Jista' l-Ministru jara li jiġi rimedjat il-fatt li siġar fil-Floriana qegħdin:
i) jgħattu l-monument ta' Kristu Re fil-Biskuttin
ii) il-bust tal-Professur Luigi Preziosi fil-Mall
iii) l-istatwa ta' Vincenzo Bugeja fil-Mall
iv) id-dħul għall-kamra mortwarja tal-isptar ċentrali fil-Floriana
v) iħassru s-swar tal-Belt u l-Floriana
vi) jgħattu l-Knisja ta' Sarria u l-monument Gotiku biswitha kif ukoll l-arbuxell fiż-zebra crossing tat-triq bejn il-Fosos u l-Yellow Garage/MCP Car Park li jostakolaw lill-pedestrians mis-sewwieqa tal-vetturi speċjalment fid-dlam?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk għandux il-hsieb li jikkonsidra fil-futur il-principju ta’ shared taxation biex imbagħad jiżdiedu l-funzjonijiet tal-gvern lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-prinċipju ta’ shared taxation hu wieħed mid-diversi proposti li saru fil-proċess ta’ konsultazzjoni għar-riforma tal-Kunsilli Lokali. Dan ifisser li hemm proposti oħra li saru fil-kuntest ta’ metodi oħra ta’ finanzjament indirett lill-Kunsilli Lokali.
F’dan l-istadju, u peress li l-proċess ta’ konsultazzjoni għadu għaddej, għad mhemmx deċiżjoni dwar liema miżuri fiskali ser jiġu adottati fir-riforma.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x’inhi il-politika tal-gvern tiegħu rigward ir-reviżjoni tal-formula tal-fondi kif allokati lill-kunsilli lokali? Għandu ħsieb li ibiddila ?
Jista' l-Prim Ministru jgħid x’passi se jieħu il-gvern fl-allokazzjoni ta’ fondi lill-kunsilli lokali li personalment naħseb li hija waħda baxxa meta hija biss inqas minn 3% tan-nefqa tal-Gvern Ċentrali, u ta’ spiss qed jiżdiedu r-responsabbiltajiet tal-kunsilli lokali mingħajr ma ssir żieda propozjonali fl-allokazzjoni tal-fondi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern preżentament qed jilqa’ s-suġġerimenti u rakkomandazzjonijiet fil-proċess ta’ konsultazzjoni tar-riforma tal-Kunsilli Lokali. Peress li l-proċess għadu għaddej għadhom ma ttieħdu l-ebda deċiżjonijiet f’dan il-kuntest.
Kunsilli Lokali — Konsulenti għall-Konsulazzjoni Pubblika
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx konsulenti miegħu jew mas-Segretarju Parlamentari għall-Konsulazzjoni Pubblika u Informazzjoni fuq il-kunsilli lokali? Min huma?
Tista' l-Ministru tgħid jekk f'għawdex tinżammx statistika dwar mard infett u trasmess sesswalment? Jekk fl-affermativ, tista' tforni statisitika aġġornata dwar dan il-mard?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ngħarraf lill-Onorevoli Nterpellant li l-istatistika dwar mard infettiv u trasmess sesswalment tinżamm fid-Dipartiment għal Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard fi ħdan id-Diviżżjoni tas-Saħħa f'Malta.
Ħafna mill-każijiet jiġu nnotifikati lill-Genito-Urinary Clinic fl-Isptar Boffa u minħabba n-natura ta' dan it-tip ta' mard tinżamm biss statistika numerika sabiex tiġi mħarsa l-identita' tal-individwi affetwati.
