Żejtun meta din ġiet asfaltata għall-ewwel darba mill-istess Awtorità?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-azzjoni li qed jitlob l-Onor Interpellant ittieħdet.

Żejtun — Triq Salvu Cacciatolo - Skart u ħaxix ħażin

Question

Jista' l-Ministru jara li titnaddaf roqgħa art propjetà tad-Dipartiment tal-Artijiet li tinsab fi Triq Salvu Cacciatolo kantuniera ma' Triq Toni Zahra fiż-Żejtun minn skart mitfugħ minn persuni rresponsabli u ħaxix ħażin?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Għoti ta' Visa lil ċittadin Niġerjan

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jara l-każ li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, sabiex ċittadin ta' nazzjonalità Niġerjana jkun jista' jottjeni Visa sabiex jiżżewweġ lis-sieħba tiegħu li hi ċittadina ta' nazzjonalità Ġermaniża?

Response (BORG, TONIO)

Ċittadini ta' nazzjonalita Niġerjana jistgħu japplikaw għall-visa mill-Konsulat ta' l-Awstrija ġewwa Abuja. Ninsab infurmat li l-każ li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant, kienet diġa ġiet mibgħuta lill-Pulizija għall-rikonsiderazzjoni u din ġiet irrifjutata wara li dan l-istess Niġerjan kien għamel "overstay" jiġifieri dam f'Malta bla permess għal mhux inqas min sena u ħames xhur.
Leg 11 PQ #2327 Sitting 38 2008-10-06 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Buiġibba/Qawra — Skart ġo siti privati

Question

Billi fl-inħawi ta' Buġibba u l-Qawra hemm diversi siti privati li fihom hemm min qed iwaddab l-iskart tiegħu, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dawn is-siti jingħalqu b'boundary walls li ma jħallux lil min iwaddab skart f'dawn is-siti? Jista' l-Ministeru jibda b'dawk is-siti li diġà huma magħrufa lilu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant li l-Inizjattiva dwar is-Siti vakanti ġiet pubblikata f'April 2007 minn meta numru konsiderevoli ta' sidien ottemporaw il-pozizzjoni billi fuq l-inizjattiva personali tagħhom bnew ħitan skond kif rikjest. Però kien hemm oħrajn li ma kkoperawx. Skond kif stipulat fl-Inizjattiva mħabbra kellhom ikunu il-Kunsilli Lokali li jinnotifikaw lill-Awtorità b'dawn is-siti vakanti. Minn naħa tagħha l-Awtorità kellha imbagħad tinvestiga kull każ partikolari ħalli jiġi stabbilit min huwa l-propjetarju, iċċekkjata l-kundizzjoni ta' l-art eċċ. Dan il-proċess kien ġie temporanjament imwaqqaf għal xi xhur sakemm ġew iċċarati xi punti legali. Iżda riċentament reġa’ beda inqabad ir-ritmu fejn diġà inħarġu numru konsidervoli t'Avvizi t'Infurzar skond Art 55 ta' l-Att Nru 1 dwar l-Ippjanar ta’ l-Iżvilupp madwar Malta u Għawdex. Inċidentalment Bugibba u l-Qawra huma fost l-ewwel lokalitajiet fejn ittieħdu passi u allura inħarġu Avviżi fuq 5 siti differenti li kienu ġew identifikati mill-Kunsill. L-Awtorità issa qed tkompli toħroġ Avviżi simili anke fil-lokalitajiet indikati fejn eventwalment jiġu kkonsultati l-Kunsilli relattivi sabiex jinbnew il-ħitan skond kif stabbilit fl-Inizzjattiva mħabbra.
Leg 11 PQ #2328 Sitting 38 2008-10-06 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Buġibba/Qawra — Bini ta' boundary walls

