Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Donazzjonijiet lill-għaqdiet sportivi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn (2007/2008) ingħataw donazzjonijiet mill-Ministeru lill-għaqdiet sportivi? Liema kienu dawk l-għaqdiet li bbenefikaw minnhom? X'kien l-ammont f'kull każ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #2459 Sitting 40 2008-10-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Donazzjonijiet lill-għaqdiet sportivi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn (2007/2008) ingħataw donazzjonijiet mill-Ministeru lill-għaqdiet sportivi? Liema kienu dawk l-għaqdiet li bbenefikaw minnhom? X'kien l-ammont f'kull każ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.

Propjetà ta' għaqdiet sportivi — Xogħol

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm sar xogħol fi propjetà ta' għaqdiet sportivi tul dawn l-aħħar sentejn (2007/8)? Liema kienu dawk l-għaqdiet li bbenefikaw minn dan, x'kien ix-xogħol u kemm qam f'kull każ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra

Skejjel — Bidla fis-sistema ta' streaming u eżamijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'diskussjonijiet saru s'issa u x'riżultati taw id-diskussjonijiet mal-iskejjel tal-Knisja u indipendenti dwar riformi edukattivi bħal bidliet fis-sistema tal-istreaming u bidliet fl-eżamijiet tal-Junior Lyceum/Common Entrance Examinations?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li kemm l-iskejjel tal-Knisja kif ukoll dawk Indipendenti kienu rappreżentati fuq il-Working Group dwar it-Tranzizzjoni mill-Primarja għas-Sekondarja. Matul is-sena li l-Working Group kien għaddej bil-proċess tal-konsultazzjoni,saru diversi laqgħat ta’ konsultazzjoni dwar l-istreaming u l-eżamijiet mat-tlett setturi edukattivi.Fil-ġimgħat li ġejjin, ser jibda proċess ta’ konsultazzjoni pubblika dwar dawn is-suġġetti.

Dokument "For All Children to Succeed"

Question

Id-dokument For All Children To Succeed jgħid, paġna XIX, "the minister of Education will chair a small standing committee to ensure direction, coherence, synergy and co-ordination throughout the whole system." Tista' l-Ministru tgħid hux jiffunzjona dan il-kumitat? Minn min hu kompost? Kemm iltaqa' u x'wettaq minn Marzu 2008 sal-lum?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ta’ kull ġimgħa l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni tlaqqa’ s-Segretarju Permanenti, id-Direttur Ġenerali tad-Direttorat tas-Servizzi Edukattivi, u d-Direttur Ġenerali tad- Direttorat Kwalita’ u Standards fl-Edukazzjoni. F’dawn l-aħħar xhur ġew diskussi diversi suġġetti dwar l-operat u r-reponsabblitajiet tad-Direttorati, dwar l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tar-riformi fl-edukazzjoni obbligatorja, dwar it-tranzizzjoni mill-primarja għas-sekondarja, dwar il-preparazzjoni għas-sena skolastika, u diversi policies li jħadmu d-Direttorati u l-Kulleġġi.

Kottonera — Skejjel f'partnership

Question

Tista' l-Ministru tgħid fiex waslu d-diskussjonijiet biex jinkoraġġixxu l-iskejjel tal-Knisja u indipendenti tal-Kottonera jidħlu f'partnership man-network ta' l-iskejjel tal-istat fl-inħawi? Fiex jikkonsisti sissa dan il-partnership u x'inhuma l-miri speċifiċi ta' kif għandu jiżviluppa fil-ħames snin li ġejjin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li huwa maħsub li l-Kulleġġ Santa Margerita ikollu partnerships mal-iskejjel mhux statali li huma fl-ambitu tiegħu, għall-aħjar interess tat-tfal kollha fl-iskejjel konċernati u biex ikun hemm l-aħjar użu tar-rizorsi umani u fiżiċi li għandhom l-iskejjel kollha involuti. S’issa kien hemm kollaborazzjoni bejn skejjel individwali fuq livell ta’ għalliema u klassijiet għal proġetti speċifiċi. Aktar minn hekk, f’Mejju li għadda l-iskola sekondarja subien Fortini, fi ħdan il-Kulleġġ Santa Margerita, laqgħet għadd ta’ skejjel mill-inħawi, kemm statali u indipendenti, fil-proġett ‘Art Links’.

Skejjel u Kulleġġi — Lista tal-prinċipali u kapijiet

Question

Tista' tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, lista bl-ismijiet tal-prinċipali tal-kulleġġi f'Malta u f'Għawdex u l-ismijiet tal-kapijiet tal-iskejjel organizzati fihom? Minn min huwa kompost il-bord tal-kulleġġ li jagħti direzzjoni lin-network kollu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmata li f’dan l-istadju tal-implimentazzjoni tar-riforma, il-bordijiet tal-kulleġġi m’humiex imwaqqfa.

Pembroke — Skola Sir Luigi Preziosi

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta hu ppjanat li l-iskola sekondarja tal-bniet Sir Luigi Preziosi ta' Pembroke ma tibqax tintuża bħala skola?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Bħalissa għaddejjin f’diskussjonijiet fil-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni biex jitfassal it-tieni fażi ta’ bini ta’ skejjel f’Malta u Għawdex. B’dan il-pjan ser ikun hemm proposti dwar l-użu edukattiv ta’ skejjel li ma jibqgħux jintużaw bħala skola.

