Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1206 u jgħid kif u fuqhiex intefqu €116,000 maħruġin mill-Fond għall-Kawżi Ġusti fuq attivitajiet għat-turiżmu f'Għawdex? Liema organiżżazzjonijiet ingħataw dan il-fond?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2130.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-elezzjonijiet għall-kunsilli lokali jinbidel t-terminu tagħhom u minflok kull 3 snin jibdew isiru kull 4 snin, u minflok terz tal-poplu jibda jivvota l-poplu kollu għall-kunsill tiegħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Kif nassumi li jaf l-Onorevoli Interpellant, bħalissa għaddej proċess ta’ konsultazzjoni bħala parti mir-riforma li dan il-Gvern irid iwettaq fis-sistema tal-Gvern Lokali.
Dan il-proċess ta’ riforma żgur ser iħares lejn il-proċess ta’ elezzjonijiet. Ikun prematur għalhekk li nikkummenta fuq dan meta l-proċess ta’ konsultazzjoni u ta’ riforma għadu għaddej.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1366 u 1206 u jgħid kif u fuqhiex intefqu €116,000 maħruġin mill-Fond għall-Kawżi Ġusti fuq attivitajiet għat-turiżmu f'Għawdex? Liema organiżżazzjonijiet ingħataw dan il-fond?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2130.
Jista' l-Prim Ministru jgħid mit-twaqqif tagħhom 'l hawn kemm kien hemm riżenji minn kull kunsill lokali, min kienu s-sindki jew kunsilliera li rriżenjaw u meta rriżenjaw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1805, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jiswa lill-Gvern kull immigrant illegali u kull ħabsi?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li, fuq stima approssimattiva, ġie smat a bażi tan-nefqa rikorrenti li immigrant miżmum f'detenzjoni fis-sena 2007 ġie jiswa lill-Gvern Malti medja ta' €18.29 (Lm7.85) kull jum, filwaqt li dik ta' ħabsi tammonta għal madwar €50.52 (Lm21.69) kull jum.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma pensjonanti llum? Kemm minnhom jaħdmu?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-numru ta' persuni li llum qed jirċievu l-pensjoni ta' l-Irtirar u l-pensjoni tar-Romol, imħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali, jammonta għal 62,011 u, skond ir-rekords tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ, 8,694 minnhom għadhom jaħdmu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jaħdmu b'mod illegali din is-sena? Kemm minn dawn kienu immigranti llegali?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li n-numru totali ta’ dawk li nqabdu jaħdmu illegalment din is-sena sa l-aħħar ta’ Awwissu kien 1,257.
Ninsab infurmat ukoll li ma tinżammx statistika kif mitluba fl-aħħar parti tal-Mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm weġġgħu persuni fuq ix-xogħol din is-sena? Kemm minn dawn kienu barranin?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li għamlu talba għal Benefiċċju tal-Korriment, imħallas taħt l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali, bejn Jannar u Awwissu 2008, kien ta' 2,685 u li minn dan in-numru 61 kienu persuni ta' nazzjonalita' barranija.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huma dawk u liema huma dawk id-deċiżjonijiet mogħtija mill-Kummissjoni Kontra l-Inġustizzji, sena b'sena, li baqgħu ma ngħatawx rimedju mill-Gvern jew aġenziji tiegħu u għaliex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1897, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm sebgħa u tletin (37)-il rakkomandazzjoni favorevoli tal-Kummissjoni Kontra l-Inġustizzji li għadhom ma ġewx implimentati.
1. In-numru ta’ każijiet li ma ġewx implimentati sena b’sena huma dawn:
Sena
Numru ta’ każijiet
1989
1
1990
1
1991
4
1992
1
1993
16
1994
8
1995
1
1996
1
1997
4
Total
37
2. Ir-raġunijiet għaliex dawn id-deċiżjonijiet ma ġewx implimentati huma dawn:
· Każ wieħed ma ġiex implimentat fuq parir tal-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku;
· 9 każi ġew ikkontestati l-Qorti;
· 27 każ ma ġewx implimentati minħabba raġunijiet amministrattivi.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1299 u 897 u jgħid x'qed jagħmel il-Gvern sabiex jieħu l-flus dovuti mill-gvern Russu dwar timber carriers li kienu mibnija għall-kumpannija Sudoimport? Kemm huwa l-ammont li huwa dovut lil Malta? Ġie jew qed jiġi kkunsidrat li minflok ma jingħataw flus jsir ftehim u pajjiż jingħata ħwejjeġ oħra li huma meħtieġa għall-pajjiż?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1299.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1660, 1366 u 1206 u jgħid kif u fuqhiex intefqu €116,000 maħruġin mill-Fond għall-Kawżi Ġusti fuq attivitajiet għat-turiżmu f'Għawdex? Liema organiżżazzjonijiet ingħataw dan il-fond?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2130.
