Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1372, 1159 u 933 u jgħid kemm kien l-ammont ta' flus f'bolol li ħallset il-kumpanija MIDI mal-iffirmar tal-kuntratt mal-Lands Department?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 933.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1666, 1371, 1160 u 902 u jgħid kemm-il każ ta' multi mponuti mit-tax compliance unit ġew maħfura/ridotti fix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu għas-snin 2007 u 2008?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parmanentari numru 902.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1816, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm households f'Malta u Għawdex? Kemm hemm households f'Malta u Għawdex li ma jħallsux surcharge?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skond l-Ufficcju Nazzjonali ta’ l-Istatistika l-istima tan-numru ta’ households fl-2007 hija ta’ 130,537 f’Malta u 10,838 f’Għawdex.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1590 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura,Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jara li jitneħħew wires antiki (saħansitra hemm wires tar-redifusion) li hemm fi 8, Paola Road Tarxien?
Response (FENECH, TONIO)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Environmental Landscape Consortium (ELC) għandux l-inkarigu li jsebbaħ l-open spaces, central strips,roundabouts eċċ li hemm fit-triq li minn Ħal Qormi tagħti għalfejn l-arjuport il-qadim (Triq Ħal Qormi/Ħal Luqa/San Tumas)? Jekk iva,għaliex dawn il-postijiet m'humiex miżmuma fi stat tajjeb? Jekk le, jikkonsidra l-Gvern li dawn il-postijiet għandhom jingħataw lill-ELC inkella lil xi kumpannija oħra biex jinżammu fi stat tajjeb partikolarment meta wieħed jikkonsidra li minn din it-triq ħafna turisti jieħdu l-ewwel u l-aħħar impressjoni ta' pajjiżna?
Kunsilli Lokali — Amministrazzjoni ta' proprjeta' pubblika
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1798, jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li talbu u ngħataw, jew għadhom jistennew li jingħataw, id-delega ta' l-amministrazzjoni ta' proprjeta' pubblika? Xi proprjeta' ngħataw u għalxiex issa qed tiġi wżata? Meta ngħataw din il-proprjeta'?
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1,718 tal-kollega tiegħi l-Onor Adrian Vassallo, jista' l-Prim Ministru jagħti d-dħul totali ta' kull Kunsill Lokali mill-LES minn meta ngħataw din id-delega sa tmiem Ġunju li għadda u kemm (total ukoll) kull Kunsill Lokali għad għandu flus pendenti xi jdaħħal?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi d-dħul li kull Kunsill Lokali kellu minn mindu twaqqfet is-sistema ta’ l-infurzar lokali, kif ukoll l-ammont ta’ flus pendenti li għad iridu jinġabru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar tliet snin saru ilment, sena b'sena, lid-Dipartiment tal-Konsumatur minn individwi jew gruppi kontra aġenziji ta' l-ivvjaġġar lokali? X'kienu l-ilmenti kontra dawn? X'kienu l-passi rakkmandati mid-Dipartiment tal-Konsumatur?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-aġenziji ta’ l-ivjaġġar huma regolati bir-Regolamenti ta’ l-2000 dwar il-Pakkett ta’ l-Ivvjaġġar, Pakkett ta’ Vaganzi u Pakkett ta’ Tours li jaqgħu taħt l-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu.
Iżda d-Direttorat għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan id-Diviżjoni tal-Konsumatur u Kompetizzjoni, jilqa’ ilmenti mill-pubbliku sabiex ifittex kumpens meta jkun ħallas għal prodott difettuż jew servizz mhux sodisfaċenti. Peress li l-ivvjaġġar huwa servizz issir medjazzjoni mill-uffiċjali tad-Direttorat, bejn il-konsumatur u l-aġenzija sabiex jintlaħaq ftehim amikevoli biex il-konsumatur jieħu kumpens. Fin-nuqqas li jintlaħaq ftehim, il-konsumatur jista jressaq il-każ tiegħu quddiem it-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur.
