Legislature:
Category:
Reset
Active:

Eżenzjoni mill-ħlas ta' liċenzja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2469 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jispjega x'inhi r-raġuni li persuna b'diżabilita' li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, imma tista' tuża sew saqajha, ma ġietx mogħtija l-eżenzjoni li tħallas il-liċenzja tat-triq għall-vetura tagħha, meta oħrajn bħalha jew agħar minnha ġew mogħtija l-eżenzjoni għalkemm m'għandhomx korozza awtomatika, li d-dettalji tal-vettura tagħhom qed jidhru separatament, u ruxxmata oħrajn li jsuqu ġustament il-korozza tagħhom li mhix waħda awtomatika? Jista' l-Ministru jara li din l-inġustizzja ma tibqax fis-seħħ b'mod immedjat, aktar u aktar meta mill-aħħar ta' Awwissu 'l hawn il-vettura ta' din il-persuna qed ikollha titħalla ggaraxxjata u dan qed jitlef saħansitra ċ-ċans li jmur għall-visti fl-isptar San Luqa kif mitlub?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li persuna tista' tkun intitolata għall-eżenzjoni mill-ħlas tal-liċenzja tat-triq għall-vettura jek tissodisfa dawn il-kriterji stabbiliti : a) tkun persuna b'diżabilita' skond id-definizzjonijiet ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, kif iċċertifikat minn professjonisti tal-Kummisjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita', u li tkun issuq hi stess il-vettura jew ikollha l-karozza reġistrata f'isimha ; jew b) ikollha vann li jitrasporta persuna li tuża siġġu tar-roti. Dwar il-każ li rrefera għalih l-Onor. Interpellant ninsab informat li l-persuna konċernata ġiet ċertifikata mill-professjonista tal-Kummisjoni li ma għandiex diżabilita' skond l-Att tas-Sigurta' Soċjali.

Luqa — Triq Pietru Saliba

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser tkun iffurmata u mogħtija t-tarmak Triq Pietru Saliba, Hal Luqa? Fl-istaġun tax-xitwa din it-triq tkun mgħarrqa bl-ilma u inaċċessibbli apparti li ħafna drabi ilma jidħol fis-sottoterran ta' ħafna djar li jinsabu fl-istess triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-mistoqsija nru. 2236.

Siġġiewi — Triq Dun Ġuzepp Aquilina

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kumpens ser jingħataw ir-residenti ta' Triq Dun Ġuzepp Aquilina, Siġġiewi li minħabba power surge fid-dawl sofrew ħsara sostanzjali f'ħafna appliances?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni Enemalta għandha policies u proċeduri li tuża f’każijiet ta’ surge u tapplikom meta tirċievi claims mingħand il-konsumaturi. F’dan il-każ il-Korporazzjoni qed tapplika l-istess proċeduri. Peress li huwa każ riċenti ħafna u l-Korporazzjoni għadha qed tirċievi claims, il-Korporazzjoni għad m'hix f’pożizzjoni li tgħid eżatt kemm hu l-ammont.
Leg 11 PQ #2990 Sitting 41 2008-10-13 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċju tal-Prim Ministru — Paternal Leave - Irġiel

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2737 u jgħid kemm kien hemm irġiel li jaħdmu fis-setturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fuq Parental Leave fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005, 2006 u 2007? Kemm hemm irġiel fuq parental leave din is-sena? Jista' jgħid f'kull każ kemm damu bil-parental leave?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #2991 Sitting 41 2008-10-13 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Postijiet oħra ta' Kult Musulman rikonoxxuti

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2729 u jgħid barra l-Moskea tar-Raħal Ġdid, fejn hemm postijiet oħra ta' kult Musulman rikonoxxuti mill-Istat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

No response available.

Spiżeriji — Liberalizzazzjoni tas-suq tal-farmaċija

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma r-regolamenti li jirregolaw l-ħruġ ta' liċenzji għall-spiżeriji? Jista' jgħid peress li sal-lum l-ħruġ tal-permessi ta' spiżeriji huma limitati, il-gvern għandu ħsieb li jilliberalizza dan is-suq tal-farmaċija? Jekk iva, meta hija data tal-liberalizzajoni? Jekk m'hemmx ħsieb li dan ikun liberalizzat, jikkonferma li dan huwa konformi mar-regoli tal-Unjoni Ewropea?

Response (DALLI, JOHN)

Il-Ħrug tal-liċenzji għall-spiżeriji jsir skond l-Avviż Legali numru 279/2007 ‘Regolamenti ta’ l-2007 dwar il-Liċenzi għall-Ispiżeriji’ kif amendata mill-Avviż Legali 81/2008. Fil-preżent ma hemm l-ebda pjan biex ikun hemm liberalizzazzjoni tal-liċenzji tal-ispiżerija. Ir-regolamenti preżenti għal-liċenzjar tal-ispiżeriji huma konformi mal-liġijiet ta' l-Unjoni Ewropeja.