Tista' l-Ministru tgħid minn liema skejjel poġġew studenti għall-eżamijiet ta' Livell "O" fl-eżamijiet ta' Mejju 2008? Kemm kien il-persentaġġ ta' studenti li għaddew minn kull skola u x'persentaġġ ta' marka ġabu skola skola? Tista' tagħti statistika ta' kif marru u x'marki ġabu l-istudenti bħala persentaġġ tul dawn l-aħħar ħames snin skola, skola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-lista ta’ l-istudenti li poġġew għall-eżamijiet tas-Secondary Education Certificate (SEC), magħruf bħala l-‘O’ Level, ta’ Mejju 2008 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Infurmata li r-riżultati ta’ l-eżamijiet tas-Secondary Education Certificate jingħataw bħala gradi u mhux bħala marki. Dawn il-gradi ivarjaw bejn il-Grad 1 (l-ogħla pass) u l-grad 7 (l-inqas pass) izda ħafna skejjel post-sekondarji jaċċettaw biss sa Grad 5 bħala pass. Ir-riżultati ikunu ppublikati skond it-tip ta’ skola u s-sess u mhux skond l-iskola/kulleġġ individwali biex ma jinħolqux kategoriji li jistgħu faċilment ikunu miżinterpretati.
Tista' l-Ministru tikkonferma jekk kienx hemm xi bdil fil-politika dwar il-facilitators? Tista' tispjega x'inhu r-ratio ta' facilitators u studenti aċċettati mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni? Tista' tgħid kemm hemm facilitators impjegati mad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni? Tista' tgħid jekk dan in-numru huwiex il-massimu, jew kemm jonqos sabiex ikollha l-full compliment?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li ma kien hemm ebda tibdil fil-politika dwar il-Learning Support Assistants.
Ir-
ratio
ta’
Learning Support Assistants
u studenti
statemented
jiddependi mir-rakkomandazzjonijiet ta’ l-
iStatementing Moderating Panel
u mill-bżonnijiet individwali ta’ l-istudenti
statemented
fil-klassi. Dawn ivarjaw minn 1:1 sa 1:4. Fi klassi ma jkunx hemm aktar minn żewġ
Learning Support Assistants
ħlief f’eċċezzjonijiet estremi.
Hemm total ta’ 1245
Learning Support Assistants
impjegati mad-Direttorat għal Servizzi Edukattivi. Dawn jitqassmu hekk:
Summary Learning Support
Assistants
Staff
Regolari
Supply
LSAs
Total
Skejjel Primarji 311 454 765
Skejjel Sekondarji 89 285 374
Skejjel/Ċentri Speċjali 61 34 95
Skola Sek. Ogħla G. Curmi 2 9 11
Total
463
782 1245
In-numru ta’
Learning Support Assistants
jiddependi min-numru ta’ studenti
statemented
u f’liema klassi qegħdin. L-
iStatementing Moderating Panel
jipproċessa numru ta’ applikazzjonijiet kull ġimgħa. Għalhekk il-
compliment
ivarja minn sena għal oħra skond il-ħtiġijiet ta’ l-istudenti
statemented
..
Tista' l-Ministru tgħid jekk ivarjax il-persentaġġ ta' marki li jġibu t-tfal fl-eżami finali ta' l-iskejjel sekondarji mar-riżultati li jġibu fl-"O" Level? Jekk ivarja, b'kemm ivarja? Taħseb li nistgħu ngħidu li l-eżamijiet ta' l-ischool leaving jirriflettu r-riżultati ta' Livell "O"?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li fir-riżultati tas- SEC jingħataw gradi filwaqt li fl-eżamijiet ta’l-iskejjel jingħataw marki speċifiċi u għalhekk wieħed ma jistax jagħmel it-tqabbil bil-mitlub mill-Onor Interpellant..
