Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm servizzi tad-drenaġġ b'lura? Kemm hu l-perjodu ta' stennija bejn l-applikazzjoni għal dan is-servizz u l-ġurnata li jingħata s-servizz?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għandha numru ta’ talbiet għal estensjoni ta’ sistema tad-drenaġġ. Wara li l-Korporazzjoni tlesti dawn l-estensjonijiet, il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu l-arranġamenti biex iqabbdu s-sistema tad-dar mas-sistema pubblika tad-drenaġġ. Il-Korporazzjoni għandha 25 talba għal estensjoni tad-drenaġġ.
Il-Korporazzjoni tipprijoritizza dawn ix-xogħlijiet skond kemm taqdi konsumaturi bir-riżorsi finanzjarji allokati għal dawn ix-xogħlijiet.
Il-Korporazzjoni toffri servizz b’xejn ta’ tbattil ta’ fosos ta’ residenzi domestici fejn ma hemmx is-sistema pubblika tad-drenaġġ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn nies li jitqiesu homeless u għaliex dawn ma jsibux għajnuna mill-Gvern, allura jaqgħu dipendenti fuq l-NGOs bħal ma huma l-YMCA?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li l-Awtorita' tad-Djar għandha 122 applikazzjoni minn persuni li jitqiesu homeless li jinkludu persuni li qegħdin ġo sheltered homes jew ġewwa l-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin.
Mhux assolutament il-każ li dawn il-persuni ma jsibx għajnuna mill-Gvern. Dawn l-applikazzjonijiet jiġu kkunsidrati u mogħtija l-prijorita' li jixirqilhom fid-dawl tan-numru ta' postijiet disponibbli biex jiġu allokati. Ta min jgħid li din il-kategorija ta' persuna tista' tibbenifika minn skemi ta' l-Awtorita' tad-Djar bħal dik dwar sussidju fuq il-kera.
Inżid ukoll li l-entitajiet u organizzazzjonijiet volontarji li jagħtu kenn u sapport lil dawn il-persuni, normalment jirċievu għajnuna finanzjarja mill-Gvern għal dan l-iskop.
Jista' l-Minstru jgħid jekk inxtarax mill-Gvern, il-prodott Colifoam Enemas li ilu out of stock diversi xhur?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li kienet saret ordni għall-prodott imsemmi f’Novembru 2007 iżda minħabba li kien hemm nuqqas tiegħu fir-Renju Unit, il-konsenji lejn Malta kienu limitati. Bejn Jannar u April 2008 id-Dipartiment tal-Procurements irċieva biss 240 pakkett. Madankollu is-sitwazzjoni issa ġejja lura għan normal. Fil-fatt f’ Lulju u Awissu id-Dipartiment irċieva 492 pakkett rispettivament, filwaqt li f’ Settembru irċieva 1,500 pakkett, li 500 minnhom waslu fl-aħħar tax-xahar u għadhom ma ġewx rilaxxjati.
Jista' l-Ministru jara li s-servizz tas-City Cab jasal saċ-Ċentru tas-Saħħa l-Floriana?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-kuntratt eżistenti tal-electric minicabs ma jippermettix li l-minicabs jaslu saċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Floriana. Dan l-operat qiegħed jiġi diskuss fl-ambitu tar-riforma tat-trasport pubbliku.
Ħlas tal-overtime lill-Pulizija — Elezjoni Ġenerali
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitħallsu l-pulizija tal-overtime li ħadmu fl-elezjoni ġenerali? Għaliex seħħ dan id-dewmien?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li l-aħħar bilanċ ta' fondi meħtieġa biex isir il-ħlas dovut lill-membri tal-Korp tal-Pulizija se jiġi mgħoddi fil-Vot tal-Pulizija fil-jiem li ġejjin. B'hekk ikun jista' jsir il-ħlas lil dawk il-membri tal-Korp li ħadmu overtime in konnessjoni mal-Elezzjonijiet Ġenerali.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni mpjegati full-time u part-time fil-librerija tal-arkivji tal-Public Broadcasting Service? Fir-rigward ta' Radju Malta, x'teknoloġija tintuża meta tindaqq diska? Jekk jiġu uploaded mis-server kemm-il diska ġiet imdaħħla fis-sistema? Kemm hemm persuni mjegati biex jagħmlu dan?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata hekk:
(i) Hemm 3 persuni jaħdmu fil-librerrija ta’ l-Arkivji.
(ii) Qed jintuzaw 2 sistemi biex jindaqqu d-diski fuq Radju Malta.
(iii) Fis-sistema hemm imdaħħla 5,000 diska u hemm 3
Studio Operators
li jaħdmu fuq sistema ta’
shift
biex id-diski jiġu
uploaded
mis-
server
.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jikkonferma li l-Malta Enterprise organizzat żjara fl-Ukrajnia għal diversi negozjanti li akkumpanjaw lill-President u l-Viċi Prim Ministru? Kif intgħażlu dawn in-negozjanti? Jista' jagħti l-ismijiet tal-persuni/kumpanniji li ffurmaw din id-delegazzjoni?
Response (BORG, TONIO)
Il-Gvern qed jaħdem sabiex jattira iktar investiment dirett f'Malta minn kumpaniji barranin kif ukoll sabiex kumpaniji Maltin jtejbu l-kuntatti tagħhom barra minn Malta, u b'hekk tizdied ukoll l-esportazjoni. Għal dan il-għan, il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin flimkien mal-Malta Enterprise jorganizza delegazzjonijiet kummerċjali f'pajjizi li jitqiesu ta' interess għal Malta.