Question

Billi xi żmien ilu kienu ħarġu ordnijiet li permezz tagħhom dawk li kellhom siti mhux mibnija kellhom idawruhom b'ħitan ta' ċertu għoli, jista' l-Prim Ministru, permezz tal-istess MEPA jassigura li dawn il-ħitan jinbnew madwar numru ta' siti li għadhom mhux mibnija? Jista' dan il-pass jinbeda mill-inħawi ta' Buġibba u l-Qawra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant li l-Inizjattiva dwar is-siti vakanti ġiet pubblikata f'April 2007 minn meta numru konsiderevoli ta' sidien ottemporaw il-pożizzjoni billi fuq l-inizjattiva personali tagħhom bnew ħitan skond kif rikjest. Però kien hemm oħrajn li ma kkoperawx. Skond kif stipulat fl-Inizjattiva mħabbra kellhom ikunu il-Kunsilli Lokali li jinnotifikaw lill-Awtorità b'dawn is-siti vakanti. Minn naħa tagħha l-Awtorità kellha imbagħad tinvestiga kull każ partikolari ħalli jiġi stabbilit min huwa l-proprjetarju, iċċekkjata l-kundizzjoni ta' l-art eċċ. Dan il-proċess kien ġie temporanjament imwaqqaf għal xi xhur sakemm ġew iċċarati xi punti legali. Iżda riċentament reġa’ beda inqabad ir-ritmu fejn diġà inħarġu numru konsidervoli t'Avviżi t'Infurzar skond Art 55 ta' l-Att Nru 1 dwar l-Ippjanar ta’ l-Iżvilupp madwar Malta u Għawdex. Inċidentalment Buġibba u l-Qawra huma fost l-ewwel lokalitajiet fejn ittieħdu passi u allura inħarġu Avviżi fuq 5 siti differenti li kienu ġew identifikatai mill-Kunsill. L-Awtorità issa qed tkompli toħroġ Avviżi simili fejn eventwalment jiġu kkonsultati l-Kunsilli relattivi sabiex jinbnew il-ħitan skond kif stabbilit fl-Inizzjattiva mħabbra.

Għawdex — Rabat - Skola Aguis De Soldanis - Parkeġġ bi ħlas

Question

Peress li dan is-sajf il-ground ta' l-iskola Agius De Soldanis fir-Rabat, Għawdex kien qed jintuża bħala parkeġġ għall-pubbliku bi ħlas, tista` l-Ministru tgħid jekk l-iskola in kwisjtoni bbenefikatx finanzjarjament minn dan l-arranġament u jekk fl-affermattiv, b'kemm?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-iskola Agius de Soldanis Rabat, Għawdex; bbenefikat mill-użu tal-ground ta’ l-iskola bħala parkeġġ. S’issa rċevew 90.45Ewro f’April ’08 (depożitati fil-15 t’April 2008) u 41.47Ewro (depożitati fil-15 ta’ Lulju 2008).

Family and Child Impact Assessments

Question

Jista` l-Minsitru jgħid jekk fl-aħħar sentejn il-Gvern għamilx family impact assessments u child impact assessments? Jekk saru, jista' jgħid a rigward ta' xiex saru u l-eżitu ta' dawn l-assessments x'kien? Jista' jpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanti tikkjarifika x’qed tifhem bl-assessments li rreferiet għalihom.

Servizzi lill-Familji u tfal — Pjanijiet tal Gvern

Question

Jista` l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern biex itejjeb is-servizzi offruti lill-familji u lit-tfal f'pajjiżna speċjalment f'Għawdex?

Response (DALLI, JOHN)

Dan il-Gvern jieħu ħsieb li jtejjeb il-qagħda tal-familji u t-tfal kollha, mingħajr distinzjoni, jgħixu fejn jgħixu. Il-qafas tal-pjanijiet u l-istrateġija tal-Gvern f’dan ir-rigward hu dak indikat fil-Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-Inklużjoni Soċjali (2008-2010) kif ukoll fid-dokument ta’ qabel il- budget ippubblikat f’Lulju li għadda. Iż-żewġ dokumenti qegħdin fil-proċess ta' konsultazzjoni pubblika.