Tista' l-Ministru tagħti statistika ta' kemm issellfu kotba tul dawn l-aħħar 5 snin mill-libreriji pubbliċi mxerrda ma' Malta u Għawdex ? Qed isir xi studju ħalli jaraw jekk il-poplu Maltti huwiex qiegħed jaqra aktar minn qabel jew jekk huwiex qiegħed jaqra affarijiet differenti, jew jekk hux qed jaqra aktar jew inqas?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Informata li s-self ta’ kotba mill-Libreriji Pubbliċi f’Malta u Għawdex tul dawn l-aħħar ħames snin huwa hekk:
2003 874,842
2004 883,316
2005 853,210
2006 875,270
2007 813,153
Qed isir moniteraġġ kontinwu dwar in-numru ta’ ħruġ ta’ kotba għas-self, kif ukoll dwar id-diversita’ fit-tip ta’ kotba għal qari sabiex ix-xewqa tal-pubbliku għal ċertu materjal għal qari tiġi esegwita. Difatti ħafna mill-kotba li jinxtraw ikunu dawk li jixtieq il-pubbliku.
Rigward studju jekk il-poplu Malti u Għawdxi qiegħedx inaqqas jew iżid fil-qari, din is-sena id-Dipartiment tal-Libreriji flimkien mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jaħdmu biex ivaraw inizzjattiva fejn se ssir riċerka profonda dwar kemm effettivament il-poplu qed jaqra u jekk le x’inhuma r-raġunijiet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn bring-in sites f'Malta u Għewdex? Min jiddeċiedi fejn jitpoġġew dawn il-bring-in sites? Kemm-il darba jiġu mnaddfa fil-ġimgħa? Kemm jiġu jiswew sabiex jinżammu dawn il-bring-in sites kull waħda? Hemm il-ħsieb li dawn jiżdiedu? Kemm inġabru tunnellati ta' skart minn dawn il-bring-in sites matul is-sena 2007?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li bħalissa (Lulju 2008) hawn 187 bring-in-sites f’Malta, u 23 f’Ghawdex. Il-postijiet fejn jitpoġġew dawn il-bring-in-sites jiġu deċiżi flimkien mal-Kunsilli Lokali. Il-bins tal-plastik u tal-karta jitbattlu darbtejn fil-ġimgħa, filwaqt li tal-metall u tal-ħġieġ jitbattlu darba fil-ġimgħa. Kull sit jiswa €8.15 kuljum biex jitbattal u titnaddaf id-dawra tagħhom. Il-ħsieb hu li dawn is-siti jiżdiedu għal 300. Matul is-sena 2007, inġabar total ta’ 2,910,000 kilogrammi ta’ skart separat mill-bring-in-sites.
Fl-istess proġett, twaqqfu wkoll 200
bring-in-site
fi skejjel f’Malta u Għawdex.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema casuals mad-dipartiment ta' l-Edukazzjoni u kemm ilhom jaħdmu ma' dan id-dipartiment? F'liema gradi qegħdin? Kemm għandhom leave u sick leave dawn l-iskali ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Informata li l-ħaddiema Casual mad-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni huma:
Casual Substitute Clerks: 2
Casual Instructors: 4
It-tul ta’ l-impjieg ta’ dawn il-ħaddiema ivarja minn sentejn sa 21 sena.
Il-
Casual Substitute Clerks
huma intitolati għal 192 siegħa
Leave
fis-sena, jew pro-rata jekk jaħdmu b’siegħat imnaqqsa.
Kemm il-
Casual Substitute Clerks
kif ukoll il-
Casual Instructors
, huma intitolati għal 30 ġurnata
Sick Leave
b’paga sħiħa u 30 ġurnata
Sick Leave
b’nofs paga.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għaqdiet u fundazzjonijiet filantropiċi li bbenefikaw minn għotjiet mill-Good Causes Fund?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-dettalji ta’ l-għaqdiet kollha li bbenefikaw mill-Fond Għall-Kawzi Ġusti jiġu imqiegħda fuq il-mejda tal-kamra kull sena. L-aħħar statement li ġie prezentat kien dak ta’ l-2007. Fit-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari Nru 283 ġew mgħotija d-dettalji mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Marzu 2008.
Nitlob lill-Onor. Interpellent tispeċifika jekk hemmx xi perjodu ieħor li hi interessata fih.