Legislature:
Category:
Reset
Active:

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — persuni taħt is-16-il sena

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna taħt is-16-il sena kienet miżmuma detenuta fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin fl-aħħar erba' snin sena b'sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' persuni taħt is-sittax-il sena miżmuma fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin fl-aħħar erba' snin kien kif ġej:- 2008 12 2009 10 2010 10 2011 5 2012 5 Infurmat ukoll illi jista' jkun li persuna tkun daħlet iżjed minn darba fl-istess sena.

Qorti — każijiet pendenti ta' persuni taħt l-erbatax-il sena

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna taħt l-erbatax-il sena tressqet il-Qorti sena b'sena fl-aħħar erba' snin? Kemm minn dawn il-każijiet għadhom pendenti, kemm ġew liberati u kemm instabu ħatja u x'kienu l-pieni li ngħataw?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej: Persuni taħt l-14-il sena pressqa l-Qorti 2008 2009 2010 2011 2012 Persuni mressqa l-Qorti 19 18 45 52 28 Persuni li l-każ għadu pendenti xejn xejn 4 11 14 Persuni misjuba ħatja 9 12 24 22 11 Persuni liberati 4 4 6 8 3 Persuni dikjarat proċediment eżawrit 6 2 11 11 xejn Ninsab infurmat ukoll illi l-pieni mogħtija kienu, multa, probation, liberazzjoni kundizzjonata u ċanfira jew twiddiba.

Belt Valletta — Strada Rjali - Segways

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-limitu tal-veloċità ta' segways, f'postijiet bħal Strada Rjali fil-Belt Valletta, biex ma jkunx hemm periklu għall-pedestrians?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi għalkemm m’hemmx indikat il-limitu ta’ veloċità għal dan il-mezz ta’ transport partikolari, hemm regolamenti tat-traffiku li jispeċifikaw li ħadd ma għandu jsuq vettura li taħdem b’makna b’qawwa baxxa b’mod perikoluż jew bi traskuraġni fi triq jew post ieħor pubbliku, jew mingħajr ma jagħti kas ta’ persuni oħra li jkunu qed jużaw it-triq jew il-post.

Faċilità Korrettiva ta' Kordin u Forensic Unit — mewt ta' persuni

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar disa' snin kemm mietu persuni waqt li kienu fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u fil-Forensic Unit f'Monte Karmeli? Jista' jgħid f'liema minn dawn il-każijiet il-mewt ġrat b'kawża naturali?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi mis-sena 2003 'l hawn mietu 8 persuni waqt li kienu qegħdin jiskontaw sentenza fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin. Infurmat ukoll illi minn dawn, 4 priġunieri mietu b'kawża naturali: 1 miet fil-Faċilità, 1 miet l-Isptar San Luqa, 1 miet San Vinċenz De Paule u 1 miet l-Isptar boffa. Kien hemm ukoll uffiċjal li miet fuq il-post tax-xogħol. Apparti dawn hemm Inkjesta Maġisterjali fuq mewta ta' priġunier li għadha ma ġietx magħluqa.