Fl-okkazjoni taż-żjara uffiċċjali tal-President ta' Malta ġewwa l-Ukrajna bejn it-8 u l-10 ta' Lulju 2008, il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin flimkien mal-Malta Enterprise organizza delegazzjoni kummerċjali.
Għal dan il-għan ġew ippublikati avvizi ta' sejħa ta' interess/expression of interest, fil-ġurnali kollha lokali fil-bidu ta' Ġunju 2008. Kull individwu u kumpanija f'Malta setgħu japplikaw. Dawk kollha li applikaw ingħataw iktar dettali dwar din iż-żjara, inkluz l-ispejjez li kull negozjant kellu jħallas sabiex jagħmel parti minn din id-delegazzjni. Kull min applika sabiex ikun parti minn din id-delegazzjoni kien aċċettat. Il-ħidma li saret qabel id-delegazzjoni marret ġewwa l-Ukrajna waslet sabiex saru 'l fuq minn 150 laqgħa bejn in-negozjanti Maltin u dawk Ukrajni.
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra il-lista tal-persuni kollha li attendew għal din id-delegazzjoni kummerċjali.
B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 2147 jista' l-Ministru jgħid kemm hawn child cares centres f'Malta u f'Għawdex u fejn qegħdin? Jista' jgħid liema huma tal-gvern u liema huma tal-privat jew tal-Knisja?
Response (DALLI, JOHN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-faċilitajiet li ngħataw reġistrazzjoni proviżorja biex joperaw bħala Child Care Centres mid-Dipartiment għal Standards fil-Ħarsien Soċjali.
Ninsab infurmat li din il-Tabella ma tinkludix faċilitajiet li għad għandhom il-possibiltà li joperaw mingħajr ma jinnotifikaw lill-imsemmi Dipartiment.
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 2358 u1179 li saru lill-Ministru għal Għawdex u lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, peress li r-residenti ta' Triq Fanal, Għasri qed jilmentaw minħabba l-fatt li qed jgħaddu ħafna vetturi b'ċertu veloċità, tista' l-Ministru tara l-possibilità li ssir hump biex jiġi evitat l-perikolu li qed jilmentaw dwaru dawn ir-residenti?
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin jgħid l-Imam, xi status diplomatiku għandu? Liema ftehim hu marbut bih il-Gvern dwar l-immunità taċ-ċentru Islamiku f'Raħal Ġdid?
Response (BORG, TONIO)
L-Imam igawdi l-immunita diplomatika bis-saħħa tat-tielet taqsima ta' Kapitolu 191 - l-Att dwar l-Immunitajiet u l-Privileġġi Diplomatiċi. Il-Gvern qed jonora ftehim li ġie iffirmat fl-24 ta' Lulju 1985 bejn il-Gvern u Islamic Call Society.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern dwar rikonoxximent legali ta' żwieġ Musulman?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rikonoxximent ta’ kull żwieġ li jiġi magħmul jew reġistrat f'pajjiż barrani permezz tar-reġistrazzjoni tiegħu fir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta hu regolat bl-artikolu 244 tal-Kodiċi Ċivili soġġett għall-Ordni Pubbliku tal-pajjiż. Kull talba għal reġistrazzjoni ta’ żwieġ jiġi eżaminat każ b’każ u jekk it-talba tkun konformi ma’ dak previst fl-artikolu msemmi u ma jkun hemm xejn li jmur kontra l-Ordni Pubbliku, dak iż-żwieġ jiġi reġistrat. Dan japplika għaż-żwieġijiet kollha inklużi dawk bir-rit Musulman.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn skejjel f'Malta, tagħti lista tal-ismijiet tagħhom, l-indirizz tagħhom u l-isem tal-kap tal-iskola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li b’kollox hawn 70 skola primarja tal-Istat li minnhom 59 huma f’Malta u 11 f’Għawdex. Hawn 13-il skola sekondarja tal-bniet li minnhom 12 huma f’Malta u 1 f’Għawdex. Skejjel sekondarji tas-subien b’kollox hawn 19 li minnhom 18 huma f’Malta u 1 f’Għawdex.
Infurmata wkoll li hawn 56 skola tal-Knisja u 27 skola indipendenti.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra listi tal-iskejjel kollha, kemm statali, tal-Knisja u indipendenti, bl-indirizzi tagħhom u l-isem tal-kap ta’ l-iskola.
Tista' l-Ministru tikkonferma li hemm vacancies għal assistant conservators fi ħdan Heritage Malta? Jekk hemm, huma diġa' assenjati? Peress li ma ħarġet l-ebda call for applications fi ħdan l-aġenzija, tista' tagħti iktar informazzjoni? Taqbel li l-iktar assistants conservators ideali huma l-eks ħaddiema tal-Museums Department li ilhom jagħmlu dan ix-xogħol għal żmien twil?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li preżentament m’hemmx vakanzi għal post ta’ Assistant Conservators fi ħdan il-Heritage Malta.
Uffiċju tal-Prim Ministru — Parental Leave - Irġiel
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm irġiel li jaħdmu fis-setturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fuq Parental Leave fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005, 2006 u 2007? Kemm hemm irġiel fuq parental leave din is-sena? Jista' jgħid f'kull każ kemm damu bil-parental leave?