L-infurzar ta’ dawn ir-Regolamenti jsir mill-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu.
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra informazzjoni oħra mitluba mill-interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jgħid mindu twaqqfu l-Kunsilli Lokali 'l hawn kemm saru ġemellaġġi ma' Gvernijiet Lokali f'pajjiżi oħra? Meta sar kull ġemellaġġ? Liema kunsill lokali għamlu dan u ma' min għamluh?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1707.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'by-laws saru mill-Kunsilli Lokali mindu ngħataw dan il-poter? X'kienu dawn l-by-laws? Liema kunsilli lokali qed joperawhom u minn meta daħlu fis-seħħ?
Is-Sinjura, li isimha qed jintbagħat separatament, ilha mpjegata mal-Gvern bħala part-time kindergarten assistant (KG1) sa minn April, 1987 u minn dak iż-żmien hija baqgħet fuq l-istess Skala 15. Madankollu l-ħinijiet li s-Sinjura taħdem huma l-istess bħal dawk ta' ħaddiem full time fl-istess xogħol, mingħajr ma l-paga tagħha tirrifletti dan. Tista' l-Ministru tara li din l-anomalija tiġi eliminata?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-persuna li isimha intbagħat separatament baqgħat fl-istess skala 15 bi grad part-time għaliex hi qatt ma kienet eliġibbli biex tapplika għal full-time Kindergarten Assistant minħabba nuqqas ta’ kwalifiki.
Minn meta bdiet taħdem bħala
Casual Kindergarten Assistant
saru ħafna korsijiet professjonali sabiex dawk li kienu
part-time
jew
casual
u li attendew dawn il-korsijiet b’suċċess setgħu japplikaw għal diversi sejħiet tal-P.S.C. sabiex saru
full-time
izda l-persuna qatt ma attendiet dawn il-korsijiet.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jiġu ppubblikati u anke jiġu fis-seħħ regolamenti dwar is-security officers u bouncers li jkun hemm fil-bars u night clubs Maltin?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li preżentement il-Ministeru qiegħed fil-proċess li jagħmel evalwazzjoni interna dwar l-emendi leġislattivi neċessarji sabiex ikunu regolati l-attivitajiet ta’ security officers u bouncers ingaġġati minn bars u nightclubs.
Hemm il-ħsieb li l-emendi neċessarji, li għandhom jistipulaw kemm id-dmirijiet ta’ dawn il- persuni, kif ukoll it-taħriġ u l-permessi li jkollhom bżonn sabiex jippratikaw l-attivita’ tagħhom jiġu ppublikati u fis-seħħ matul is- sena 2009.
Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija titħabbar il-Home Equity Scheme mill-ġdid? Meta se tiġi fis-seħħ? Kif se jinbidlu l-parametri tagħha, jekk fil-fatt se jinbidlu?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-Awtorita’ lestiet il-proposti tar-ristrutturazzjoni ta’ l-iskema u dawn għandhom jiġu pubblikati fi żmien qasir wara li jiġu approvati mill-kabinett.
Ditti li jimpjegaw nies b'diżabilita' — Skema ġdida
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-ETC se ddaħħal jew diġa' daħħlet fis-seħħ skema ġdida ta' sussidju għal dawk id-ditti kollha li jimpjegaw għal żmien definit magħhom ħaddiema li huma registered disabled? Jekk iva, x'inhuma l-parametri u l-kondizzjonijiet ta' din l-iskema?
Response (DALLI, JOHN)
Il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ qed taħdem biex tniedi skema ġdida ta’ sussidju għal dawk id-ditti u entitajiet li jimpjegaw persuni li qegħdin jirreġistraw bħala disabled persons.
Dettalji dwar din l-iskema jitħabbru aktar il-quddiem wara li dawn jiġu finalizzati.