Persuni akkużati bir-reat ta' korruzzjoni ta' minorenni

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar erba' snin sena b'sena kemm tressqu persuni l-Qorti akkużati bir-reat ta' korruzzjoni ta' minorenni? Jista' jgħid f'kemm minn dawn il-każijiet il-vittma kellha aktar minn sittax-il sena? Jista' jgħid kemm ġew liberati, kemm għadhom pendenti u kemm instabu ħatja?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej: 2008 2009 2010 2011 2012 Persuni akkużati b’ korruzzjoni ta' minorenni 42 60 32 33 7 Każi fejn il-vittma kellha aktar minn sittax-il sena 9 13 7 9 Xejn Persuni liberati 1 2 Xejn Xejn Xejn Persuni li l-każ tagħhom għadu pendenti 25 36 21 22 6 Persuni u misjuba ħatja 16 22 8 10 1
Leg 11 PQ #18497 Sitting 484 2012-05-30 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti, kemm dawk legali kif ukoll dawk li mhumiex, kemm ilhom fil-karigi rispettivi tagħhom u kemm qed jitħallsu fis-sena referibbilment għal: - Kumitat Festi Nazzjonali, Kumitat għall-Prevenzjoni u l-Kontroll dwar il-Patrimonju – Kulturali, Kumitat Ko-ordinattiv għall-Bio Sigurtà, Kumitat ta’ Konsulenza dwar il-Patrimonju – Naturali, Kumitat Ornis, Kumitat ghall-Prevenzjoni u l-Kontroll Integrali tat-Tniġġiż, Kumitat ta’ Tmexxija dwar l-Infurzar Lokali, Kumitat tal-Utenti (Appuntat mill-MEPA), Kumitat tan-Nomini għall-Unuri, Dekorazzjonijiet u Għotjiet, Kumitat tat-Tmexxija Ċentru tal-Konferenzi tal-Mediterran, Kumitat tat-Tmexxija Teatru Manwel, Kummissjoni għall-Kontroll ta’ l-Iżvilupp, Kummissjoni għall-Kummerċ Ġust, Kummissjoni Nazzjonali tal-Folklor, Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur, MEUSAC, Minerals Advisory Bord, National Sovereignty and Jurisdiction Committee, Orkestra Filarmonika Nazzjonali, Panel ta’ Konciljazzjoni, Tribunal ghat-Talbiet tal-Konsumaturi u Tribunal Industrijali? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll kemm-il seduta attendew il-membri rispettivi tal-bordijiet, awtoritajiet agenziji u kumpaniji governattivi? Min huma s-segretarji rispettivi ta’ dawn l-entitajiet imsemmija, jekk humiex full-time u x’paga għandhom u dan kollu senjatament għas-snin 2008, 2009 u 2010. Jista’ l-Ministru jgħid ukoll min huma l-konsulenti kemm dawk legali kif ukoll dawk li mhumiex u x’ retainers għandhom għall-Ministeru nnifsu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Rigward l-aħħar parti tal-Mistoqsija nirreferih għar-risposta li tajt f’Mistoqsija parlamentari 27478.
Leg 11 PQ #24513 Sitting 484 2012-05-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħlasijiet għal tenders

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23744 u jgħid illum kemm huwa kkalkulat f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru jrid jgħaddi lill-kuntratturi li jissuplixxu s-servizzi u provvisti abbażi ta' tenders li ttieħdu mill-istess kuntratturi u kumpaniji mill-ministeri u dekasteri eċċ. li jaqgħu taħtu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #25502 Sitting 484 2012-05-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Skart perikoluż

Question

Billi xi żmien ilu kien ingħad li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kienet qed tiżen l-għażliet legali li kellha quddiemha dwar investigazzjoni li kienet għamlet dwar skart perikoluż li minħabba fl-stop order innifisha wassal lill-Korporazzjoni Enemalta biex titfi l-air filters tal-Marsa Power Station għal għadd ta' xhur, u billi skont kelliem tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kif ikkwotat f'ġurnal lokali tas-17 ta' April 2011, ir-regolatur kien qed jara flimkien mal-Korporazzjoni Enemalta nnifisha u l-operatur tal-barriera kif se jiġu determinati ir-responsabilitajiet u liabilities rispettivi ta' kull entità fir-rigward ta' dan il-każ, jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra x'azzjoni konkreta ttieħdet biex ma jiġrix dak li kien se jiġri fil-każ tar-rimi tal-waste oils fid-drenaġġ qrib Hexagon House fejn kulħadd baqa' b'li ħa, u entità governattiva minkejja li ġiet mitluba tieħu azzjoni legali baqgħet m'għamlet xejn fid-dawl tal-assikurazzjoni li min kien għamel ir-reat ma deherx li ħalla r-reat jirrepeti ruħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-Awtorità wieżnet l-possibilitajiet legali kollha u ġie determinat li l-ġeneratur tal-iskart u l-operatur tal-barriera għandhom iħallsu multa bħala ammessjoni ta’ l-illegalità li wettqu, liema multa tirrifletti r-reat skont il-parametri tal-liġijiet eżistenti u hija d-doppju li tribunal tal-Qorti jista’ jimponi fiċ-ċirkostanzi. S’issa l-ġeneratur tal-iskart ħallas l-ammont dovut, pero` l-Awtorità ha tirriserva d-dettalji ta’ dan l-proċess sakemm jiġi konkluż l-każ, sabiex l-Awtorità stess titrasmetti l-informazzjoni kollha lill-pubbliku.
Leg 11 PQ #25687 Sitting 484 2012-05-30 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — shooting ranges - studju

