Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kunsill Lokali Pembroke — Ċentru Kommunitarju

Question

Tista' l-Ministru tappoġġja t-talba tal-Kunsill Lokali ta' Pembroke biex permezz tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali l-bini li bħalissa jintuża bħala skola primarja Bice Mizzi Vassallo jkun devolut lilu meta jitbattal u jibda jintuża bħala ċentru kommunitarju għar-residenti ta' Pembroke li m'għandhom l-ebda bini ieħor li jista' jservi għal dan il-għan?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li d-Direttorat għal Servizzi Edukattivi għandu pjanijiet alternattivi għall-bini li bħalissa jintuża bħala skola primarja Bice Mizzi Vassallo.

Channel 22 — Budget

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm nefaq flus iċ-Channel 22 minn Jannar 2008 sa Settembru 2008? Kemm fadallu flus x'jonfoq mill-budget allokat lilu sa l-aħħar tas-sena? Kemm qalgħu flus it-tliet preżentaturi li dehru l-iżjed fuq Channel 22 minn Jannar 2008 sa Settembru 2008?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li għall-perjodu Jannar sa Settembru 2008, Channel 22 nefaq €203,426. Fil-budget allokat għall-2008, fadal €178. It-tliet preżentaturi li dehru l-iżjed fuq Channel 22 qalgħu €6,393.82, €2,441.11 u €3,900 (+ VAT ta’ €702) bħala preżentaturi.

Toqol ta' basktijiet għat-tfal tal-iskola

Question

Peress li qed jasluli ilmenti minn ġenituri dwar it-toqol ta' basktijiet li qed ikollhom iġerru t-tfal biex imorru u jiġu lura mill-iskola b'detriment għal saħħithom, tista' l-Ministru tgħid x'passi qed jittieħdu biex it-toqol tal-basktijiet tat-tfal ma jkunx iżjed minn dak irrikmandat biex ma ssirx ħsara lis-sinsla tad-dahar tat-tfal?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari nru 935.

Skejjel — College Network

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hux qed isiru xi sforzi biex skejjel tal-Knisja u indipendenti f'Għawdex jidħlu f'xi forma ta' partnership mal-College Network tal-iskejjel tal-istat fil-gżira Għawdxija? Fejn waslu dawn l-isforzi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li f’Għawdex hemm biss skejjel tal-Knisja, ma hemmx skejjel Indipendenti. Diġa’ hemm ħafna ħidma bejn il-Gozo College u l-Iskejjel tal-Knisja. Infatti ħafna mill-attivitajiet li jorganizza l-Gozo College jieħdu sehem fihom ukoll l-iskejjel tal-Knisja: fosthom Personal & Social Development (PSD) session, Home Sci Home, Health & Safety exhibitions, guidance sessions. Ġew organizzati ukoll professional development sessions flimkien. F’Lulju għal l-aħħar Kunsill tal-Kapijiet ġew mistiedna wkoll il-Kapijiet tal-iskejjel tal-Knisja u attenda anke l-Eċċellenza Tiegħu l-Isqof t’Għawdex. Minn din is-sena skolastika bi qbil mal-kapijiet kollha ta’ l-iskejjel ta’ l-istat tal-Gozo College, għall-Council of Heads (COH) ser jiġu mistiedna wkoll il-kapijiet ta’ l-iskejjel tal-Knisja.

Monitoring Board — Rendikont

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hux qed jiffunzjona l-Monitoring Board tal-iskejjel TEFL u minn min hu kompost? Tista' tagħti rendikont tal-ħidma tiegħhu minn Jannar 2008 sal-lum?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-Monitoring Board tal-iskejjel TEFL qed jiffunzjona b’mod regolari. Il-membri tal-Bord il-ġdid huma: Chairman: Dr. James Calleja Membri: Ms. Genevieve Abela, Ms. Alexandra Valletta, Dr.Grace Grima, Ms. Jacqueline Fenech, Ms. Isabelle Pace Warrington, Mr. Francis Stivala. Segretarja: Ms.Marthese Johnson Infurmata wkoll li l-Bord kompla bix-xogħol normali tiegħu inkluż il-proċessar ta’ permessi għal ftuħ ta’ skejjel ġodda, proċess ta’ permessi ġodda għall-għalliema ta’ l-Ingliż, it-tiġdid ta’ permessi eżistenti ta’ l-għalliema, l-eżami ta’ l-Ingliż bħala lingwa barranija f’Marzu li għadda u preżentament qed jaħdem fuq l-eżami li jmiss f’Novembru li ġej, iż-żjarat regolari fl-iskejjel ta’ l-Ingliż u l-korrispondenza u l-laqgħat mitluba kemm mill-iskejjel u kemm minn individwi.
Leg 11 PQ #2491 Sitting 39 2008-10-07 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Operat tal-Kunsilli Lokali — aċċess għall-informazzjoni miċ-ċittadini