Jista' l-Ministru jagħti data definita ta' meta mistennija tagħlaq il-power station tal-Marsa? X'inhuma l-pjani biex tissaħħaħ il-power station ta' Delimara fid-dawl ta' l-għeluq tal-power station tal-Marsa? Meta hu mistenni li din il-plantjew plant extension il-ġdida tiġi fis-seħħ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-impjant tal-Marsa Power Station jista’ jibqa’ jopera għal 20,000 siegħa li jibdew minn l-1 ta’ Jannar 2008 u jieqaf mhux iktar tard mil-31 ta’ Dicembru 2015. Mhux possibbli għalissa li tingħata d-data definita ta’ meta tingħalaq il-Marsa Power Station. Huwa ppjanat li tiżdied il-kapacċita’ ta’ Delimara Power Station kif inhu indikat fil-Generation Plan (2006-2015) u barra minn hekk hu ppjanat li jigi nstallat sub interconnector għal Sqallija fl-istess żmien. Fil-preżent Enemalta qiegħa tiffanaliżża diskussjonijiet ma’ ‘tenderers’ għal impjant ġdid ta’ 100MW li hu maħsub li se jiġi nstallat f' Delimara Power Station sal-aħħar tas-sena 2010.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi konkreti u effettivi qed jieħu l-Gvern biex irażżan iż-żieda fin-nitrati fl-ilma kif ukoll biex jindirizza l-problema li dejjem qed tikber - iżjed u iżjed bħalissa minħabba l-prezz ta' l-ilma - tal-mod li bih qed jittella' l-ilma bla kontroll b'mod illegali madwar Malta u Għawdex? Il-Gvern jaf kemm jeżistu boreholes u spieri f'pajjiżna u x'beħsiebu jagħmel biex jindirizza din il-kwestjoni mill-aspett idroloġiku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-KSI ilha tieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa biex ittaffi l-effetti ta’ nitrati żejda fl-ilma li jittella’ mill-art. Fil-fatt, l-ilma li jittella’ mill-pjan jiġi ppumpjat dirett fil-ġibjuni fejn dan jitħallat ma’ l-ilma prodott mill-Impjanti tar-RO. Dan ta’ l-aħħar ma jkunx fih nitrati u b’hekk, il-KSI tista’ tassigura li n-nitrati fit-taħlita qatt ma jaqbżu l-livelli permessi mill-liġi. Dan il-proċess hu mgħasses kontinwament kemm mill-laboratorju tal-KSI kif ukoll mid-Dipartiment tas-Saħħa u l-MRA.
Għall-kumplament tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid Dar Andrew li ġiet inawgurata qabel l-elezzjoni ġewwa Bormla,meta se tilqa' l-ewwel residenti?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-programm ta’ transizzjoni għall- klijenti identifikati għal Dar Andrew diġà beda. Tant li saru laqgħat mal-ġenituri, sar assessjar dettaljat tal-klijenti u s-supervisor bdiet tiffamiljarizza ruħha mal-istess klijenti billi tiltaqa’ magħhom f’ambjenti differenti, bħad-dar tagħhom stess, Ċentri ta’ Matul il-Jum fejn jattendu, eċċ. L-istess supervisor bdiet anke toħrog lil xi wħud minn dawn il-klijenti biex ssir tafhom iktar.
Ninsab infurmat ukoll li għaddej eżerċizzju għar-reklutaġġ ta’
support workers
u l-klijenti jkunu jistgħu jidħlu fid-Dar meta jinstabu
support workers
biżżejjed.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, fejn d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali qalha li suppost qed tirċievi aktar benefiċċju soċjali milli qed tieħu fil-preżent? Jista' jara li dan il-proċess jitmexxa mill-aktar fis possibli?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 1926, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Kommunikazzjoni, u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hemmx pjani biex jitranġaw t-toroq li miż-Żejtun jgħaddu għal Delimara biex tagħmilha possibbli li ċittadini kuxjenżjużi jkunu jistgħu jagħmlu passiġġati fil-kampanja jew imorru dawra bir-rota u li t-turisti kuxjenzjużi jagħmlu ġiti ta' ekoturiżmu f'dawn l-inħawi sbieħ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.