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar iffinalizzatx l-istudji tagħha dwar shooting ranges madwar Malta u Għawdex? Jekk iva, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan ir-rapport? Jekk le, jista' jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jiġi finalizzat dan ir-rapport bir-rakkmandazzjonijiet tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-MEPA ħejjiet abozz ġdid ta' din il-policy abbażi ta' diskussjonijiet mal-Weapons Board fi ħdan il-Ministeru ta' l-Intern u Affarijiet Parlamentari. L-abozz l-ġdid għadda għand is-Segretarjat Parlamentari responsabbli miż-Żagħzagħ u l-Isport fi ħdan il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u x-Xogħol. Il-pass li jmiss issa huwa li jsir ‘feasibility study’ fuq dak li qiegħed jiġi propost.
Leg 11 PQ #28802 Sitting 484 2012-05-30 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Teatru Manoel — produzzjoni tal-pantomima tal-Milied

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk inħarġitx sejħa għall-interess/offerti mit-Teatru Manoel għall-produzzjoni tal-pantomima tal-Milied għall-istaġun 2012/2013 peress li l-ftehim preżenti jagħlaq din is-sena? Jekk le, meta se tinħareġ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi sejħa għall-interess għall-produzzjoni tal-pantomina tal-Milied għall-istaġun 2012/2013 ħarġet.

Ħal Qormi — Triq il-Mitħna - impact assessment

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Transport Malta, qabel ma bdew jinbnew il-bankini fi Triq il-Mitħna, Ħal Qormi, għamlitx impact assessments fuq: [a] il-mixja tal-ilma tax-xita f'din it-triq li tilqa' fiha ilma li jkun gej minn Birkirkara, Santa Venera u l-Imrieħel u li jibqa' sejjer għall-wied; [b] il-fatt li l-bankini jidhru li se jkunu maħruġin 'il barra u għaldaqstant jistgħu jaffettwaw lil dawk li bil-vetturi jkunu ġejjin minn Triq il-Kanun, Ħal Qormi għal ġo Triq il-Mitħna; [ċ] il-volum u l-konġestjoni tat-traffiku, partikolarment fil-ħinijiet tax-xogħol; u [d] l-operat tal-ħwienet tax-xogħol li hemm f'din it-triq? Jekk Transport Malta għamlet dawn l-assessments x'irriżulta? Transport Malta ma' liema dipartimenti u/jew entitatjiet governattivi ikkordinat qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni li jsiru dawn il-bankini kif qed isiru?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li ma saru l-ebda impact assessments fir-rigward tal-punti msemmija mill-Onorevoli Interpellanta. Madankollu, ix-xogħlijiet li saru fit-triq imsemmija jiffurmaw parti minn skema ta’ Traffic Management u ma kinux intiżi sabiex jindirizzaw jew itejbu s-sistema tal-ilma tax-xita. Ninsab infurmat ukoll li z- zebra crossings ġew disinjati skont l- istandards tad- Design Manual for Roads & Bridges (DMRB ), filwaqt li matul l-implimentazzjoni tax-xogħlijiet ġew ikkonsultati l- istakeholders konċernati fejn saru xi tibdiliet fid-disinn ta’ dan il-proġett. Kif ikkonfermat mill- istakeholders u mill-Onorevoli Interpellant, id-disinn jindirizza ħafna mill-problemi fit-triq eżistenti fir-rigward ta’ saħħa u sigurta` kif ukoll ta’ parkeġġ.
Leg 11 PQ #31925 Sitting 484 2012-05-30 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — flus f'konsulenzi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intefqu flus f'konsulenzi mid-dipatimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2011, maqsuma b'mod separat għal dawk li jaqbżu l-€10,000 u lil min ingħataw? Jista' jgħid ukoll b'liema mod ingħatat kull konsulenza?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt f’mistoqsija parlamentari numru 33415.
Leg 11 PQ #33190 Sitting 484 2012-05-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rabat — Għemieri, Binġemma Fort u Tas-Salib - Petizzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma x'konsiderazzjonijiet saru dwar il-petizzjoni tar-residenti tal-Għemieri, Binġemma Fort u Tas-Salib limiti tar-Rabat ikollhom is-servizz tat-trasport u dan partikolarment sabiex l-istudenti fl-inħawi msemmija jaslu l-iskola bl-anqas inkonvenjent possibli? Billi residenti jixtiequ li dan is-servizz jiġi estiż b'bidla żgħira attwali, jista' jara li t-task force kkonċernata tirrimedja b'soluzzjoni? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li ż-żoni imsemmija qatt ma kienu servuti b’servizz ta’ trasport pubbliku. Ninsab infurmat ukoll li Transport Malta ġa qed tikkunsidra kull soluzzjoni sabiex jekk ikun possibbli jingħata servizz fiż-żoni msemmija. Madankollu s’issa jidher li hu diffiċli ħafna li hamlets minuskoli bħal dawn ikollhom servizz.
Leg 11 PQ #33247 Sitting 484 2012-05-30 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