Għalliema — Job Satifaction

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'miżuri konkreti ttieħdu mindu bdiet taħdem is-sistema ta' college networks biex iżżid il-job satisfaction tal-għalliema u biex jagħtihom is-sapport imwiegħed biex ikollhom l-ispazju u l-opportunità biex jaħdmu b'mod flessibli f' tasks and needs oriented manner?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li hemm diversi miżuri fil-kulleġġi li jagħtu appoġġ lill-għalliema fosthom laqgħat tas-suġġett b’mod regolari, opportunitajiet ta’ taħriġ, numri ta’ lezzjonijiet skond il-livelli mgħallma, l-appoġġ ta’ l-uffiċċjali edukattivi u kapijiet tad-dipartimenti, ħin għall-żvilupp kurrikulari u peer support. Dan kollu jgħin biex l-għalliema jkunu aktar iffukati fuq il-bżonnijiet edukattivi ta’ l-istudenti.
Leg 11 PQ #2499 Sitting 40 2008-10-08 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilliera li servew f aktar minn kunsill lokali wieħed

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx kunsilliera li servew f'aktar minn kunsill lokali wieħed? Min huma? F’liema kunsilli lokali servew bħala kunsilliera?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #2516 Sitting 40 2008-10-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċju tal-Prim Ministru — Serqiet rappurtati lill-Pulizija

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rappurtati lill-Pulizija li saru fil-ministeru/dipartamenti/entitajiet/awtoritajiet eċċ. li jaqgħu taħt il-Ministeru minn Jannar sa Settembru 2008? Kemm kien il-valur globali in kwistjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Serqiet rappurtati mill-pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapurtati lill-puluzija li saru fil-ministeru/appartamenti/entitajiet/awtoritajiiet eċċ. li jaqgħu taħt il-Ministeru minn Jannar sa Settembru 2008? Kemm kien il-valur globali in kwistjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Serqiet rappurtati mill-pulizija

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapurtati lill-puluzija li saru fil-ministeru/appartamenti/entitajiet/awtoritajiiet eċċ. li jaqgħu taħt il-Ministeru minn Jannar sa Settembru 2008? kemm kien il-valur globali in kwistjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ir-risposta għal din il-Mistoqsija Parlamentari se tingħata f'seduta oħra, mill-Ministru kkonċernat.

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Serqiet rapportati lill-Pulizija

Question

Jista' l-Viċi Ministru u Ministru għall-Affarijiet barranin jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapportati lill-puluzija li saru fil-ministeru/appartamenti/entitajiet/awtoritajiiet eċċ. li jaqgħu taħt il-Ministeru minn Jannar sa Settembru 2008? Kemm kien il-valur globali in kwistjoni?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-ministeru/appartamenti/entitajiet/awtoritajiet eċċ, li jaqgħu taħt il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin, ma seħħet l-ebda serqa minn Jannar sa Settembru 2008.
Leg 11 PQ #2521 Sitting 40 2008-10-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Serqiet Rapportati mill-pulizija

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapportati lill-puluzija li saru fil-ministeru/appartamenti/entitajiet/awtoritajiiet eċċ. li jaqgħu taħt il-Ministeru minn Jannar sa Settembru 2008? kemm kien il-valur globali in kwistjoni?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li kien hemm serqa waħda li ġiet irrappurtata lill-pulizija minn sezzjoni li taqa' taħt il-Ministeru għal Għawdex minn Jannar sa Settembru 2008. Il-valur in kwistjoni kien ta' Euro 656.88.

Bieb Sa Maison — Bieb tal-Mitħna - Restawr

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk ir-restawr tal-Bieb tal-mitħna qrib il-Bieb Sa Maison hux qed isir fuq l-istil oriġinali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħti aktar dettalji dwar il-lokal li qed jagħmel il-mistoqsija dwaru sabiex tkun tista’ tingħata l-informazzjoni mitluba.

Ġnien Argotti — Kollezzjoni tal-Kaktus

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-kollezzjoni tal-kaktus għadhiex tinsab kollha fil-ġonna tal-Argotti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li ġewwa l-parti botanika ta’ l-Argotti, li llum hi amministrata mill-Universita’, hemm diversi kakti u sukkulenti li ġew minn kollezzjonijiet differenti. Ilum jammontaw għal madwar 1700 biċċa.

Forzi Armati — Workshops - Danger Money

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi forma ta' kumpens bħal danger money għal dawk fil-Forzi Armati li jaħdmu f'workshops, f'apparat fil-għoli eċċ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fl-Armata jeżistu numru ta’ allowances li huma abbinati mad-diversi tipi ta’ xogħolijiet li jagħmlu s-suldati. Minkejja li ma teżistix allowance speċifika fis-sens ta’ kif qed isaqsi l-Onorevoli Interpellant, suldati li jaħdmu kontinwament f’periklu bħal membri tal- Explosives Ordinance Disposal Unit u l- Air Rescue huma ntitolati għal Explosives Allowance u Special Air Rescue Allowance rispettivament.

Floriana — King George V Playing Field - Siringi użati

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġu spezzjonati dawn il-lokalitajiet fejn qed jinstabu bosta siringi użati: i.) King George V Playing Field , Floriana? ii.) Triq Miġġiani, Ħamrun?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għaddejt dan it-tagħrif lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jitteħdu l-passi meħtieġa.