Family and child impact assessments

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2367, peress li l-mistoqsija kienet tirreferi għal kull studju/analiżi dwar l-impatt u effett li kull liġi/policy/deċiżjoni li jniedi l-Gvern ikollha fuq il-familja u t-tfal, jista' l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar sentejn sarux dawn it-tip ta' assessments u jekk saru jgħid dwar xiex u l-eżitu ta' l-istess x'kien u ġentilment ipoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li t-tweġiba hi fin-negattiv.

ATCs tal-Gvern jew b'kera

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema ATCs huma proprjeta` tal-Gvern u liema huma b'kera? Mingħand min u kemm titħallas kera kull sena?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellanti hu kif jidher fit-Tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Taxxi fuq Capital gains final with holding provisional

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul ta' l-Gvern minn taxxi fuq il-qliegħ Capital gains final with holding provisional matul l-2007 sa Settembru 2008 xahar b'xahar? Kemm kien id-dħul tal-Gvern mit-taxxi tal-boll fuq kuntratt xahar b'xahar minn l-1 ta' Jannar sa 30 ta' Settembru 2008?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Parental Leave - Irġiel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2746 u jgħid kemm kien hemm irġiel li jaħdmu fis-settur li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fuq Parental Leave fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005, 2006 u 2007? Kemm hemm irġiel fuq parental leave din is-sena? Jista' jgħid f'kull każ kemm damu bil-parental leave?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Fond għall-kawżi ġusti

Question

Jista l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ min u kemm irċevew flus individwalment soċjetajiet, għaqdiet, individwi jew persuni mill-fond għall-kawżi ġusti mis-sena 2000 sal-31 ta’ Marzu 2008?

Response (FENECH, TONIO)

Niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onor. Interpellant illi il-Fond Għall-Kaw¿i Ġusti beda jopera mill-2005. Rendikont dettaljat, għal kull sena, sa l-2007 diġa tpoġġa fuq il-mejda tal-kamra. Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel referenza għat-tweġiba Parlamentari Numru PQ 283 li fiha d-dettalji ta‘ dawk l-organi¿¿azzjonijiet li bbenefikaw mill-Fond mil-l-1 ta’ Jannar, 2007 sa 31 ta’ Marzu l-2008.
Leg 11 PQ #1321 Sitting 40 2008-10-08 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilliera — Insurance

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar jekk hemmx insurance cover għal dawk il-kunsilliera u sindki li jimirdu waqt li jkunu qed jokkupaw tali karigi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-Regolamenti dwar Kunsilli Lokali (Finanzi) jipprovdu li Membri tal-Kunsilli Lokali jistgħu jkunu assigurati fi skema tas-saħħa. Bħalissa hemm tnax (12)-il Kunsill biss li m’għandhomx din l-iskema. Dawn huma: Valletta, Żebbuġ (Malta), Żabbar, Għajnsielem, Iklin, Lija, Marsaskala, Mqabba, Nadur, Paola, Rabat (Malta) u Mtarfa.
Leg 11 PQ #1711 Sitting 40 2008-10-08 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gwardjani Lokali — Ċittazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inħarġu ċittazzjonijiet mill-gwardjani lokali din is-sena u għaliex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi ċ-ċitazzjonijiet kollha li saru minn April sa Ġunju 2008. F’din it-tabella hemm ukoll il-lokalità li fiha saru u dwar x’hiex ħarġu dawn iċ-ċitazzjonijiet. Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għar-rigward ix-xhur Jannar – Marzu 2008, l-informazzjoni ngħatat fit-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari nru. 263.

Bomb hoaxes

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru bomb hoaxes din is-sena u fejn?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel seba' xhur ta' din is-sena, il-Pulizija rċeviet 17 il-rapport ta' bomb hoax,li saru f'dawn il-lokalitajiet:-

Mara Venerju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn każi ta' mard venerju sena b'sena tul dawn l-aħħar 5 snin? X'tip kien u kemm minn dawk infettati kellhom anqas minn 16-il sena?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kolliżjonijiet tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm weġġgħu persuni f'kolliżjonijiet tat-traffiku din is-sena? Kemm minn dawn weġġgħu gravament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel seba' xhur ta' din is-sena, il-pulizija rċeviet rapportati li kienu weġgħu 692 persuna f'inċidenti tat-traffiku. Minn dawn, 145 sofrew feriti gravi..

Każi ta' Cancer

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn każi ta' cancer rrappurtati sena b'sena tul dawn l-aħħar 5 snin? X'tip kienu?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li kien hawn total ta' 6,892-il każ ta' cancer irrapurtati bejn Jannar 2002 u Diċembru 2006. Ser inpoġġi tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba. Informat ukoll li l-informazzjoni għas-sena 2007 għada qed tinġabar peress li tinvolvi ħafna xogħol.

Armi liċenzjati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn armi liċenzjati llum? Kemm minn dawn ġew liċenzjati din is-sena? X'tip huma l-armi liċenzjati llum?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li din is-sena ġew liċenzjati 2,000 arma. Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.