RRAG — approval għall-impjiegi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid skont RRAG fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru x'kien l-approval għall-impjiegi għas-sena 2011 u għal tul l-2012?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni dwar il-vakanzi approvati fis-Servizz/Settur Pubbliku għas-sena 2011, u li jammontaw għal 3,662. Ninsab infurmat li l-mili ta’ vakanzi huwa marbut mal-esiġenzi tas-Servizz/Settur, kif jistgħu jiżviluppaw tul is-sena. Dan jinkludi ċaqliq laterali għal finijiet ta’ flessibiltà u l-aħjar utilizzar tar-riżorsi umani. Għaldaqstant, risposta adegwata fir-rigward tas-sena 2012 tista’ tingħata biss f’għeluq l-istess sena finanzjarja.
Leg 11 PQ #33281 Sitting 484 2012-05-30 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — informazzjoni dwar l-impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid, matul l-2011 kemm ħarġu applikazzjonijiet għal impjieg fid-dekasteru responsabbli mill-Prim Ministru u kemm ġew impjegati, kemm abbażi ta' kuntratt definit jew indefinit? F'kull każ x'kien il-grad/nomenklatura ta' impjieg li ġew imħaddma fih?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #33307 Sitting 484 2012-05-30 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fondi ta' politika ta' koezjoni għall-programm baġitarju 2007 — 2013

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma l-proġetti approvati s’issa li huma ko-finanzjati mill-fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni għall-Programm Baġitarju 2007-2013 tal-Unjoni Ewropea u li minnhom se jibbenefika Għawdex? X’inhuwa l-benefiċċju għal Għawdex f’kull każ? Kemm mistennija li tkun in-nefqa f’Għawdex fuq kull proġett? Meta suppost li beda/se jibda jiġi implimentat kull proġett? Meta tlesta jew mistenni li jitlesta kull proġett?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tiegħi fi tweġiba numru 34281.
Leg 11 PQ #33308 Sitting 484 2012-05-30 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Programm Operattiv I — Politika ta' Koezjoni Ewropea 2007 - 2013 - fondi strutturali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma l-proġetti diġà approvati taħt Programm Operattiv I tal-Politika ta’ Koeżjoni Ewropea 2007-2013 – Fondi Strutturali - li minnhom se jibbenefika Għawdex? Min huwa l-benefiċjarju f’kull proġett? Kemm hu l-ammont ta’ fondi li bbenefika/se jibbenefika? Liema minn dawn il-proġetti diġà tlestew? Liema huma dawk li diġà nbdew? Meta nbdew u għadhom ma tlestewx? Meta mistennija li jitlestew? Dawk li għadhom ma nbdewx, meta mistennija li jibdew u jitlestew? Jista’ jgħid kemm tħallsu flus s’issa u kemm hemm flus kommessi biex jitħallsu f’kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tal-lista tal-proġetti u l-informazzjoni relevanti hekk kif mitlub.
Leg 11 PQ #33309 Sitting 484 2012-05-30 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Programm Operattiv II — Politika ta' Koezjoni Ewropea 2007 - 2013