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x’qed jagħmel il-gvern biex ikun hemm aċċess aħjar għall-informazzjoni miċ-ċittadini dwar l-operat tal-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #2495 Sitting 39 2008-10-07 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Lokali — Allokazzjoni mill-fondi Speċjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x’inhi d-direzzjoni tal-gvern, u x’inhuma il-gwidi li qed jintużaw fl-allokazzjoni lill-kunsilli lokali mill-fondi speċjali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #2496 Sitting 39 2008-10-07 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Segretarji Eżekuttivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid minn huma s-Segretarji Eżekuttivi f’kull kunsill lokali f’Malta u Ghawdex? F’liema sena ħarget l-approvazzjoni mid-dipartiment tal-kunsilli lokali, aktar tard dipartiment tal-gvern lokali, għal kull segretarju eżekuttiv?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra
Leg 11 PQ #2497 Sitting 39 2008-10-07 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — L-iżgħar Persuna

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid minn hu/hi l-iżgħar kunsillier/a fil-kunsilli lokali f’Malta u f’Għawdex ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #2498 Sitting 39 2008-10-07 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — L-aktar persuna anzjana

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid minn hu/hi l-aktar kunsillier/a anzjan f’Malta u f’Għawdex ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Qorti — tħarrik fuq moħqrija lill-annimali/fjuri/natura

Question

Jista' l-Minsitru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li tresqu l-Qorti mill-Pulizija u/jew imħarka għaliex wettqu moħqrija fuq annimali/fjuri/natura f'Malta u f'Għawdex separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena kien hemm 4 persuni li l-pulizija bdiet proċeduri kriminali kontra tagħhom fuq akkużi ta' moħrija fuq annimali. Ma tinżammx statistika separata dwar vandaliżmu li jitwettaq fuq fjuri, pjanti jew siġar.

Rapport tal-Puluzija fuq inċidenti tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu in-numru ta' inċidenti tat-traffiku rapurtati lill-Puluzija minn Jannar sa Settembru ta' din is-sena? Kemm minnhom kienu fatali?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena kien hemm 3,059 inċident tat-traffiku rrappurtat lill-pulizija. Minn dawn kien hemm 12 li kienu fatali.

Fish Farms li joperaw fl-ibħra Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' fish farms li fil-preżent joperaw fl-ibħra Maltin? X'tip ta' ħut u x'kwantitajiet jipproduċu rispettivament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor Membru li fl-ibħra ta' madwar Malta u Għawdex hawn 7 farms li jrabbu t-tonn. Din is-sena bejniethom għandhom produzzjoni ta' 4,253.5 tunnelata. Tlieta minnhom irabbu wkoll spnott u awrat flimkien ma’ farm ieħor li jrabbi spnott u awrat fi tlett siti differenti. Dawn bejniethom għandhom produzzjoni ta' madwar 1184 tunellata. Hemm kwantità zgħira ta' griebel li hija prodotta minn wieħed minn dawn il-farms, filwaqt li hemm ukoll produzzjoni ta' aċċol li għadha fuq skala ta' riċerka, li qiegħda ssir bi ftehim ma’ farm ieħor minnhom.

Produtturi reġistrati f'Malta u f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa numru ta' produtturi tat-tjur tas-simna reġistrati f'Malta u f'Għawdex fil-preżent? X'produzzjoni jlaħqu f'Malta u f'Għawdex separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li skond in-National Livestock Database n-numru ta’ produtturi tat-tjur tas-simna reġistrati fl-2008 huwa ta’ 87 produttur f’Malta u 25 produttur f’Għawdex. Il-produzzjoni totali ta’ tjur tas-simna għas-sena 2007 kienet ta’ 691,360 minn irziezet f’Għawdex u 2,187,828 minn irziezet f’Malta. Il-tjur kollha ġew proċessati fi stabbilimenti Maltin.

Servizzi ġodda tal-ilma — Applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm servizzi ġodda tal-ilma li ntalbu u għadhom ma nqdewx? Kemm hu l-perjodu ta' stennija bejn applikazzjoni għal dan is-servizz u l-ġurnata li jingħata s-servizz?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-KSI għandha madwar 450 applikazzjoni għal servizz ġdid pendenti. Normalment il-KSI tieħu mhux aktar min erba’ gimgħat mid-data tal-applikazzjoni biex tipprovdi s-servizz. Dan is-sajf iżda, dan il-perjodu twal xi ftit aktar minħabba l-fatt li kien hemm aktar ħsarat mis-soltu u l-KSI kellha tikkonċentra r-riżorsi tagħħa fuq dawn il-ħsarat. Is-sitwazzjoni mistennija tiġi lura għan-normal f’ qasir żmien.

għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropeja — Immigranti illegali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm irċivejna għajnuna finanzjarji mill-Unjoni Ewropeja sabiex nżommu u nsostnu l-immigranti illegali f'pajjiżna f'dawn l-aħħar erba' snin? Kif intefqu dawn il-fondi full sena f'dawn l-aħħar erba' snin? Irċivejna xi fodni t'għajnuna oħra f'dan ir-rigward?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.