Tista' l-Ministru tgħid kemm użaw id-detox centre ta' Għawdex f'dawn l-aħħar sentejn kull xahar separatament? Tista' tindika kemm minnhom nisa u kemm irġiel u l-etajiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed impoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jattendu klijenti f'kull ATC u resource centre ta' Malta kif ukoll jgħid kemm hemm care workers u staff ieħor, kemm professjonali, amministrativi u ieħor f'kull centre u l-medja ta' klijenti li kull care worker għandu f'kull ċentru?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qiegħed fit-Tabella li ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid xi żviluppi kien hemm dwar l-operat tad-decompression chamber ta' Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata illi minn mindu bdiet taħdem id-Decompression Chamber fl-Isptar Generali t'Għawdex, ġie mogħti trattament ta' Recompression Chamber lil żewġ għaddasa u qed jingħata wkoll trattament ta' Hyperbaric Oxygen lil pazjenti (mhux għaddasa), kulljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa.
Tista' l-Ministru tagħti l-ispecifications tal-makkinarju li għandu jiġi installat fid-dipartiment tar-radjoloġija ġdid u tas-sala tal-operazzjonijiet ġdida?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Peress li t-tenders għadhom ma humiex pubblikati ma naħsibx li għandha tingħata informazzjoni rigward l-ispecifications ta' l-apparat li hemm il-ħsieb li jinxtara fid-dipartiment tar-radjoloġija ġdid u tas-sala tal-operazzjonijiet ġdida. Il-kunfidenzjalita' f'dan ir-rigward għanha tkun imħarsa.
Tista' l-Ministru tgħid xi progress sar fix-xogħlijiet ta' mmodernizzar tal-biċċerija t'Għawdex liema xogħol kellu jieħu ftit xhur u issa għaddew diversi snin?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li qegħdin jiġu evalwati l-offerti għall-Provvista, Installazzjoni, Ittestjar u Kummissjonar ta' Apparat u Servizzi Anċillari tal-Biċċerija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha boreholes il-Water Services Corporation? Kif jiġi rregolat l-output u x'persentaġġ tat-total output lill-konsumatur jittieħed minn dawn il-boreholes?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet ta' żvilupp jew oltre għall-art li ġiet imbattla wara l-iżmantellar tal-impjant tal-gas fil-Qajjenza, ġewwa Birżebbuġa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fejn tinsab il-landfill for hazardous waste? Minn x'hiex sar il-lining ta' din il-landfill speċifikament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-engineered landfill għal skart perikoluż tinsab fl-Għallis. Din inbniet iżda għadha mhix topera. Il-lining ta’ din il-faċilita sar kif jidher fid-dokument li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Parental Leave - Irġiel
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm irġiel li jaħdmu fis-setturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fuq Parental Leave fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005, 2006 u 2007? Kemm hemm irġiel fuq parental leave din is-sena? Jista' jgħid f'kull każ kemm damu bil-parental leave?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li fid-Dikasteru tiegħi mis-sena 2000 sa Marzu tas-sena 2008, kien hemm biss persuna waħda li għamlet użu mill-Parental Leave għal-tlett xhur fl-2006.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Parental Leave - Irġiel
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm irġiel li jaħdmu fis-setturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fuq Parental Leave fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005, 2006 u 2007? Kemm hemm irġiel fuq parental leave din is-sena? Jista' jgħid f'kull każ kemm damu bil-parental leave?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Parental Leave - Irġiel
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid kemm kien hemm irġiel li jaħdmu fis-setturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fuq Parental Leave fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005, 2006 u 2007? Kemm hemm irġiel fuq parental leave din is-sena? Jista' jgħid f'kull każ kemm damu bil-parental leave?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi matul l-2001 u 2002 biss il-Ministeru tiegħi kellu raġel wieħed biss fuq parental leave. Dan kien bejn it-12 ta' Novembru 2001 u l-31 t'Awissu 2003.
Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Parental Leave - Irġiel
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm irġiel li jaħdmu fis-setturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha fuq Parental Leave fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005, 2006 u 2007? Kemm hemm irġiel fuq parental leave din is-sena? Tista' tgħid f'kull każ kemm damu bil-parental leave?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm irġiel li jaħdmu fis-setturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha fuq Parental Leave fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005, 2006 u 2007? Kemm hemm irġiel fuq parental leave din is-sena? Tista' tgħid f'kull każ kemm damu bil-parental leave?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qiegħda impoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.