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma l-iskemi ta’ għajnuna diġà approvati taħt Programm Operattiv II tal-Politika ta’ Koeżjoni Ewropea 2007-2013 – Fondi Strutturali - li minnhom se jibbenefika Għawdex? Min huwa l-intermediate body taħt kull skema? Kemm hu l-ammont ta’ fondi li bbenefika/se jibbenefika? Liema minn dawn l-iskemi diġà tlestew? Liema huma dawk li diġà nbdew u għadhom ma tlestewx? Meta nbdew? Meta mistennija li jitlestew? Dawk li għadhom ma nbdewx, meta mistennija li jibdew u jitlestew? Jista’ jgħid kemm tħallsu flus s’issa, kemm hemm flus kommessi biex jitħallsu f’kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li taħt dan il-Programm hemm biss żewġ skemi ta’ għajnuna. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tal-lista tal-iskemi u l-informazzjoni relevanti hekk kif mitlub.
Leg 11 PQ #33310 Sitting 484 2012-05-30 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Programm Operattiv I — Politika ta' Koezjoni Ewropea 2007 - 2013 - Fond ta' Koezjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma l-proġetti diġà approvati taħt Programm Operattiv I tal-Politika ta’ Koeżjoni Ewropea 2007-2013 – Fond ta’ Koeżjoni - li minnhom se jibbenefika Għawdex? Min huwa l-benefiċjarju f’kull proġett? Kemm hu l-ammont ta’ fondi li se jibbenefika? Liema minn dawn il-proġetti diġà tlestew? Liema huma dawk li diġà nbdew? Meta nbdew u għadhom ma tlestewx? Meta mistennija li jitlestew? Dawk li għadhom ma nbdewx, meta mistennija li jibdew u jitlestew? Jista’ jgħid kemm tħallsu flus s’issa, kemm hemm flus kommessi biex jitħallsu f’kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tal-lista tal-proġetti u l-informazzjoni relevanti hekk kif mitlub.
Leg 11 PQ #33311 Sitting 484 2012-05-30 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Programm Operattiv II — Politika ta' Koeżjoni Ewropea 2007 - 2013 - Fondi strutturali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma l-proġetti diġà approvati taħt Programm Operattiv II tal-Politika ta’ Koeżjoni Ewropea 2007-2013 – Fondi Strutturali - li minnhom se jibbenefika Għawdex? Min huwa l-benefiċjarju f’kull proġett? Kemm hu l-ammont ta’ fondi li bbenefika/se jibbenefika? Liema minn dawn il-proġetti diġà tlestew? Liema huma dawk li diġà nbdew? Meta nbdew u għadhom ma tlestewx? Meta mistennija li jitlestew? Dawk li għadhom ma nbdewx, meta mistennija li jibdew u jitlestew? Jista’ jgħid kemm tħallsu flus s’issa u kemm hemm flus kommessi biex jitħallsu f’kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tal-lista tal-proġetti u l-informazzjoni relevanti hekk kif mitlub. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif inhu indikat mit-tabella annessa, kważi l-proġetti kollha li qed jiġu implimentati taħt dan il-Programm għandhom dimensjoni jew parteċipanti Għawdxin. Hemm ukoll xi proġetti li huma esklussivament implimentati f’Għawdex.